Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #9707 Sitting 213 2019-04-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Berġa ta’ Kastilja – opri ta’ arti mislufa minn Heritage Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-opri tal-arti li jinsabu fil-Berġa ta’ Kastilja, mislufa sija mingħand Heritage Malta u sija mill-privat? Jista’ jgħid f’liema kmamar fil-Berġa ta’ Kastilja jinsabu esposti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #9751 Sitting 213 2019-04-01 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema li għandhom kundizzjonijiet u pagi differenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9509 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9388, li kienet tirrigwardja impjegati Għawdxin li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex, u li għandhom pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol differenti minn impjegati Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f’Malta, u ċjoè fl-Uffiċċji f’Għawdex ta’ Transport Malta (Liċenzji u Testijiet), ir-Reġistru tal-Artijiet, l-Awtorità tal-Artijiet, Identity Malta (Passaporti, ID Cards, Ċittadinanza) u r-Reġistru Pubbliku, u in vista tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9256 fejn ġie kkonfermat li dawn l-ħaddiema huma kollha uffiċjali pubbliċi, u peress li l-ħaddiema Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f’Malta għadhom ukoll meqjusa bħala uffiċjali pubbliċi li huma mislufa ma’ dawn l-entitajiet, u qed igawdu minn dawn il-kundizzjonijiet u pagi differenti matul iż-żmien li jkunu deployed ma’ dawn l-entitajiet, liema kundizzjonijiet jintilfu jekk jirritornaw lura mas-servizz pubbliku, u b’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 9388 fejn ingħad li l-impjegati Għawdxin mhux impjegati mislufa iżda huma uffiċjali pubbliċi taħt il-Ministeru għal Għawdex, u peress il-ħaddiema Maltin huma wkoll uffiċjali pubbliċi, u in vista tal-Artiklu 27 tal-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap 452) li jgħid li “impjegati fl-istess klassi ta’ impjieg għandhom id-dritt għall-istess rata ta’ remunerazzjoni għal xogħol ta’ valur ugwali” jista’ l-Prim Ministru ġentilment jikkunsidra li l-ħaddiema Għawdxin, li qed jagħmlu xogħol identiku, għax għandhom l-istess grad, u l-istess klassi, jingħataw l-istess drittijiet skont kif jingħad fl-Artiklu tal-liġi msemmiha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #9755 Sitting 213 2019-04-01 Oral · Final From: KARL GOUDER To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Identity Malta – revoka ta’ ċittadinanza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il revoka ta’ ċittadinanza ġew komunikati minn Identity Malta fl-2019, u f’kull waħda, jista’ jgħid f’liema sena ż-żwieġ kien ġie deċiż mill-Qorti li kien b’qerq?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Frar u Marzu ta’ din is-sena kien hemm 15– il każ fejn il-persuni kkonċernati ġew informati li se jiskatta l-proċess fil-konfront tagħhom sabiex jiġu pprivati miċ-ċittadinanza Maltija wara li l-Qorti kienet iddeċidiet li kien hemm żwieġ ta’ konvenjenza. Is-snin li fihom dawn iż-żwiġijiet kienu dikjarati bħala ta’ konvenjenza huwa kif jidher f’din it-tabella: Sena 2000 2001 2002 2003 2004 2005 2006 2007 Numru 2 1 1 3 6 0 1 1 Infakkar mill-gdid lill-Onor. Interpellant illi fl-2006 kien hemm diġà lista ta’ persuni li kellu jiskatta l-proċess ta’ ipprivazzjoni taċ-ċittadinanza tagħhom. Madankollu l-mekkanizmu neċessarju baqa' qatt ma skatta.
Leg 13 PQ #9404 Sitting 212 2019-03-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Revoki ta’ ċittadinanza minħabba annullament ta’ żwieġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il revoka ta’ ċittadinanza kien hemm fl-aħħar 10 snin minħabba żwieġ annullat b’deċiżjoni tal-Qrati Maltin?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9402.
Leg 13 PQ #9402 Sitting 211 2019-03-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każijiet ta’ revoka ta’ ċittadinanza Maltija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ revoka ta’ ċittadinanza Maltija fl-aħħar 10 snin? Kemm minnhom kienu minħabba l-artiklu 38 tal-Att dwar iż-Żwieġ u ċjoè minħabba li l-Qorti lokali tkun iddikjarat iż-żwieġ null minħabba li tkun iddikjaratu żwieġ ta’ konvenjenza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sub-artikolu 14(1) tal-Kap 188 jipprovdi li l-Ministru jista’ jippriva miċ-ċittadinanza Maltija lill-individwu li jkun akkwista din permezz ta’ reġistrazzjoni jew naturalizazzjoni ġaladarba dan ikun sar b’qerq, rappreżentanza falza jew ħabi ta’ xi fatt sostanzjali. F’dan ir-rigward, żwieġ ta’ konvenjenza jaqa’ taħt din id-dispożizzjoni. F’dan ir-rigward, żwieġ ta’ konvenjenza jaqa’ taħt din id-dispożizzjoni. Sub-artikolu 14(2) tal-Kap 188 isemmi ċirkustanzi oħra fejn jagħti l-każ li l-persuna tiġi pprivata miċ-ċittandinanza tagħha. Ninsab informat li f’dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm tlett każijiet ta’ ipprivazzjoni taċ-ċittadinanza Maltija. Minn dawn it-tlett każijiet jirriżulta, fuq il-bazi ta’ decizjoni tal-Qorti, li kien hemm tnejn li kienu każijiet ta’ żwieġ ta’ konvenjenza. Ngharraf lill-Onor. Interpellant li iktar kmieni din is-sena intbagħtu 17-il ittra li permezz tagħhom il-persuni kkonċernati gew informati li fil-konfront tagħhom se jiskatta l-proċess sabiex jigu pprivati miċ-ċittadinanza Maltija. Fost dawn kien hemm każijiet li s-sentenza tal-Qorti dwarhom tmur lura snin shah. Fil-fatt fl-2006 kien hemm diġà lista ta’ persuni li kellu jiskatta l-proċess ta’ ipprivazzjoni taċ-ċittadinanza tagħhom. Ma dan kollu l-mekkaniżmu neċessarju baqa qatt ma skatta.
Leg 13 PQ #9403 Sitting 211 2019-03-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat ta’ Inkjesta – appelli minn deċiżjoni ta’ revoka ta’ ċittadinanza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il appell minn deċiżjoni ta’ revoka ta’ ċittadinanza sar quddiem il-Kumitat ta’ Inkjesta mwaqqaf permezz tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 188.02 fl-aħħar 10 snin? F’kemm minnhom ġiet ikkonfermata din id-deċiżjoni u f’kemm revokata?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li t-tlett kazijiet ta’ ipprivazzjoni taċ-ċittadinanza Maltija fl-aħħar għaxar snin ġew riferuti lill-Kumitat tal-Inkjestà dwar il-Privazzjoni taċ-Ċittadinanza Maltija fuq it-talba tal-individwi involuti. Il-Kumitat, imwaqqaf skont ir-Regoli dwar Kumitat ta’ Inkjesta dwar il-Privazzjoni ta’ Ċittadinanza Maltija (Leġislazzjoni Sussidjarja 188.02), jagħmel rapport u jagħti r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-materji ta' ċittadinanza dwar l-ezitu tal-inkjesta. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet m’humiex pubbliċi għar-raġuni li l-funzjoni tal-Kumitat mhux dik ta’ Qorti, izda huwa intiz sabiex jiġbor il-provi u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-materja ta’ ċittadinanza. ​
Leg 13 PQ #9504 Sitting 211 2019-03-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtoritajiet – ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-konfront ta’ awtoritajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm irriżenjaw impjegati fir-rigward ta’ kull awtorità, mill-bidu tal-2015 sal-lum maqsuma sena b’sena? F’kull każ, jista’ jgħid x’kienet il-kariga tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li taghrif ghadu qed jingabar.
Leg 13 PQ #9715 Sitting 211 2019-03-26 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – ħatra ta’ individwu

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9408, jista’ l-Prim Minsitru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għandux kuntratt ta’ servizzi ta’ konsulenza mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4301.
Leg 13 PQ #9022 Sitting 210 2019-03-25 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Regolatur tal-Programm tal-Investitur Individwali — ilmenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il ilment ġie investigat mir-Regolatur tal-Programm tal-Investitur Individwali? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti u x'kien l-eżitu ta' kull waħda mill-investigazzjonijiet imwettqa mir-Regolatur?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat illi minn meta tnieda l-Progamm ta’ Investitur Individwali, in-numru ta’ ittri tal-ilment li rċieva r-Regolatur sena b’sena kien hekk : 2013 → 0 2014 → 0 2015 → 0 2016 → 7 2017 → 8 2018 → 13 2019 (sal-20 ta’ Frar) → 1 Kollha kienu jittrattaw rifjut tat-talba għaċ-ċittadinanza taħt dan il-Programm għar-raġuni li l-applikant ma kienx konformi ma’ xi waħda jew aktar mill-ħtiġijiet tar-regolamenti. Ir-Regolatur, fl-ebda każ minnhom, ma hass illi kien hemm raġuni valida għalfejn għandu jintervjeni favur l-applikant u nforma b’dan lil kull min kien bagħatlu dawn l-ittri tal-ilment.
Leg 13 PQ #9023 Sitting 210 2019-03-25 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Regolatur tal-Programm tal-Investitur Individwali — investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il investigazzjoni beda r-Regolatur tal-Programm tal-Investitur Individwali fuq inizjattiva tiegħu stess, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-investigazzjonijiet u x'kien l-eżitu ta' kull waħda mill-investigazzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob, tingħata b’mod dettaljat fir-Rapport Annwali li joħroġ ir-Regolatur u li kopja tiegħu titqiegħed b’mod regolari fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat li ma hemmx investigazzjonijiet oħra.
Leg 13 PQ #9025 Sitting 210 2019-03-25 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Elettorali – tibdil fil-konfini tal-lokalitajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tibdil fil-konfini tal-lokalitajiet f'Malta u f'Għawdex qed tikkunsidra li tagħmel il-Kummissjoni Elettorali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita Kostituzzjonali indipendenti u ma taqax taħt il-gurisdizzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew ta’ xi Ministeru ieħor.
Leg 13 PQ #9458 Sitting 210 2019-03-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — miri tal-Horizon 2020

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta': a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u b) nisa fuq advisory board?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ghall-ewwel parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemmx iktar xi nżid mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9279. Għat-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li 40% tad-diretturi u 50% tal-Assistenti Diretturi fiċ-ċivil huma nisa. Fl-istess ħin nitlob lill-Onor. Interpellant tispjega iktar x’tifhem b’advisory board.
Leg 13 PQ #9517 Sitting 210 2019-03-25 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Grievances Board

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9089 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8886, jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dati u terminu ta’ żmien relevanti meta l-persuni li isimhom ġie anness mat-tweġiba kienu effettivament membri tal-Grievances Board jew bordijiet li jaqa’/jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #9638 Sitting 210 2019-03-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Att dwar l-Elezzjonijiet

Question

L-Att dwar l-Elezzjonijiet jistipula li l-għasses tal-Pulizija u l-Kunsilli Lokali għandhom il-jedd li jgħaddu l-formoli biex residenti jkunu jistgħu jimtlew u b’hekk jiġu rreġistraw bħala votanti. Minkejja dan l-Kummissjoni tavża, anke fis-sit elettroniku tagħha, li dan il-proċess jista’ jsir biss fl-uffiċċju l-Belt. Għaldaqstant jista’ l-Prim Ministru jgħid meta hemm ħjiel meta dan il-proċess ser tħares dak li tiddetta l-liġi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entità Kostituzzjonali indipendenti u ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew ta’ xi Ministeru iehor. Madankollu ninsab informat li l-Kummissjoni ħadet il-passi kollha meħtieġa sabiex ir-reġistrazzjoni tal-votanti ssir skont il-provvedimenti tal-liġi elettorali.
Leg 13 PQ #9019 Sitting 209 2019-03-20 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat ta’ Monitoraġġ tal-Programm tal-Investitur Individwali — laqgħat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, kemm-il laqgħa saret tal-Kumitat ta' Monitoraġġ tal-Programm tal-Investitur Individwali mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dati ta' kull waħda mil-laqgħat u jindika wkoll il-persuni li kienu preżenti għal-laqgħat apparti l-membri tal-Kumitat? Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ġie msejjaħ ir-Regolatur sabiex jidher quddiem il-Kumitat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant li kif titlob il-liġi saru 5 laqgħat. Id-dati huma dawn : 13 Ottubru 2014 6 Ottubru 2015 31 Ottubru 2016 27 Novembru 2017 6 Dicembru 2018 Il-mistednin għal dawn il-laqgħat ikunu r-Regolatur u l-Kap tal-Programm ta’ Investitur Individwali. Ir-Regolatur attenda kull laqgħa msemmija hawn fuq.
Leg 13 PQ #9020 Sitting 209 2019-03-20 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Regolatur tal-Programm tal-Investitur Individwali – funzjonijiet assenjati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'funzjonijiet oħra assenja lir-Regolatur tal-Programm tal-Investitur Individwali skont dak li jipprovdi l-artikolu 25 (4) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188 tal-Liġijiet ta' Malta) mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li qatt ma ġew assenjati funzjonijiet oħra skont kif hemm ipprovdut fl-Artiklu 25(4) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap 188) lir-Regolatur tal-Programm Investitur Individwali.
Leg 13 PQ #9021 Sitting 209 2019-03-20 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Regolatur tal-Programm tal-Investitur Individwali – kwistjonijiet irrapportati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi kwistjonijiet ġew irrapurtati lilu mir-Regolatur tal-Programm tal-Investitur Individwali skont dak li jipprovdi l-artikolu 25 (7) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188 tal-Liġijiet ta' Malta) mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant li r-Regolatur kull sena jippubblika r-rapport annwali tiegħu u fejn iħoss il-ħtieġa jinkludi r-rakkomondazzjonijiet tiegħu. Dan ir-rapport anki jitpoġġa fuq il-Mejda ta’ din il-Kamra. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li dan l-istess rapport ikun diskussa mill-Kumitat ta’ Monitoraġġ tal-programm tal-Investitur Individwali.
Leg 13 PQ #9410 Sitting 209 2019-03-20 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Perjodu ta’ ħatra ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu twil il-perjodu ta’ ħatra tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li dan l-aħħar ġie żvelat li ġie maħtur bħala rappreżentant tal-gvern fuq il-board of trustees tal-American University of Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħatra tal-persuna li qed jagħmel riferenza għaliha hija għal perjodu ta’ 3 snin. Il-ħatra ta’ din il-persuna fuq il-board of trustees tal-American University of Malta ilha zmien twil magħrufa pubblikament.
Leg 13 PQ #9411 Sitting 209 2019-03-20 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

American University of Malta – board of trustees

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni maħtura f’isem il-Gvern fuq il-Board of Trustees tal-American University of Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li l-persuna maħtura f’isem il-Gvern fuq il-Board of Trustees tal-American University of Malta hija s-Sur Adrian Hillman.
Leg 13 PQ #9216 Sitting 208 2019-03-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żjara fil-Ġappun — delegazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka l-membri kollha, kemm uffiċjali pubbliċi u le, li akkumpanjawh u kienu parti mid-delegazzjoni fiż-żjara tiegħu fil-Ġappun fl-2018? Jista’ jagħti d-dati li dawn kienu fil-Ġappun?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant li d-delegazzjoni li akkumpanjatni fil-Ġappun kienet magħmula minn dawn il-persuni : · L-Onor Carmelo Abela · L-Onor Stefan Zrinzo Azzopardi · L-E.T Andre Spiteri · Is-sur Keith Schembri · Is-sur Kurt Farrugia · Is-sur Mark Farrugia · Is-sur Arthur Garrard · Is-sinjura Michelle Muscat · Is-sinjura Maria Grech Kif diġà huwa magħruf pubblikament, iż-żjara uffiċjali fil-Ġappun saret bejn it-28 ta’ Lulju u t-3 t’Awwissu. Fl-istess perjodu żaret il-Ġappun trade mission minn Malta li kellha numru ta’ impenji kkordinati minn Trade Malta.