Legislature:
Category:
Reset
Active:

Isptar Mater Dei — Ħlas ta' Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jara li dawk li jieħdu servizz mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei jibdew iħallsu l-kont tal-mediċini hemmhekk, u mhux imorru iħallsu fl-emerġenża ta' l-isptar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #3873 Sitting 51 2008-11-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

L-Isptar Mater Dei — showeheads

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender għal showerheads fl-Isptar Mater Dei kenitx waħda ġdida jew waħda ta' replacement?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sptar Mater Dei — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħdu chest x-rays, ECG's u testijiet tad-demm kull xahar fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid kemm huwa kkalkulat li kull test jiġi jiswa lill-poplu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Haddiema fil qasam tas-saħħa — full compliment

Question

Jista' l-Minsitru jgħid jekk l-eżerċizzju sabiex jara kemm għandu bżonn ħaddiema fil-qasam tas-saħħa sabiex jilħaq il-full compliment tlestiex? Jekk iva, kemm fil-fatt għandu bżonn iktar ħaddiema u f'liema gradi? Jista' jgħid ukoll jekk meta jkun qed jilħaq il-full compliment ikunx qed jieħu in kosiderazzjoni li juża teatri kollha li għandu u s-servizz kollha li hemm ippjanati li jibdew joperaw? Jekk hemm nuqqas ta' xi professjoni partikolari kif se jirrimedja?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-eżercizzju li jevalwa il-kompetenzi u n-numru ta’ staff meħtieġa fis-snin li ġejjin fil-qasam tas-saħħa għadu qed jinħadem. Fil-pjanijiet qed jiġu kkunsidrati profili ta’ support staff li jistgħu jgħinu lil staff professjonali f’certu ħidmiet specifici (eżempju OT aides, phlebotomists, ecc). Hemm il-ħsieb li jintużaw it-teatri kollha hekk kif il-livell ta’ staff necessarju jintlaħaq. Ir-rimedju ewlieni għal nuqqas ta’ professjonijiet hu djalogu kontinwu mal-Iskola Medika, l-IHC u l-MCAST sabiex jipprovdu t-taħriġ f’numri adegwati, bi kwalita u bil-kompetenzi meħtieġa.

Sptar San Luqa u Karen Grech — Flus minfuqa f'silġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'silġ fis-sajf fl-2008 biex iżommu s-swali u l-kuruturi kesħin fil-bini ta' l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karen Grech?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li matul is-sajf 2008 in-nefqa għas-silġ biex inżammu kesħin is-swali u l-kuruturi fil-bini ta' l-Isptar San Luqa u l-iSptar Karen Grech ammontat għal €6,665.

Sptar Mater Dei — Kiri ta' car park

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal id-dipartiment tas-saħħa bħala flus mill-kiri tal-car park ta' Sptar Mater Dei minn Jannar 2008 sa Settembru 2008? Jekk ma daħħal l-ebda flus, għaliex? Kien hemm xi spejjeż li kellu jagħmel tajjeb għalihom l-istess dipartiment tas-saħħa vis-à-vis l-istess car park?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li d-dipartiment tas-Saħħa ma daħħalx flus mill-kiri tal-car park tal-iSptar Mater Dei matul il-perjodu indikat; dan skond żewġ kuntratti li saru fil-21 ta’ Frar 2008 li bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Medici u l-kuntrattur. L-ispejjeż dovuti għall-istess perjodu jammontaw għal Ewro 521,558.34 imqassmin kif ġej: · € 432,914.04 għal servizzi ta’ sigurta esterna · € 55,660.38 għal parkeġġ tal-impjegati li m’humiex intitolati għal parkeġġ b’xejn · € 32,983.92 għal parkeġġ riservat għal persuni b’diżabilità.
Leg 11 PQ #3181 Sitting 50 2008-11-13 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Apprentisti sponsored mill-privat

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' apprentisti li ġew sponsored mill-privat kull sena mill-2003 sal-lum? F'liema tip ta' studju saru l-isponsorships? Kemm minn dawn l-istudenti fil-fatt jibqgħu jaħdmu ma' l-isponsor tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pensjoni

Question

Stante li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ħadet il-parir mogħti lilha permezz tar-risposta għal mistoqsija parlamentari 1130 pero' xorta baqgħet ma ngħatat l-ebda tweġiba, jista' l-Ministru jara li l-istess uffiċjali jirrevedu l-pensjoni tal-persuna indikata?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub bir-riżultat tar-reviżjon tal-pensjoni.
Leg 11 PQ #3680 Sitting 50 2008-11-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Sptar San Luqa/Karen Grech — Arja kundizzjonata

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu units tal-arja kundizzjonata bejn Jannar 2008 u Settembru 2008 fl-isptarijiet San Luqa u Karen Grech? Kemm hu ppjanat li jitwaħħlu units oħra sal-aħħar tas-sena 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li matul il-perjodu indikat twaħħlu tlettax (13) il-unit ta' l-arja kundizzjonata fis-sala TW1 fl-iSptar Karen Grech. Ninsab informat ukoll li huwa ppjanat il sa' l-aħħar ta' din is-sena jitwaħħlu sebgħin (70) unit ieħor fis-swali l-oħra kollha ta' l-iSptar Karen Grech fejn m'hemmx units ta' arja kundizzjonata. Dawn ix-xogħlijiet huma suġġetti għal tender kompetittiv li ser jiġi publikat f'qasir żmien.

Sptar Mater Dei — ilma tal-vit tajjeb għax-xorb

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm iffranka mill-ispiża tiegħu meta fl-Isptar Mater Dei neħħa l-ilma tal-fliexken (għall-istaff, tobba u professuri) għaliex qalu li l-ilma tal-vit huwa tajjeb għax-xorb?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li bejn Marzu u Settembru 2008 il-management ta’ l-iSptar Mater Dei iffranka €11,849 mill-konsum ta’ l-ilma tal-fliexken. Din l-ispiża ġiet iffirankata billi l-provvista ta’ l-ilma tal-fliexken kienet limitata għal imkejjen fejn ma hemmx distribuzzjoni ta’ ilma tajjeb għax xorb jew għal swali u dipartimenti partikolari, skond il-ħtiġijiet klinici rispettivi tagħhom.

Penżjonanti impjegati mal-privat li jibqgħu jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta' dawk il-persuni li huma penżjonanti impjegati mal-privat, imma għażlu li jibqgħu fid-dinja tax-xogħol bejn Jannar 2008 u Settembru 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-pubblikazzjoni tal-lista mitluba mill-Onor. Interpellant tmur kontra l-provedimenti tal-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali u l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Att XXVI ta’ 2001).
Leg 11 PQ #3304 Sitting 49 2008-11-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kwalità tal-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-monitoraġġ tal-water qualityhux qed isir fuq bażi regolari?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali jagħmel monitoraġġ kemm għall-kwalita’ ta’ l-ilma baħar u kemm għall-kwalita’ ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem . Il-Monitoraġġ għall-kwalita’ ta’ l-ilma baħar jiġi esegwit mid-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali matul l-istaġun uffiċjali ta’ l-għawm jiġifieri bejn it-tielet ġimgħa ta’ Mejju sa’ t-tielet ġimgħa t’Ottubru u dan skond il-provedimenti ta’ l-Avviż Legali 125 ta’ l-2008 – (Regolamenti ta’ l-2008 dwar il-Maniġġar tal-Kwalita’ ta’ l-Ilma Tajjeb għall-Għawm). Kampjuni ta’ l-ilma baħar jinġabru kull ġimgħa tul it-23 gimgha ta’ l-istaġun minn 87 sit madwar Malta, Għawdex u Kemmuna u dan huwa ddoppju ta’ dak rikjest mill-istess Avviż Legali. Ninsab informat ukoll li r-responsabbilta’ u l-funzjoni ta’ d-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali rigward il-monitoraġġ għall-kwalita’ ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem hija waħda regolatorja w’għaldaqstant l-obbligu ta’ dan id-Dipartiment huwa li jara li l-kumpanijji li jipprovdu l-ilma (fil-kaz ta’ Malta hija waħda) qed iniedu dak il-monitoraġġ kif stipulat bl-Avviż Legali 23 ta’ l-2004 kif emendat bl-Avviż Legal 116 ta’ l-2004 – (Regolamenti ta’ l-2004 dwar il-Kwalita’ ta’ Ilma maħsub għall-Konsum mill-Bniedem). Il-monitoraġġ jinkludi kemm ‘check monitoring’ kif ukoll ‘audit monitoring’ . Iż-żewġ programmi għandhom frekwenzi differenti li jiddependu fuq il-volum ta’ l-ilma li jitqassam f’kull żona ta’ provvista ta’ ilma kif identifikata skond il-provvedimenti ta’ l-istess Avviż Legali. Dawn l-obbligi kollha qed jiġu osservati mill-kumpanija li qiegħda tipprovdi dan is-servizz.

Sptar Mater Dei — carers - mħalsin minn kuntratturi privati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ Carers li qed jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u li huma mħallsin minn kuntrattur privat?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li fl-Isptar Mater Dei hemm 162 Carers li huma mħallsin minn kuntrattur privat.

Child care subsidy scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li bbenefikaw miċ-child care subsidy scheme minn meta ġiet introdotta din il-miżura u kemm kien l-ammont totali?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infuramat li l-iskema li rreferiet għaliha l-Onor. Interpellanti, li għadha fi stadju ta’ proposta, hi proġett maħsub għal finanzjament minn fondi mill-Unjoni Ewropeja (European Social Fund). Ninsab infurmat ukoll li, preżentement, din il-proposta qed jiġi evalwata.

Programmi/faċilitajiet — każijiet ta' tfal - very challenging behaviour

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3057 u jelenka l-programmi/faċilitajiet li jitrattaw każijiet ta' tfal li jkollhom very challenging behaviour? Kemm hemm persuni involuti f'kull programm/faċilità u x'inhu l-budget allokat?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-Aġenzija Sedqa u l-Aġenzija Appoġġ flimkien imexxu l-programm Budz għal tfal b’very challenging behaviour. Il-programm Budz joffri għajnuna psiko-soċjali lil żgħażagħ ta’ bejn it-13 u t-18-il sena li juru sinjali ta’ mġieba li tista’ tqegħdilhom ħajjithom fil-periklu, bħalma huma l-aggressjoni, it-teħid tas-sustanzi, l-prostituzzjoni, d-delinkwenza u mġieba problematika oħra. Il-programm Budz jinvolvi l-parteċipazzjoni ta’ sitt ħaddiema professjonali li jagħtu madwar tmien siegħat xogħol fil-ġimgħa kull wieħed, u jaqdi l-bżonnijiet ta’ massimu ta’ tmien żgħażagħ ġo kull programm. Barraminhekk hemm ko-ordinatur/ko-ordinatrici li tagħti 10 sigħat xogħol. Għal din is-sena u għas-sena d-dieħla ġew allokati €56,000 kull sena għal Youth Outreach Programmes li parti minnhom tmur għall-proġett Budz. Ninsab informat ukoll li l-Aġenzija Appoġġ toffri is-servizz ta’ High Support għal tfal b’ very challenging behaviour li jgħixu f’istituzzjonijiet. Dan is-servizz bħalissa qed jingħata lil 14-il tifel u tifla u jinvolvi l-parteċipazzjoni ta’ 10 ħaddiema professjonali li jagħtu madwar tmien siegħat xogħol fil-ġimgħa kull wieħed u 4 ħaddiema part-timers . Il-budget għal dan is-servizz għal din is-sena hu €303,000. Bi ftehim mal-Gvern, il-Fondazzjoni Richmond tmexxi programm residenzjali li jkopri wkoll tfal b ’very challenging behaviour . Għal dan il-programm, magħruf bħala Innoċenti Programme, din is-sena hemm ivvutati €233,000.

Parteċipazzjoni tal-mara u tal-persuni 'diżabilità fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3063 u jgħid x'ħidma wettaq l-Gvern u l-ETC din is-sena biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-mara u tal-persuni b'diżabilità fid-dinja tax-xogħol? Jista' jgħid kemm kienu dawk in-nisa u persuni b'diżabilità li f'dawn l-aħħar sentejn applikaw għax-xogħol u kemm minnhom ġew impjegati u f'liema settur?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li matul din is-sena, bil-għan li tkompli tiżdied il-parteċipazzjoni ta’ persuni b’diżabilita fid-dinja tax-xogħol, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kompliet tieħu diversi miżuri fosthom: · taħrig speċjallizzat lill klijenti li ġew riferuti lill- Eden Foundation u Richmond Foundation skond ftehim ta’ koperazzjoni bejn il-Korporazzjoni u dawn il-fondazzjonijiet; · sapport li ingħata taħt il-‘ Bridging the Gap Scheme’ , permezz tal-għoti ta’ opportunitajiet ta' ‘ work exposure ’ fuq postijiet tax-xogħol qabel ma jsir l-ingaġġ mal-prinċipal; · tkompla l-proġett ‘ Supported Employment Scheme’ , li kien wieħed mill-proġetti fil-qafas ta’ proġetti sponsorjati mill- European Social Fund . Matul l-2008, it-Taqsima tal- Gender fi ħdan il-Korporazzjoni tax-Xoghol u t-Taħriġ, nediet proġetti varji sabiex tiffaċilita u tippromovi opportunitajiet għall-mara fid-dinja tax-xoghol. Xi wħud mill-proġetti kienu jinkludu taħriġ waqt li oħrajn iffukaw fuq it-titjib ta’ servizzi li eventwalment jagevolaw opportunitjiet biex il-mara tkun aktar attiva fid-dinja tax-xogħol. Fost dawn il-progetti nsibu: · kampanja Nazzjonal li tippromovi l-benefiċċji taċ- childcare. · kampanja li tippromovi it- Teleworking u l-importanza ta’ bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol. · il- proġetti ‘ Women at Work’ fil-Belt Valletta u fil-Kottonera. · proġett pilota Ġenitur Wieħed ( Lone Parents ). · kampanja permezz tal-media dwar l-ugwaljanza. · taħrig lill-immigranti nisa; · seminars fi skejjel Area Secondary ; · Think Tank mat- Trade Unions – Miżuri favur il-bilanċ bejn ħajja u xogħol fi ħdan is-settur privat; · taħriġ għal dawk li jipprovdu taħriġ dwar l-ugwaljanza; · proġett ma’ msieħba oħra Ewropew (Irlanda, Slovenja, Italia, Ċipru, u Svezja dwar miżuri favur il-bilanċ bejn ħajja u xogħol. Inizjattivi oħra kienu: l-eżenzjoni milli titħallas il-kontibuzzjoni tas-Sigurta’ Soċjali fl-ewwel, tliet snin ta’ mpjieg ta’ persuna b’diżabilita’ reġistrata mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ; ftuh ta’ child care centres f’diversi lokalitajiet; tkomplija tar-riforma dwar it-taxxa tad-dħul. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli b’informazzjoni mitluba fil-kumplament tal-Mistoqsija.

Postijiet għall-bejgħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn mistennija joħorġu il-150 post għall-bejgħ, lokal b'lokal? Kemm hu n-numru f'kull lokal? Kemm mistenni ikun l-average price ta' kull unit biex jinbena? Kemm hu mistenni li jinbiegħ l-average price ta' kull unit qabel is-sussidju?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-Awtorita' tad-Djar qegħda fil-proċess li tiffinalizza l-iskeda ta' din l-iskema li ser tiġi varata fil-ġimgħat li ġejjin. Id-dettalji jiġu mogħtija meta din l-iskeda tiġi varata.
Leg 11 PQ #3782 Sitting 49 2008-11-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każ

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament? Għalfejn ċertu każijiet qed idumu ma jiġu appuntati?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-każ li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant ġie ppreżentat fis-26 ta' Awwissu 2008, jiġifieri fil-vakanzi tas-sajf. It-Tribunal reġa’ beda jiltaqa' f'Ottubru u, kunsidrat il-perjodu ta' 20 ġurnata għall-pre-avviż lill-kontro-parti, l-ewwel dehra ġiet appuntata għall-15 ta' Diċembru 2008. Ninsab infurmat ukoll li l-każijiet li jkunu presjeduti minn Chairman waħdu jiġu appuntati fi żmien raġjonevoli ħafna u ma jidhirx li hemm xi każijiet li qed idum iktar minn oħrajn biex jiġu appuntati għall-ewwel dehra.