Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' pazjenti barranin li għamlu użu mill-faċilitajiet ta' l-isptar (bi ħlas jew mingħajr ħlas) mhux residenti f'Malta, kull xahar minn mindu nfetaħ l-Isptar Mater Dei?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2008 kemm kien hemm sensji mogħtija minn fabbriki/kumpanniji li joperaw minn Malta? Kemm kienu irġiel u kemm nisa? Mil-liema fabbriki/kumpanniji kienu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li ngħataw is-sensja mill-1 ta’ Jannar 2008 sa Settembru 2008 f’Malta u Għawdex u li marru jirreġistraw għax-xogħol kien ta’ 1,387, li kienu 1,095 raġel u 292 mara.
Ma nħossx li hu xieraq li nippubblika l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija għaliex din l-informazzjoni jista’ jkollha effett ħażin fuq il-prospetti kummerċjali tal-organizzazzjonijiet konċernati.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' ħaddiema li bħalissa qed jaħdmu fuq bażi part-time? Kemm minn dawn huma rġiel u kemm nisa? Kemm mit-total għandu dan ix-xogħol bħala x-xogħol prinċipali tiegħu jew tagħha?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta’ ħaddiema li sa l-aħħar ta’ Ġunju 2008 kienu jaħdmu fuq bażi part-time huwa 48,749; 26,436 huma rġiel u 22,313 huma nisa. Minn dawn 27,579 kellhom ix-xogħol part-time bħala x-xogħol prinċipali tagħhom.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3413 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet referuta lilu u jara li minnufih tiġi investigata s-sistema tad-drenaġġ fis-suq tar-Raħal il-Ġdid peress li din qegħda tfur u litteralment tgħarraq il-ħwienet li hemm fis-sular t'isfel?
Response (DALLI, JOHN)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Awtorita' tad-Djar biex tinvestiga u tieħu l-passi meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sa l-2007 kemm kien hemm nies bħala residenti mill-Isla, Bormla, Birgu li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol lokal, lokal u sena b'sena?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta’ persuni residenti ġewwa l-Isla, Bormla u l-Birgu li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru mis-sena 2000 sa l-2007, huwa hekk :-
Sena
ISLA
BORMLA
BIRGU
Dicembru 2000*
114
244
100
Dicembru 2001
139
250
102
Dicembru 2002
147
299
111
Dicembru 2003
147
318
122
Dicembru 2004
147
330
113
Dicembru 2005
148
321
102
Dicembru 2006
132
285
98
Dicembru 2007
116
242
77
*Il-figuri għas-sena 2000 jinkludu biss dawk li kienu qed jirreġistraw fuq l-ewwel parti tar-reġistru minħabba li dawk fuq it-tieni parti ma kienux jinżammu maqsuma bil-lokalita’.
Fid-dawl tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3718, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri se jieħu l-Gvern biex jiffranka l-enerġija fiż-żewġ blokok f'Bormla?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-miżuri speċifiċi jiġu determiniati wara li jsir audit minn konsulenti mqabbda għal dan l-iskop mill-Awtorita’ tad-Djar.
Jista' l-Minsitru jgħid kemm bejn Jannar u Diċembru 2007 raw nies it-tobba fil-polikliniċi fuq bażi ta' out patient(mhux emerġenzi) u kemm raw nies fl-out patients departmentfuq l-istess bażi? Kemm trid iddum tistenna biex jarak professur jekk tiġi riferut għall-vista għand il-professur mit-tabib tal-familja fil-kliniċi tad-diabete, mediċina, uroloġija, kirurġija, oftalmoloġija u kardjoloġija?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba full time fiċ-ċentri tas-saħħa? Kemm hemm tobba li huma undergoing training għal general practitioner? Huwa vera li l-Gvern beħsiebu jinvolvi wkoll general practitioners li bħalissa qed jaħdmu fil-privat biss biex huma wkoll iservu lill-pubbliku wara sejħa li ssir fiċ-ċentri tas-saħħa għal tabib u allura jkun hemm amalgamazzjoni bejn it-tobba privati u dawk li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li fiċ-ċentri tas-saħħa hemm 65 tobba full time, 23 li huma undergoing training għal general practitioner u 5 fuq reduced hours.
L-informazzjoni dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija tkun tista’ tingħata wara li jispiċċa x-xogħol li għaddej bħalissa fuq ir-riforma tas-saħħa primarja f’Malta u Għawdex. Bħal ma għamilna fil-passat ser tinħareġ sejħa għal tobba li jkunu jridu jaħdmu
part time
biex jaħdmu fid-dipartiment tas-Saħħa Primarja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-homes tal-anzjani li huma taħt il-ftehim private public partnership, jekk ikunx hemm tabib jew nurse kwalifikata kuljum kif ukoll bil-lejl? Jista' jgħid min hu responsabbli li jqassam il-mediċini u jagħti titqib fejn ikun hemm bżonn? Kemm ikun in-numru ta' carersli jaħdmu bil-lejl għal kull għaxra, għoxrin u tletin anzjan? X'inhu x-xogħol li suppost jagħmlu l-carers?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li d-Djar ta' l-anzjani li huma taħt il-ftehim tal-PPP huma Casa Arkati, Villa Messina, Casa Serena u d-Djar ta' l-Anzjani tal-Mellieħa, Bormla u Żejtun.
Informat ukoll li aktar informazzjoni dwar dawn id-Djar ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' inkjesti u investigazzjonijiet li qed isiru bħalissa dwar xi qasam jew ieħor tal-Isptar Mater Dei?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-investigazzjonijiet li l-management ta' Mater Dei ġie nformat uffiċjalment dwarhom huma dawn :-
- National Audit Office - investigazzjoni dwar il-kuntratti għall-Clerks/Receptionists, Internal Security u External Security/Car Park
- Internal Audit & Investigation Directorate (IAID) - audit dwar Financial Governance
- IAID - audit dwar FIxed Assets (għadha ma bdietx).
Jista' l-Ministru jgħid mill-ħaddiema tat-tarzna li ħadu l-iskemi tal-irtirar:
a.) Kemm minnhom sabu xogħol?
b.) Kemm minnhom għadhom jirreġistraw?
c.) Kemm irtiraw mix-xogħol għal kollox?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li, sas-27 t’ Ottubru 2008, il- Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħrig kienet irċeviet 765 formola ta’ tmiem tal- impjieg mill-Malta Shipyards.
Ninsab infurmat ukoll li, mir-rekords tal-Korporazzjoni, jirriżulta’ li 265 diga’ sabu xogħol bħala mpjegati jew għal rashom, 154 qegħdin jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-reġistru u l-kumplament la qed jaħdmu u lanqas jirreġistraw għax-xogħol.
Jista’ l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari 2770 u jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna tal-ETC għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benefiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perijodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-faċilità ġdida għall-anzjani b'280 sodda ġewwa Ħal Luqa?
Response (DALLI, JOHN)
Għandi nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-iSptar ta' Ribilitazzjoni li mhux se jkun biss għall-anzjani.
F'dan il-każ ftit tal-ġimgħat ilu ngħataw struzzjonijiet biex issir evalwazzjoni esperta tad-disinji preliminari li kienu saru tal-faċilita' ġdida ta' rijabilitazzjoni f'Ħal Luqa. Din l-evalwazzjoni għadha ma ġietx konkluża.
Minħabba li l-Awtorita' tad-Djar qed tagħmel xi proġett f'Hanover Street, Bormla jista' l-Ministru jgħid il-persuni li kienu jgħixu f'din il-binja u huma proprjetarji tal-post tagħhom x'kumpens ingħataw għall-post tagħhom? Ġew mogħtija post alternattiv fejn se joqogħdu sakemm il-proġett jitlesta? Jista' jgħid ukoll għall-post alternattiv hux qed iħallsu xi spejjeż li qabel ma kenux qed iħallsu minħabba li kienu sid ta' darhom? Jista' jgħid x'se jiġri meta l-proġett jitlesta u jekk hux se jingħataw il-post li kellhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li kull resident fil-blokka li ser titwaqqa fil-proġett indikat mill-Onor. Interpellant ġie mogħti post alternattiv, inklużi dawk ir-residenti li kienu propjetarji ta' djarhom. Kumpens fuq postijiet li jitwaqqgħu bħala parti minn tali proġetti, jiġi kkalkulat u mħallas mid-Dipartiment ta' l-Artijiet.
Ninsab informat ukoll li l-Awtorita' tad-Djar ma' taf l-ebda spiża li proprjetarji tal-postijiet l-antiki jridu jħallsu għall-post il-ġdid ħlief dawk relatati ma l-użu tal-lift. Meta l-proġett jitlesta, l-Awtorita' tad-Djar tqassam dawn il-postijiet lill-applikanti tagħha u mhuwiex maħsub li min kien joqgħod f'din il-blokka jerġa jmur lura fiha.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3401 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jagħti lista tal-koperattivi kollha li preżentament jagħtu xi servizz lill-Gvern? Jista' l-Gvern jndika wkoll xi ħlas jingħataw il-koperattivi rispettivament?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-koperattivi huma entitajiet kummerċjali privati u li l-Bord tal-Koperattivi mhuwix fir-responsabbli li jżomm din l-informazzjoni mitluba.
Valletta — Triq Merkanti - Propjetà tal-Gvern quddiem San Duminku
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3486 u jindika eżatt x'beħsiebu jagħmel il-gvern bil-propjetà li hemm quddiem San Duminku fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta? Veru li din se ssir dar tal-anzjani? Jekk iva, din se tkun dar tal-anzjani bħall-bqija tad-djar tal-anzjani jew sempliċement day care centre għall-anzjani?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li ma hemm l-ebda pjan li titwaqqaf dar ta' l-anzjani fil-binja li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jara għaliex ma jridux jagħmlu hyperbaric ġewwa l-Isptar Mater Dei, meta t-tobba ta' sptar Amerikan kif ukoll professuri barranin qalu li b'hekk isir progress fil-każ tat-tifel, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet għall-istallazzjoni ta' lift fl-appartamenti f'13 Triq Sant' Anna Furjana?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-permess tal-MEPA għall-installar ta’ lift fl-appartamenti ndikati mill-Onorevoli Interpellant ħareg f’Settembru li għadda.
Ninsab infurmat ukoll li, fid-dawl tan-numru kbir ta’ applikazzjonijiet għall-installar ta’
lifts
u skond is-sistema ta’ prijorita’ għad-diżabilita’ li timxi magħha l-Awtorita’ tad-Djar, hu ppjanat li l-
lift
f’dawn l-appartamenti ser jigi installat fl-2010.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba li għamlu r-residenti fi blokka ta' appartament fil-Gżira, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, lill-Health Inspector għaliex fil-garaxx tagħhom qed ikun hemm ħafna ilma jew drenaġġ? X'possibiltà hemm li tissolva din il-problema li ilha aktar minn sentejn jew tlieta?