Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bus shelters

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentament in-numru ta' bus shelters li għandna f'Malta, lokalità lokalità? Kemm hu mistenni li jiżdied in-nurmu ta' bus shelters skont il-ħtiġijiet il-ġodda tat-trasport pubbliku f'Malta? Fejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi t-total ta’ bus shelters li hawn ġewwa Malta jammontaw għall-erba' mija u tnejn (402), filwaqt li dawk ġewwa Għawdex jammontaw għall-tlieta u erbgħin (43). Minn dawn il-bus shelters, mitejn u sebgħa u disgħin (297) huma bus shelters mill- ġodda. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument, liema dokument permezz ta’ Tabella A jindika l-lokalitajiet ta’ dawn il-bus shelters. Infurmat ukoll illi sakemm jibda is- servizz il-ġdid huwa mistenni li se jiġu stallati wieħed u ħamsin (51) bus shelter ġdid. Il-lokalitajiet ta’ dawn il- bus shelters huwa indikati f’Tabella B ta’ l-istess dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan ma jinkludix numru ta’ bus shelters li jridu jitwaħħlu ġewwa l- bus interchanges il-ġodda. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Mistoqsija Parlamentari numru 16143 kien ġie ikkwotat illi dak iż-żmien kien hemm erba' mija u sitta u ħamsin (456) bus shelters ,jiġifieri 11-il- bus shelter iżjed milli hawn illum. Din id-differenza hija minħabba li numru ta’ bus shelters ikunu qed jiġu mibdula ma’ dawk iżjed moderni u għaldaqstant, ma jkunux riflessi fiċ-ċifri ikkwotati. Fis- sena 2010, inbidlu total ta’ sitta u erbgħin (46) shelter.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ħlasijiet ta' tenders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23748 u jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — servizz ta' mobile phone

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-mobile phone mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' mobile phones in kwestjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ċ-ċifra ta' flus globali li ntefqet matul l-2010 kienet ta' €202,372.06. In-numru ta' mobile phones kien ta' 397.

persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu fl-uffiċini u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid meta ġie mġedded l-impjieg u sa meta, kif ukoll jagħti l-grad tal-persuni konċernati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-persuni li minkejja li laħqu l-età ta' l-irtirar u baqgħu jaħdmu fil-Ministeru tiegħi huma dawn:- Assistant Private Secretary - mill-14 ta' Jannar 2011 sal-14 ta' Jannar 2012, Manager Legal Affairs - mit-22 ta' Marzu 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, Tally Clerk mill-14 ta' Lulju 2010 sal-14 ta' Lulju 2011.

Transport Malta — informazzjoni dwar kwalifiki tal-middle management

Question

Jista' l-Ministru jagħti elenku tal-kwalifiki li jipposjedu dawk kollha mill-middle management 'il fuq fi ħdan Trasport Malta u jgħid fuq liema kriterji dawn ġew magħżula?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-kwalifiki li jipposjedu dawk kollha mill-middle management 'il fuq fi Transport Malta. Il-kriterji fuq liema dawn gew magħżula jinkludu: 1. Esperjenza 2. Kwalifiċi Akkademiċi 3. Esperjenża ekwivalenti għal kwalifiċi 4. Kapaċitajiet Tekniċi skont is-suġġett 5. Performance fix-xogħol 6. Attitudni u Personalità

Transport Malta — azzjoni rigward id-dikjarazzjoni tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni se tittieħed in vista tad-dikjarazzjoni da parti tal-Ombudsman u ċioe li Transport Malta hija inefficjenti u arroganti, sabiex jara li dan l-istat ta' fatt ma jibqax jippersisti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħtini r-riferenza relattiva.

Transport Malta — reżenja ta' min imexxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li min hu responsbbli mit-tmexxija ta' Transport Malta sal-lum għadu ma ġiex mitlub jirriżenja u dan minkejja li Transport Malta ġiet kritikata serjament u severament sew mill-Qorti kif ukoll mill-Ombudsman?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ż-żewġ każijiet imsemmija kienu responsabiltà ta’ ħaddiema fil-middle management u m' humiex tali li jirrikjedu xi passi dixxiplinari li jwasslu għat-tkeċċija.

Transport Malta — abbuż fuq ċittadini

Question

Jista' l-Ministru jgħid, in vista tas-sentenza u kummenti da parti tal-Qorti jgħid, x'passi qed jieħu l-Ministeru sabiex jassigura li ċ-ċittadini ma jibqgħux jiġu abbużati minn Transport Malta kif ampjament ġie asserit?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-każ imsemmi għadu "sub judice".

Żurrieq — Bubaqra - Triq Dun Nard Mallia - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkomplew ix-xogħlijiet fuq il-parti rimanenti ta' Triq Dun Nard Mallia f'Bubaqra, Żurrieq, peress li t-triq hija ta' inkonvenjent għar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet rimanenti huma responsabiltà tal-kunsill lokali.

Speed Cameras — ċitazzjonijiet ta' overspeeding

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet għal overspeeding minn speed cameras matul ix-xhur ta' Diċembru 2010, Jannar u Frar tal-2011 kull speed camera u kull xahar separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1630.

Burmarrad — pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm il-bżonn li fi stretch ta' madwar 400 metru bejn il-Knisja ta' Burmarrad u r-roundabout ta' wara, li jitwaħħlu erba' settijiet ta' pelican lights meta hemm minnhom li ma jagħtu għal imkien?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li, iva dawn il-pelican lights twaħħlu għax kien hemm bżonnhom. Jien infurmat ukoll li ma jirriżultax li hemm xi pelican lights li ma jagħtu għal imkien.

Road-side checks

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru road-side checks minn uffiċjali ta' Transport Malta f'Malta matul il-perjodu Settembru 2010 u Frar 2011? Fejn saru? X'irriżulta minn dawn l-inspections? X'jiġi spezzjonat f'dawn l-okkażjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Settembru tal-2010 u Frar tal-2011 uffiċjali ta’ Transport Malta għamlu 1526 road-side checks. Dawn ir- road-side checks saru f’ dawn il-postijiet, Triq Notabile, Attard (8), Bieb is-Sultan, Żabbar (2), Triq Burmarrad, Burmarrad (5), Triq il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq (6), Corradino Hill/Marsa (10), Dawret il-Gudja, Gudja (2), Għar Dalam, B’Bugia (6), Għawdex (6), Hal Far (7), Triq Hompesch, Fgura (4), Triq l-Indipendenza. Mosta (3), Triq John Adye, Naxxar (6), near Kirkop Tunnels (3), Triq l-Mdina/Triq Luqa, Qormi (2), Triq l-Mġarr, Mġarr (1), Triq l-Mqabba, Siggiewi (1), Triq Mons Mikiel Azzopardi, Siggiewi (1), St. Paul’s Bay By Pass, St. Paul’s Bay (3), Targa Gap, Mosta (10), Triq il-Hemsija, Rabat (2) u Triq il-Kottonera, Fgura (1). Minn dawn l-inspections irriżulta illi 857 vettura ma kienux konformi mar- regolamenti stipulati. Waqt dawn l-inspections l-uffiċjali ta-Transport Malta jispezzjonaw it-tagħmir tal-brejkijiet, l-istering, il-viżibilita, tagħmir tad-tidwil u s-sistema tal-elettriku, fusien, roti, tajers u suspension, chassis u attachments tax-chassis, tagħmir ieħor inkluż takografu u apparat għal-limitazzjoni tal-veloċita', effetti negattivi inklużi emissjoijiet u tnixxija ta’ fjuwil u/jew żejt.

Transport Malta — vetturi reġistrati bħala trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' vetturi reġistrati bħala li jservu għat-trasport pubbliku (inkluż vetturi self-drive) li huma ma' Trasport Malta, skont il-kategoriji tal-istess Transport Malta separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ vetturi reġistrati bħala u li jservu għat-trasport pubbliku sal-aħħar ta’ Frar 2011 huma hekk kif ġej: Buses – BY – 584 Coaches – CY - 137 Red Mini Buses – MY – 370 White vans – VY - 390 Passenger Transport – PY - 95 Taxis Malta – TY - 200 Taxis Gozo – WY - 50 Self drive – K - 5477 Leasing - QZ - 3071 Tail Lift - SY - 48 Chauffeur – GY - 933 Chauffeur – LY - 56 Open top – OY - 15 Train – RY - 1

Nisa fil-bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet ta' nisa f'bordijiet, kumitati u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jindika n-numru totali ta' membri li kull wieħed minn dawn il-bordijiet, kumitati u entitajiet għandu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Lista ta' toroq residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' toroq residenzjali li l-gvern qal li se jibni u jiksi bit-tarmak fil-15-il xahar li ġej kif tħabbar fil-konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-15 ta' Marzu 2011?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta’ toroq residenzjali li se jibnew mill-Gvern bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u t-30 ta’ Ġunju 2012. B’kollox hemm 202 triq u wħud minnhom diġa tlestew. Biex triq residenzjali tikkwalifika għall-kostruzzjoni mill-gvern, iridu jkunu tlestew 70% tad-djar f’dik it-triq. F’għeluq dan il-programm ta’ kostruzzjoni li se jiswa madwar €7,900,000, kull triq residenzjali f’Malta li tkun tista' tinbena fil-fatt se tkun inbniet.

Bormla — Dock 1 - pjanti tax-xogħol infrastrutturali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tax-xogħol infrastrutturali li qed isir f'Bormla marbut ma' Dock 1? Jista' jpoġġi ukoll xi artists' impressions tal-istess proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 14515.

Xogħol ta' irmiġġjar

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn hemm l-insistenza li x-xogħol tal-irmiġġjar fil-Port jinfetaħ b'mod mhux kontrollat meta huwa fatt magħruf li s-suq lokali huwa wieħed ċkejken u magħluq u li l-irmiġġjaturi preżenti jistgħu jibqgħu jesegwixxu x-xogħol taħt l-istess kundizzjonijiet u bil-mod li huwa esegwit illum il-ġurnata mingħajr ma jkun hemm xi infrazzjoni ta' regolamenti f'dan is-settur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-”numerus clausus” li kien jillimita n-numru ta’ rmiġġaturi tneħħa – bi qbil magħhom - ċirka erba', ħames snin ilu. Ma jidirlhix li għandha mmorru lura min dan il-ftehim. Barra min hekk mhux minnu illi n-numru ta’ rmiġġaturi li hemm illum hu biżżejjed biex ilaħħaq max-xogħol. Transport Malta tistma li hemm bżonn mat-30 irmiġġatur waqt li bħalissa hemm biss 16 u 3 minnhom jirtiraw fis-sentejn li jmiss.

irmiġġjaturi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24504, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-irmiġġjaturi mhumiex jingħataw l-istess trattament u fakultà bħalma ġew mogħtija oħrajn, fosthom il-piloti tal-port u ċioe li jifformaw koperattiva?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-irmiġġaturi m’għandhom bżonn il-permess ta’ ħadd jekk jixtiequ jiffurmaw koperativa u Transport Malta diġà offriet l-għajnuna kollha tagħha fejn possibli.

liċenzja tat-triq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23419, jista' l-Ministru jara każ ta' Sinjura, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li din minkejja li ħallset €52.50c tal-liċenżja tat-triq u minkejja li poġġiet il-flus flimkien mal-karti mitluba, huma qed isostnu li ma rċevew xejn? Din is-Sinjura lesta tidher quddiem min huwa resposabbli biex il-każ jiġi solvut u ma jirrepetix ruħu ma' konsumaturi oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.23419.