Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #6213 Sitting 134 2018-06-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – proposti għall-kiri ta’ proprjetà fir-Rabat – expression of interest

Question

B’referenza għall-Expression of Interest li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li permezz tagħha l-Ministeru għal Għawdex talab proposti għall-kiri ta’ proprjetà fir-Rabat, Għawdex, tista’ l-Ministru tagħti informazzjoni dwar kemm-il proposta l-Ministeru rċieva, mingħand min irċevihom u kemm kienu l-ammonti ta’ flus mitluba rispettivament?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmata li kien hemm ħames proposti dwar l-Expression of Interest imsemmija. L-informazzjoni mitluba diġà tinsab fuq il-website tal-Ministeru għal Għawdex.
Leg 13 PQ #6315 Sitting 134 2018-06-20 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – persuni b’diżabilità — ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tagħha?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għat-tweġiba għal din il-mistqosija parlamentari għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #3088 Sitting 133 2018-06-19 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — direct orders

Question

Tista’ l-Ministru telenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha hija responsabbli matul l-2017, xahar b’xahar separatament?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 537.
Leg 13 PQ #6161 Sitting 133 2018-06-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Uffiċċju tal-e-Residence – applikazzjonijiet għal residence permits

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal residence permits fl-Uffiċċju tal-e-Residence li jaqa’ fid-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar u sena b’sena? Mil-liema pajjiżi kienu dawn il-persuni li tefgħu l-applikazzjonijiet? Kemm minnhom ġew milqugħa? Kemm minnhom ġew rifjutati u x’kienet ir-raġuni?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #6162 Sitting 133 2018-06-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema b’leave speċjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema li qed jibbenefikaw minn leave speċjali bi ħlas jew leave bla ħlas, f’kull uffiċċju, Dipartiment jew entità li taqa’ fid-dekasteru tagħha? F’kull każ, x’inhu l-grad tal-ħaddiema, it-tip ta’ leave li qed jittieħed u f’liema uffiċċju qed jaħdmu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #6163 Sitting 133 2018-06-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema b’leave speċjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema li għandhom qualification allowance, f’kull uffiċċju, Dipartiment jew entità li taqa’ fid-dekasteru tagħha? F’kull każ, x’inhi l-kwalifika li magħha hi marbuta l-allowance u kemm hu l-ħlas għall-allowance fis-sena? X’inhu l-grad tal-ħaddiema li qed jieħdu din l-allowance u f’liema uffiċċju qed jaħdmu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #6010 Sitting 132 2018-06-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema bi kwalifiki minn istituzzjonijiet edukattivi terzjarji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fil-preżent, f'kull uffiċċju, Dipartiment u entità li taqa’ fid-dekasteru tagħha kemm hemm ħaddiema li għandhom xi kwalifika minn istituzzjonijiet edukattivi terzjarji rikonoxxuti f' Malta jew barra minn Malta? F'kull każ x’inhu l-grad tal-ħaddiem u x'inhi l-kwalifika li għandu u f’liema uffiċċju, dipartiment jew entità jaħdem?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #6084 Sitting 132 2018-06-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – contracts for service

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1795, 2788 u 5681 u tgħid kemm ingħataw contracts for service mill-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Tista’ tagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw, kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għar-risposta li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 5681.
Leg 13 PQ #6085 Sitting 132 2018-06-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem — Dar tal-Anzjani

Question

Tista' l-Ministru tagħti break down tal-flus minfuqa s’issa fuq id-Dar tal-Anzjani li qed tinbena f'Għajnsielem? Meta huwa maħsub li titlesta din id-dar? Kemm se tkun takkomoda anzjani fiha? Tista' tgħid x'diverġenzi saru mill-pjanti oriġinali? Tista' tpoġġi kopji tal-pjanti ġodda fuq il-Mejda tal-Kamra u l-emendi li ġew approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanti oriġinali tad-Dar tal-Anzjani ġew preparati mill-periti tal-Ministeru bejn l-2012 u 2013. Il-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar inħareġ f’Settembru tal- 2014 waqt li x-xogħlijiet inbdew sena wara. Fl-istess sena, jiġifieri fl-2015, il-Gvern kien ħabbar Standards Minimi Nazzjonali bil-għan li jiżgura l-aħjar kwalità ta’ ħajja għall-anzjani li jgħixu ġewwa dawn id-djar. Għaldaqstant, wara eżerċizzju peritali, saret applikazzjoni ġdida lill-Awtorità tal-Ippjanar biex anki Dar San Ġużepp tkun konformi ma’ dawn l-Istandards Nazzjonali. Il-permessi ġodda ġew approvati fi Frar ta’ din is-sena u jinsabu fid-dominju pubbliku. Wieħed kemm jidħol fis-sit elettroniku tal-Awtorità tal-Ippjanar. Dar San Ġużepp ser takkomoda 119 anzjan u anzjana u ser tkun aċċessibbli għal min juża s-siġġu bir-roti u ser ikollha sezzjoni dedikata għal min ibati mid-dementia. Rigward progress, ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni waslu biex jingħalqu u fil-ġranet li ġejjin ser tiġi pubblikata tender għall-finishing, furnishing u l-operat ta’ din id-dar. Il-proċess tat-tender mhux proċess sempliċi u huwa l-ewwel wieħed tax-xorti tiegħu f’Ghawdex li ser iservi wkoll ta’ mudell għall-proġetti simili li qed jiġu ppjanati. Rigward l-informazzjoni mitluba fl-ewwel mistoqsija, din hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #6332 Sitting 132 2018-06-18 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Tibdil ta’ Tabelli bis-sinjali tat-traffiku

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 6159 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u ċjoè: Peress li t-tabelli bis-sinjali tat-traffiku f’Għawdex qegħdin ġeneralment fi stat ħażin għax ħafna minnhom m'għadhomx jintgħarfu u jkun diffiċli għat-turisti u l-barranin biex isibu minn fejn jgħaddu, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li ssir il-manutenzjoni tagħhom jew inkella jinbidlu? Jekk iva, meta?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk it-tabelli li għandhom bżonn ta’ tibdil se jsiru fi żmien qarib wara li l-ġimgħa li għaddiet ġie ffirmat it-tender document mill-kuntrattur li ħa t-tender.
Leg 13 PQ #6440 Sitting 132 2018-06-18 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Port tal-Imġarr – gates qabel ma tidħol għall-marshalling area

Question

Peress li l-pożizzjoni u l-mod li ġew installati l-gates li hemm qabel ma’ tidħol għall-marshalling area tat-terminal tal-Port tal-Imġarr Għawdex, qed jinħolqu problemi għas-sewwieqa meta jiġu biex jgħaddu minnhom, bil-konsegwenza li ħafna drabi qed jaħbtu magħhom, bir-riżultat li qed ssir ħsara fil-vetturi tagħhom, tista’ l-Ministru tara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il-gates ġew installati xi 8 snin ilu biex jgħinu fit-traffic management ġewwa il-marshalling area. Il-kumpanija qiegħda tistudja kif is-sistema tista’ tiġi mtejba mingħajr ma jinħolqu problemi oħra ta’ traffic management.
Leg 13 PQ #6450 Sitting 132 2018-06-18 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – bini ta’ pixxina

Question

B'referenza għall-bini ta' pixxina f'Għawdex kif ukoll għall-mistoqsija parlamentari 1494, fejn fit-tweġiba għaliha ngħad li kien ġie iffirmat Memorandum of Understanding f'Novembru 2016 u li n-negotiating team kien għaddej b'negozjati mal-privat, issa li għaddew tmien xhur minn meta saret din il-mistoqsija tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra bl-aħħar żviluppi fuq dan il-proġett?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 5491.
Leg 13 PQ #6052 Sitting 131 2018-06-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il safra uffiċjali saret f'kull dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? Tista' tagħti d-destinazzjoni ta' kull safra? Għal kull safra li saret tista' tagħti break down tal-ispejjeż involuti f'titjiriet, akkomodazzjoni, ikel f'lukandi, trasport u allowances? Min kienu l-uffiċjali li ħadu sehem f'kull safra, x’inhu l-grad tagħhom u x'kien l-iskop ta' kull safra?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #6053 Sitting 131 2018-06-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Master Plan tal-Pjazza tax-Xagħra – xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq il-Master Plan tal-Pjazza tax-Xagħra? Meta hu ppjanat li jkun lest u jibda jiġi attwat?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-Masterplan jibda jsir mill-Ministru appena l-Kunsill Lokali jikkordina l-konsultazzjoni pubblika biex ikollna l-veduti ta’ kulħadd
Leg 13 PQ #6080 Sitting 131 2018-06-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ċimiterju ta’ San Lawrenz – Storm water culvert

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux ser isiru gradi għal storm water culvert li kien sar f'parti tat-triq li tagħti għad-Dwejra f'San Lawrenz, eżattament sa quddiem iċ-Ċimiterju ta’ San Lawrenz, fil-parti ta’ fuq tat-triq, biex jilqa’ l-ilma u jibda jiffunzjona qabel ma jsir il-wiċċ ta’ din it-triq fil-ġimgħat li ġejjin?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #6082 Sitting 131 2018-06-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Alive – Chairman u membri

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min kienu ċ-Chairman u l-membri tal-bord li għażlu l-artisti fil-Gozo Alive li nżamm f'Għawdex f'Mejju 2018? Tista’ tgħid x’kariga għandhom dawn il-persuni fis-settur pubbliku? Tista’ tgħid kif intgħażel iċ-Chairman?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għar-risposta li ngħatat fil-mistoqisja parlamentari 5890. Fir-rigward taċ-Chairman, peress li l-attività kienet tal-Ministeru, il-kumitat ġie chaired mid-Direttur.
Leg 13 PQ #6236 Sitting 131 2018-06-13 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — għajnuna finanzjarja lill-Knisja ​

Question

Tista’ l-Ministru tgħid l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi, li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxijin mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tagħha jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtha minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t’għajnuna finanzjarja mogħtija?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għal din il-Mistoqsija Parlamentari għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #6046 Sitting 130 2018-06-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ingaġġ ta’ labourers — korsijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk is-86 Labourer li ġew ingaġġati mal-Ministeru għal Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin, intbagħtux jagħmlu xi korsijiet u jekk iva x'korsijiet kienu, u jekk hemmx ippjanati li jsirulhom iktar korsijiet matul is-sena 2018?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għal din il-Mistoqsija Parlamentari għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #6049 Sitting 130 2018-06-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – toroq f’żoni rurali – fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux maħsub li jiġu allokati fondi tal-Unjoni Ewropea għal toroq f'żoni rurali f'Għawdex? Jekk iva, liema toroq rurali huma ppjanati li jsiru u kemm hu stmat li ser tiswa kull waħda minn dawn it-toroq?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Il-Ministeru għal Għawdex qed jagħmel eżerċizzju biex jara x’fondi jista’ jakkwista mill-UE.
Leg 13 PQ #6050 Sitting 130 2018-06-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Sports Complex — ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ħaddiema talbu li ma jibqgħux jaħdmu fil-Gozo Sports Complex minn Marzu 2013 sal-lum? X’kien il-grad tagħhom u fejn marru jaħdmu u x'kienu r-raġunijiet li l-ħaddiema talbu biex ma jibqgħux jaħdmu fil-Gozo Sports Complex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.