Skejjel Statali – Sena skolastika 2023-2024 — Riżenji ta’ Edukaturi fil-livell primarju
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm edukaturi fil-grad ta' għalliema fil-livell primarju fl-iskejjel statali li rriżenjaw matul l-ewwel term skolastiku tas-sena 2023-2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-livell primarju, fl-iskejjel statali, kien hemm total ta’ 6 edukaturi li rriżenjaw matul l-ewwel term skolastiku 2023/2024. Fil-livell primarju, fl-iskejjel statali, kull edukatur li rriżenja ġie ngaġġat edukatur ieħor.
Skejjel Statali – Sena skolastika 2023-2024 – Riżenji ta’ Edukaturi fil-livell sekondarju
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm edukaturi fil-grad ta' għalliema fil-livell medju/sekondarju fl-iskejjel statali li rriżenjaw matul l-ewwel term skolastiku tas-sena 2023-2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-livell medju/sekondarju, fl-iskejjel statali, kien hemm total ta’ 7 edukaturi li rriżenjaw matul l-ewwel term skolastiku tas-2023/2024. Kull edukatur li rriżenja ġie ngaġġat edukatur ieħor, għajr edukatur wieħed li mistenni jiġi ngaġġat fil-ġranet li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9993 u jgħid kemm ġiet tiswa sabiex ssir il-klinika dentali tal-Fakultà tad-Dentistrija ġewwa ċ-Ċentru San Apollona f’Għajnsielem? Jista’ jgħid kemm ra pazjenti dan iċ-Ċentru minn meta tlesta sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Università ta’ Malta investiet €2,007,358 fiċ-ċentru msemmi. S’issa n-numru ta’ pazjenti li rċevew is-servizz fiċ-ċentru msemmi kien ta’ 780.
Fid-dawl li fil-laqgħa li saret fit-12 ta’ Awwissu 2023 bejn l-Assoċjazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta u l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ukoll, fejn intalab li tiġi ppreżentata proposta (li qed tintbagħat separatament), jista’ l-Ministru jispjega għaliex għadha ma ngħatatx tweġiba fuq din il-proposta (li ġiet preżentata fil-15 ta’ Ottubru 2023), jekk din hux qed tiġi kkunsidrata u jekk hux se tingħata soluzzjoni immedjata għall-fatt li m’għandhomx faċilitajiet fejn jistgħu jipprattikaw l-isport tagħhom wara l-għeluq għar-rinnovament tal-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u SportMalta jiltaqgħu b'mod regolari ma’ numru ta' assoċjazzjonijiet li jressqu 'l quddiem proposti li jvarjaw fin-natua tagħhom, b'uħud li jistgħu jsiru b'mod immedjat u oħrajn li jieħdu ż-żmien biex isiru.
SportMalta qiegħda f'kuntatt kontinwu mal-Federazzjoni biex f'dan il-mument tassistihom f'dak li huwa possibbli f'dan iż-żmien partikolari.
Attachments:20 LANE LAYOUT-Edward.pdfProposal for Ministry of Sports.docx
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' skejjel primarji u sekondarji tal-istat, knisja u indipendenti li qegħdin jimplimentaw programm ta' assistenza fil-qasam tas-saħħa mentali għall-edukaturi u l-istaff tagħhom? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista maqsuma skont il-livell u s-settur?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa qed jiġi offrut il-Mental Health First Aid Course f’31 skola. Hemm ukoll diversi miżuri u inizjattivi fl-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni l-ġdida li bħalissa tinsab għall-konsultazzjoni pubblika.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Positions of Trust
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jgħid preżentement kemm-il persuna hemm ingaġġata fil-Ministeru tiegħu f’position of trust?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13246.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12980, 13203, 13476, 13638, 13908 u 14099 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12731, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, inkluż bonuses, allowances u perkaċċi oħra, li għandhom it-tmien impjegati tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta msemmija fl-istess tweġiba?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14092 fl-intier tagħha u jgħid kemm mit-3,641 għalliem fl-iskejjel tal-istat huma għalliema kkwalifikati u kemm minnhom huma supply? Fir-rigward tal-għalliema (kwalifikati u dawk supply) fl-iskejjel sekondarji, jista’ jindika ta’ liema suġġetti huma? Jista’ jgħid ukoll kemm klassijiet fl-iskejjel primarji u kemm klassijiet fl-iskejjel sekondarji jinsabu mingħajr għalliema għal kull suġġett?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għal din is-sena skolastika kienx hemm korsijiet li kienu offruti mill-MCAST iżda ma setgħux jibdew minħabba nuqqas ta’ applikazzjonijiet? Jekk iva, liema kienu l-korsijiet li ġew offruti u li fil-fatt ma bdewx?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-korsijiet li huma elenkati fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ma bdewx minħabba nuqqas ta’ applikazzjonijiet għalihom.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13389 u 13865 u jgħid kemm hemm skejjel li ma humiex tal-Istat li huma liċenzjati biex fihom isir it-tagħlim, liema huma u fejn jinsabu? Minbarra l-iskejjel li jagħtu tagħlim fil-livell primarju u sekondarju, jista' jgħid kemm hawn skejjel tal-lingwi li huma mogħitja liċenzja biex jagħtu dan it-tagħlim? Jista’ jgħid ukoll kemm hawn istituzzjonijiet li qed jagħtu edukazzjoni fil-livell post sekondarju u terzjarju u kemm minn dawn huma Maltin u kemm ma humiex Maltin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-iskejjel li mhumiex tal-Istat u huma liċenzjati biex fihom isir it-tagħlim qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tal-iskejjel tal-lingwi bħalissa hawn 34 skola liċenzjata u din il-lista wkoll qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Pawl il-Baħar u l-Qawra – Bidliet strutturali/estensjonijiet fl-iskejjel primarji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13386 u 13864 u jgħid jekk hux mistenni li jkun hemm ħtieġa ta' bidliet strutturali/estensjonijiet fl-iskejjel primarji ta' San Pawl il-Baħar u tal-Qawra rispettivament? Jekk iva, x'xogħol hu mistenni li jkun meħtieġ u meta hu mistenni li dan l-istess xogħol ikun jista' jinbeda?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għad m’hemm l-ebda ħtieġa ta’ bidliet strutturali/estensjonijiet fl-iskejjel primarji msemija.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li jkun hemm diskussjonijiet kontinwi sabiex nissorveljaw il-bżonn ta’ dawn il-ħtiġijiet.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13950 u jgħid kemm hemm għalliema li qed jgħallmu fl-iskejjel primarji u fl-iskejjel sekondarji sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jgħid kemm minnhom huma għalliema kkwalifikati u kemm minnhom huma supply? Fir-rigward tal-għalliema (kwalifikati u dawk supply) fl-iskejjel sekondarji, jista’ jindika ta’ liema suġġetti huma? Jista’ jgħid ukoll kemm klassijiet fl-iskejjel primarji u kemm klassijiet fl-iskejjel sekondarji jinsabu mingħajr għalliema għal kull suġġett?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel tal-istat hemm total ta’ 3,641 għalliem.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13433, 13634 u 13925 u jipprovdi lista tal-membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet għal kull sena għall-perjodu 2016-2023 għal kull waħda mill-kategoriji li ġejjin:
• Rappreżentant mill-Università ta’ Malta;
• Rappreżentant mill-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija;
• Rappreżentant tal-Jobsplus;
• Rappreżentant mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi;
• Rappreżentant mill-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta’ Malta;
• Rappreżentant mill-Malta Enterprise;
• Rappreżentant tas-soċjetà ċivili;
• Rappreżentant minn fost speċjalisti tat-tagħlim tul il-ħajja;
• Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Edukazzjoni;
• Erba’ persuni oħra li għandhom kwalitajiet ta’ tmexxija, u li jifhmu l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol fil-kuntest ta’ soċjetà miftuħa, demokratika, ġusta, prospera u inklussiva?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12980, 13203, 13476, 13638 u 13908 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12731, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, inkluż bonuses, allowances u perkaċċi oħra, li għandhom it-tmien impjegati tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta msemmija fl-istess tweġiba?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13181 u 13871 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-liċenzji u l-estensjonijiet li ngħataw lill-American University of Malta (AUM) bejn l-2016 u l-2023, li fihom jintwerew il-kundizzjonijiet imposti fuq l-AUM mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba, bħal ta’ kull entità oħra, hi ta’ natura kummerċjali u sensittiva, b’hekk dawn ma jistgħux jiġu ppubblikati.
Università ta’ Malta – Deputati Parlamentari impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx Deputati tal-Parlament impjegati mal-Administration tal-Università ta' Malta? Jekk iva, jista’ jgħid min hu jew min hi u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-ingaġġ? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-time sheets jew data oħra elettronika ta’ din il-persuna u kemm tqatta' ħin fuq il-post tax-xogħol matul il-ġurnata? Jista’ wkoll jipprovdi l-ħinijiet u l-ġranet ta' kull meta din il-persuna talbet li tkun eżentata mill-Università għal xogħol politiku?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Claudette Buttigieg hija impjegata mar-Research, Innovation & Development Trust, sezzjoni fi ħdan l-Università, bħala Senior Executive.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Servizzi ta’ kumpanija privata
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jgħid jekk xi entità fi ħdan id-dekasteru tiegħu tatx xi forma ta’ kuntratt, jew ftehim, ta’ servizzi/xogħol/konsulenza eċċ. lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, liema entità, meta u kemm swiet?