Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mount Carmel – Pazjenti li ġew evakwati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm pazjenti li ġew evakwati mill-Isptar Mount Carmel? Jekk iva, fejn ittieħdu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li bħala parti mill-istrateġija tas-Saħħa Mentali pazjenti bi problemi kroniċi tas-saħħa mentali għandhom kemm jista jkun jiċievu kura ġewwa l-komunità. Pazjenti li ġew evalwati u meqjusa stabbli ġew trasferiti fi djar ġewwa l-komunità fosthom Villa Anna Tereża u Jasmin Home.

Night shelters għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn huma n-night shelters għall-anzjani ġewwa Malta u Għawdex? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx lista ta' stennija għal dawn in-night shelters? Jekk iva, jista' jipprovdi dettalji dwar kemm hi l-lista ta' stennija u għal liema night shelters?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa s-servizz ta’ Night Shelter jista’ jingħata mill-postijiet imsemmija hawn taħt: Casa Paola Dar Pinto Casa Francesco Golden Care Dar San Ġużepp Casa Leone Central Home The Imperial Villa Messina Casa Serena Casa Arkati Ghigo Community Residence Roseville Dar Annunzjata Casa San Paolo Safi Zammit Clapp Mtarfa Home Żejtun Home Mellieha Home St. Thomas Community Living Dar Padova – Għawdex Bħala lista ta’ stennija, hemm persuna waħda li qed tistenna post Ħal Safi.

Prodott Energie Shake — Prodotti alternattivi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17811, jista' l-Ministru jikkunsidra li dawk li ma setgħux jinqdew jingħataw xi forma ta' rifużjoni tal-ispejjeż li kellhom jagħmlu biex jixtru l-prodotti privatament?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà weġibt, ninsab infurmat li qed jinxtraw kwantitajiet akbar biex il-pazjenti kollha jkun jistgħu jinqdew.

Klinika ta’ Birżebbuġa – Servizz tal-Phlebotomy

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat illi jibda s-servizz tal-Phlebotomy fil-klinika ta' Birżebbuġa u jekk iva, meta ser jibda dan is-servizz?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li dan is-servizz dalwaqt jibda jingħata. Aktar dettalji jitħabbru qrib id-data meta s-servizz tal- flebotomija fil-klinika ta' Birżebbuġa jkun ser jibda.

Klinika ta’ Birżebbuġa — Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-servizzi li qed jingħataw fil-klinika ta' Birżebbuġa u meta huma l-ġranet u l-ħinijiet li fihom qed jingħata kull wieħed mis-servizzi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14785.

Sptar Mater Dei — Hospital Activity Report - 2022

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14549, 14900, 15493, 16643, 17301, 17717 u 18153 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Mater Dei għas-sena 2022?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar/Buġibba — Dar tal-Anzjani Casa Serena

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18133 u jgħid kemm hemm anzjani jirrisjedu bħalissa fid-Dar tal-Anzjani Casa Serena ġewwa Buġibba, San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid ukoll kemm kien in-numru ta' anzjani li kienu jgħixu f'din id-dar mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ anzjani li jirrisjedu hu tagħrif kummerċjali, apparti li jista’ jvarja minn jum għall-ieħor.

San Pawl il-Baħar/Buġibba — Dar tal-Anzjani Casa Serena - Liċenzja

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 17817 u 18134 jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dar tal-Anzjani Casa Serena ġewwa Buġibba, San Pawl il-Baħar, hux qiegħda topera mingħajr liċenzja?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liċenzja ta’ Casa Serena għal Servizz Residenzjali għall-Anzjani ma ġietx irtirata.

Ministeru għas-Saħħa — Kuntratti ta’ xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17293, 17646, 17794 u 18169 u jgħid jekk il-kuntratti li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament kinux approvati mis-Segretarji Permanenti tal-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2014 u 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jirriżultax minn xi verifiki li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament iddikjara li ħadem overtime fl-Isptar Mount Carmel meta fil-fatt kien imsiefer fuq vaganza?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17622.

Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, talabx ħlas żejjed għal sigħat overtime fid-dati hawn taħt imsemmija: 18 ta’ Frar 2022, 22 ta’ Mejju 2022, 29 ta’ Mejju 2022, 23 ta’ Lulju 2022, 31 ta’ Lulju 2022, 7 ta’ Awwissu 2022, 11 ta’ Settembru 2022, 14 ta’ Settembru 2022, 16 ta’ Settembru 2022, 6 ta’ Ottubru 2022, 9 ta’ Ottubru 2022, 10 ta’ Ottubru 2022, 26 ta’ Ottubru 2022 u 23 ta’ Novembru 2022?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17622.

Każ ta’ inidividwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kienx assenti minn fuq il-post tax-xogħol tiegħu fl-Isptar Mount Carmel mingħajr vacation leave awtorizzat f’dawn id-dati: 20 ta’ Frar 2023, 22 ta’ Frar 2023, 24 ta’ Frar 2023, 25 ta’ Frar 2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17622.

Każ ta’ inidividwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, qattx għamel talba u qatt inħarġitlu awtorizzazzjoni mill-Ministeru għas-Saħħa biex ikun jista’ jagħmel xogħol privat u jekk tali xogħol privat hux reġistrat ma’ Jobplus?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nformazzjoni li tinsab fil-file personali ta’ individwu ma tingħatax.

Mammogrammi — Pjan biex jittaffa d-dewmien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjan hemm biex jittaffa d-dewmien biex pazjenti jagħmlu t-test tal-mammogram f’Malta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat Il-ħin ta’stennija għall-iskrinjar tas-sider twal waqt il-pandemija tal-COVID fejn iċ-Ċentru kellu jagħlaq għal xi żmien. Dan il-ħin ta’ stennija naqas f’dawn l-aħħar sentejn. Ir-Radjografi u ir-Radjoloġisti qegħdin jaħdmu overtime biex jitnaqqas iż-żmien ta’ stennija. Qed isir kull sforz biex ikompli jitnaqqas il-ħin, billi fost l-oħrajn jiżdiedu n-numru ta’ Radjografi u Radjoloġisti.

Ħal Qormi — Ċentru tas-Saħħa - Plakek tal-inawgurazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-plakek relatati mal-ftuħ taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi, fl-1992, inħbew f’xaft kif muri fir-ritratt anness?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17777.

Ħal Qormi — Ċentru tas-Saħħa - Plakek tal-inawgurazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-plakek relatati mal-ftuħ taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi, fl-1992, li nħbew f’xaft kif muri fir-ritratt anness ser jerġgħu jitpoġġew fejn kienu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17777.

Ażma – Trattament — Tfal li ddaħħlu fil-polikliniċi u fl-isptarijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu tfal għal trattament tal-ażma fil-polikliniċi u fl-isptarijiet, sena b’sena, mill-2013 sal-aħħar tas-sena 2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9351.