Legislature:
Category:
Reset
Active:

provista tal-elettriku — studju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12371 u ċioe: Billi fir-rapport dwar l-enerġija ta' pajjiżna intqal ċar u tond li l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi kienet ikkummissjonat studju biex jinvestiga l-options kollha għall-provista tal-elettriku bejn is-sena li għaddiet sas-sena 2020, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan l-istudju u meta mistenni jintemm u jiġi pubblikat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

New Water Saving Campaign — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12370 u ċioe: B’referenza għan-New Water Saving Campaign li kellha tibda din is-sena u li qiegħda mniżżla bħala measure proposed 1a.4 fir-rapport imħejji dwar Energy Policy għal pajjiżna, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet din il-kampanja, meta ġiet introdotta u minn min qed titmexxa? Kemm se tiġi tiswa l-kampanja u x’inhuma l-allokazzjonijiet medja sector by sector għaliha? Din kienet kampanja għaliha jew sempliċiment bħala parti mill-Kampanja Switch?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — qbil mar-rakkmandazzjoni proposta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12367 u jgħid jekk bħala Ministeru għadhomx jaqblu mar-rakkmandazzjoni proposta fir-rapport dwar l-enerġija : 3A4 measures proposed li: "in accordance with the conclusions of the studies carried out, the government will pursue the realisation of the required infrastructure for the provision of a natural gas supply"?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

problema ta' ilma fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12523 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11808, jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex diversi toroq f’diversi inħawi li jegħrqu ma’ kull ħalba xita ma jibqgħux jingħalqu għat-traffiku u jkunu ta’ periklu? Kif se jinġabar l-ilma li jifqa' dawn it-toroq fix-xita?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sliema/Gżira — Rue D'Argens - Ftuħ mill-ġdid tal-pompa tal-petrol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu mill-awtoritajiet konċernati dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-pompa tal-petrol fin-naħa ta’ fuq ta’ Rue D’Argens, Sliema/Gzira wara li r-residenti/ġirien resqu l-ilmenti tagħhom dwar il-ħsara u l-periklu li tikkaġunalhom għal saħħithom u dwar dan kitbu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bid-data tal-21 ta’ Mejju 2009 ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra

feasibility study fuq dokument A Proposal for an Energy Policy For Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12361 u ċioe: B’referenza għad-dokument riċenti ‘A Proposal for an Energy Policy For Malta’ jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-feasibility study li għamlet l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi fejn din qalet li kkonsidrat diversi għażliet dwar il-provvista ta’ gass naturali fosthom permezz ta’ pipeline interconnection bejn Gela u Delimara, liquified natural gas terminal f’Delimara Power Station bi trasport via sea vessels u compressed natural gas li jinvolvi l-ħażna u t-trasport ta’ gass kompressat f’pipes ġewwa sea vessels? Jista' jara li jiġu inklużi wkoll ir-rakkmandazzjonijiet finali fejn jintqal li skond l-istudju, liquified natural gas terminal bi storage capacity ta’ 600,000 cubic m tkun l-aħjar għażla u li l-introduzzjoni tal-gass naturali apparti milli jgħin fid-diversifikazzjoni, fil-ġenerazzjoni tal- fuel jikkontribwixxi sostanzjalment fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal- carbon dioxide flimkien ma' pollutants oħrajn ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra

feasibility study fuq dokument A Proposal for an Energy Policy For Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12361 u ċioe: B’referenza għad-dokument riċenti ‘A Proposal for an Energy Policy For Malta’ jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-feasibility study li għamlet l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi fejn din qalet li kkonsidrat diversi għażliet dwar il-provvista ta’ gass naturali fosthom permezz ta’ pipeline interconnection bejn Gela u Delimara, liquified natural gas terminal f’Delimara Power Station bi trasport via sea vessels u compressed natural gas li jinvolvi l-ħażna u t-trasport ta’ gass kompressat f’pipes ġewwa sea vessels? Jista' jara li jiġu inklużi wkoll ir-rakkmandazzjonijiet finali fejn jintqal li skond l-istudju, liquified natural gas terminal bi storage capacity ta’ 600,000 cubic m tkun l-aħjar għażla u li l-introduzzjoni tal-gass naturali apparti milli jgħin fid-diversifikazzjoni, fil-ġenerazzjoni tal- fuel jikkontribwixxi sostanzjalment fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal- carbon dioxide flimkien ma' pollutants oħrajn ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

applikazzjonijiet għat-twaħħil ta' panelli solari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal twaħħil ta' panelli solari minn Jannar sa Settembru 2009? Dawn l-applikanti kollha se jieħdu xi tip ta' għajnuna talli għamlu din l-għażla? Jista' jgħid jekk hijiex il-politika tal-Gvern li jinkoraġġixxi lin-nies li jagħmlu iktar użu mill-enerġija solari u allura jekk l-istess Gvern għandux il-ħsieb li jkompli jgħin lil dawk li se jkomplu jagħmlu użu minn din l-enerġija anke fis-snin 2010 u 2011?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li bejn Jannar u Ġunju 2009 l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi rċeviet tliet applikazzjonijiet għall-installazzjoni ta’ panelli fotovoltajċi taħt l-iskema li kienet tnediet fl-2006 permezz tal-Avviż tal-Gvern 135 tal-2006. Dawn it-tliet applikanti bejniethom ingħataw €5,104.34 f’għotjiet. Taħt l-iskema 2009, li kienet miftuħa għall-perjodu bejn is-16 u t-28 ta’ Frar 2009, l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi rċeviet 215-il applikazzjoni. 175 minn dawn l-applikazzjonijiet kienu approvati u nħarġitilhom ittra ta’ offerta għall-għotja kif ukoll il-permess biex jistallaw il-pannelli. B’hekk inħarġu €525,000 fi grant offers. 30 applikazzjoni oħra ma jistgħux ikunu pproċessati mill-ewwel u t-tieni stadju filwaqt li 10 applikazzjonijiet ma kienux kompluti. Il-Gvern hu kommess li jinkoraġixxi l-użu ta’ enerġija mix-xemx u l-enerġija li tiġġedded u minn żmien għal żmien se jiġu ntrodotti skemi kif sar fil-passat. Sadattant l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi applikat għal fondi Ewropej biex ikunu ntrodotti skemi oħra li jinkoraġġixxu enerġija solari u enerġija li tiġġedded. Tajjeb jingħad bħal ma ntqal fil-baġit, li għal sistemi ta’ Pannelli Fotovoltaiċi hemm allokati 3.75 miljuni fuq firxa ta’ tliet snin li jibdew mill-2010, u hu maħsub li bejn wieħed u ieħor se jigwadanjaw madwar 400 familjha fis-sena. Fuq sistemi Solar Water Heaters hemm allokati 4.16 miljuni fuq firxa ta’ tliet snin li jibdew mill-2010, u hu maħsub li se jigwadanjaw madwar 1500 familja fis-sena. Fil każ tas-sistemi ta’ Pannelli Fotovoltaiċi se jkun hemm sussidju ta’ 50% sa massimu ta’ € 3,000 filwaqt li fuq sistemi ta’ Solar Water Heaters se jkun hemm sussidju ta’ 40% sa massimu ta’ €560. Is-sussidji għal sistemi ta’ Pannelli Fotovoltaiċi se jkun miftuħa għal kulħadd, filwaqt li dawk għal sistemi ta’ Solar Water Heaters se jkun miftuħa għall-applikanti li jissodisfaw ċerti kriterji.

Bring-in sites — ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu flus mill-bring-in sites bħala ċitazzjonijiet lil nies li jmorru jarmu ż-żibel madwar l-istess bring-in sites matul is-sena 2008?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Bring-in sites — studji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju ħalli jara l-ħtieġa tal-bring-in sites, il-problemi li ġabu magħhom lir-residenti li poġġew dawn il-bramel quddiemhom u inkonvinjenti oħra li setgħu ħolqu, apparti mill-aspetti pożittivi li setgħu ġew introdotti? Jekk sar dan l-istudju, jista' jelenka dawn il-punti pożittivi u negattivi li ħarġu minnu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun jaf li l-għażla ta’fejn jitpoġġew ir-reċipjenti għall-iskart separat saret mill-Kunsilli Lokali. Għalhekk il-mistoqsija trid issir lil Kunsilli Lokali rispettivi.

Biċċerija tal-Marsa — vacancies għal biċċiera

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li huma impjegati bħala biċċiera fil-biċċerija tal-Marsa? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx, preżentament vacancies ta' dan it-tip?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Hazardous waste landfill

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-hazardous waste landfill fl-Għallis huwiex operational? Jekk iva, jista' jagħti lista tal-iskart hazardous li ġie depożitat hemmekk? Jista' jgħid kemm kien hemm, x’tip kien u minn liema sors?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-hazardous waste landfill fl-Għallis mhix topera minħabba illi l-permess tal-IPPC għadu qed jiġi pproċessat mill-MEPA.

Demm tal-biċċerija — inkjesti

Question

Billi l-inċineratur tal-biċċerija kellu jaħraq id-demm tal-biċċerija, jista' l-Ministru jgħid x’wassal għad-dmija li ħarġu dan l-aħħar madwar Albertown? Ma jaħsibx li aktar minn inkjesta interna, kellha ssir inkjesta indipendenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Food security and safety regulations

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12323 u jgħid kemm mill-irziezet f'pajjiżna huma compliant ma' Food Security and Safety Regulations tal-Unjoni Ewropea? X'għajnuna qed jagħti l-Gvern biex jgħinhom jagħmlu l-investimenti meħtieġa sabiex jiġu compliant? Kemm minn dawn il-farms ġew mibdula għall-użu ieħor? X'ser jiġri minn dawn il-farms meta l-għajnuna finanzjarja diretta tieqaf fi tmiem is-sena d-dieħla? Jista' jikkonferma li f'żoni bħall-Magħtab hemm tmienja biss minn 24 razzett li għadhom joperaw bħala farms u li ħafna minn dawn jinsabu f'qagħda ħażina ferm? Ma jaħsibx il-Ministru li dawn għandhom jitħallew ikomplu joperaw minħabba fil-kundizzjonijiet li jinsabu fihom? X'garanzija għandu l-konsumatur li l-Gvern qed jpoġġi l-interessi u l-kunsiderazzjonijiet tal-istess konsumaturi dwar il-food security and safety l-ewwel u qabel kollox?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra

Tqassim ta' Bozoz f'Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal it-tqassim tal-bozoz b'xejn għal kull residenza f'Malta u Għawdex? F'liema postijiet għadhom ma tqassmux kollha u f'liema postijiet tqassmu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat lit-tqassim tal-vouchers tlesta kollu fil-lokalitajiet kollha.