Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx skemi jew isirux xi arranġamenti, biex min ikollu ammont sostanzjali ta' multi pendenti, ikun jista' jħallashom bin-nifs? Jew irid isir il-ħlas kollu qabel tkun tista' tinħareġ liċenzja?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Segretarjat Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi - Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi, jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għażla taċ-child care hija tal-ġenituri u għaldaqstant ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub huwa tagħrif personali li ma jinżammx mis-Settur Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara li jsiru t-testijiet tal-vetturi, l-uffiċċju tal-Licensing jiġix avżat meta jkunu ġew lifted ir-restrizzjonijiet relattivi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-restrizzjonijiet jiġu rreġistrati fis-sistema kompjuterizzata li tintuża mid-Dipartiment tal-Liċenzji. Għaldaqstant, meta vettura tgħaddi mit-test u r-restrizzjoni tingħalaq fis-sistema, d-Dipartiment tal-Liċenzji ikollu viżibilità mill-ewwel.
Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Taqsima Kostali u tal-Ilma tax-Xita — Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu fi ħdan id-Direttorat imsejjaħ Taqsima Kostali u tal-Ilma tax-Xita fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema jokkupaw?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tmienja u erbgħin persuna jaħdmu fit-Taqsima Kostali u tal-Ilma tax-Xita fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma:
· Head
· Chief Architect and Civil Engineer
· Architect and Civil Engineer
· Junior Architect and Civil Engineer
· Graduate Architect and Civil Engineer
· Operations Manager
· ICT & Business Analyst
· Manager 1
· Principal Technical Officer
· Senior Technical Officer
· Technical Officer
· Assistant Technical Officer
· Senior Foreman
· Foreman
· Supervisor
· Senior Tradesman
· Tradesman
· Labourer
· Principal
· Assistant Principal
· Senior Clerk
· Project Manager (RSSL)
Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Taqsima Kostali u tal-Ilma tax-Xita – Funzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jispjega x’inhi l-funzjoni tat-Taqsima Kostali u tal-Ilma tax-Xita fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lil-funzjonijiet tat-Taqsima Kostali u tal-Ilma tax-Xita fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi huma:
· Id-disinn u l-implementazzjoni ta’ proġetti għall-protezzjoni tal-kosta;
· Il-manutenzjoni ta’ infrastruttura għall-protezzjoni tal-kosta;
· Ix-xogħlijiet ta’ tiswija ta’ skalli, mollijiet u passaġġi madwar il-kosta;
· Il-konsolidazzjoni ta’ blat f’diversi bajjiet f’periklu ta’ kollass minnħabba erożjoni kostali;
· Il-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-Proġett Nazzjonali għat-Taffija tal-Għargħar (National Flood Relief Project) li tikkonsisti f’sistema ta’ 11-il kilometru ta’ mini fl-inħawi ta’ Ħal Lija, Ħal Balzan, Birkirkara, l-Imsida u Ta’ Xbiex; mina oħra ta’ 1.8 kilometri taħt Ħaż-Żebbuġ; mina ta’ 3.2 kilometri taħt Ħaż-Żabbar u parti minn Marsaskala; u kanali tal-ilma fil-Wied ta’ Ħal Qormi u l-Marsa, tul ta’ 3.3 kilometri;
· Id-disinn u l-implementazzjoni ta’ proġetti ta’ mitigazzjoni tal-għargħar li jikkonsistu f’netwerks ta’ kanali u ġibjuni għall-ħażna tal-ilma tax-xita;
· It-tindif ta’ ġibjuni u strutturi oħra għall-ħażna tal-ilma tax-xita;
· Id-disinn u l-implementazzjoni ta’ proġetti ta’ Green Infrastructure u Sustainable Urban Drainage Systems (SuDS).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu fi ħdan Infrastructure Malta u x’inhuma l-gradi rispettivi li tali ħaddiema jokkupaw?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan Infrastructure Malta hemm 104 ħaddiema:
1 CEO
2 Exec Dir
7 Unit Heads
7 Senior Managers
16 Architects
3 Trainee Architects
7 Asst Man
6 Clerks
2 Draughtspersons
1 Senior Draughtperson
1 Driver
1 Messenger
1 PA to CEO
7 Field Officers
2 ICT Support Officers
20 Managers
10 QS
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Peress li l-garaxxijiet fi Triq in-Narċis, l-Imtarfa, qegħdin jegħrqu malli tagħmel ftit xita minħabba li meta sar l-asflatar fit-triq, it-triq saret ħażin u l-konkos ġie jaqleb għal ġol-garaxxijiet minflok jaqleb 'il barra mit-triq u apparti minn hekk, il-gulley li hemm fil-bidu ta’ din it-triq ma jaħdimx minħabba li ġie installat ħażin, jista’ l-Ministru jara li jittieħdu passi biex jiġu solvuti l-problemi ta’ ħafna residenti li qed jilmentaw li qed isofru ħsarat kbar fil-garaxxijiet tagħhom kaġun tal-ilma tax-xita, billi jara li jitranġa l-livell tat-triq?
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju qiegħda l-applikazzjoni għall-permess tal-proġett EcoHive li huwa propost li jsir fil-landfill tal-Magħtab ħdejn l-inċineratur?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa kbir il-proġett tal-Ecohive u kemm se jkun qed jokkupa spazju? Jista’ jgħid ukoll kemm-il tomna art, li ser tintuża għal dan il-proġett, hija art agrikola?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Proċess biex jitneħħew parkeġġi riservati personalizzati
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-proċess li bih jitneħħa parkeġġ riservat personalizzat f'każ li l-persuna li tkun kwalifikat għalih tiġi nieqsa? Jista’ jgħid ukoll kif isir il-monitoraġġ u kif l-Awtorità tkun notifikata li tali parkeġġ jista' jerġa' jsir pubbliku?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Policy rigward parkeġġi riservati kemm komunali kif ukoll personalizzati u li tispeċifika l-proċedura sabiex dawn jitneħħew.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn parkeġġi riservati personalizzati u jaqsam l-informazzjoni lokalità lokalità?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista attwali tal-parkeġġi riservati personalizzati maqsuma skont il-lokalità.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għal parkeġġi riservati personalizzati kull sena mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lil Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12028 u 12538.
Matul l-2023 inħarġu 424 permess u matul l-2024 inħarġu 40 permess.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konsulent hemm fil-Ministeru tiegħu u x’livell ta’ edukazzjoni u esperjenza għandhom, speċjalment fil-qasam li l-Ministeru jirrappreżenta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti ġew impjegati skont l-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għażla taċ-child care hija tal-ġenituri u għaldaqstant ninsab informat li t-tagħrif mitlub huwa tagħrif personali li ma jinżammx mis-Settur Pubbliku.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15261 u jgħid jekk matul is-sena 2024 kienx hemm żieda fil-prezz tas-servizz tal-ferry għal dawk li ma jagħmlux użu minn Tallinja card bejn il-Kottonera u l-Belt Valletta u Tas-Sliema u l-Belt Valletta, u vice versa u jekk iva, meta daħlet fis-seħħ din iż-żieda fil-prezz? Kemm kien il-ħlas għas-servizz qabel u wara din iż-żieda fil-prezz? Jista’ jgħid min awtorizza din iż-żieda fil-prezz?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’konformità mal-viżjoni tal- Gvern li jżid l-użu ta’ trasport alternattiv, is- servizz tal-ferry mill-Kottonera u tas-Sliema lejn il-Belt Valletta beda jiġi offrut kollu bla ħlas mill-15 ta’ Jannar 2024 lil kull min għandu Talinja Card. Matul ix-xahar ta’ Frar tneħħiet ukoll il-miżata amministrattiva biex wieħed japplika għal-Talinja Card. Il-Maltin u l-Għawdxin jistgħu jkollhom it-Tallinja Card li jfisser li jkunu jistgħu jagħmlu użu ukoll minn dan is-servizz tat-trasport alternattiv mingħajr ħlas. Fid-dawl ta’ dawn il-bidliet, infurmat li l-operatur privat irreveda r-rati għal min baqa’ ma applikax għal-Talinja Card.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta’ flus mħallsa mill-Gvern jew entitajiet tiegħu f’pagamenti lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fis-snin 2021, 2022 u 2023?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sarux pagamenti lil kumpanija msemmija.