Legislature:
Category:
Reset
Active:

Universita’ ta’ Malta — Waste Chemistry Lab - Fondi

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-fondi li ntużaw għall-Waste Chemistry Lab fl-Università ta’ Malta matul is-snin 2022, 2023 u l-fondi stmati għall-2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin imsemmija ġew allokati madwar €50,000 f’fondi għar-rimi ta’ dan l-iskart.

Lockers fl-iskejjel – Rifużjoni tad-depożitu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux infurmat b'xi skola jew skejjel li għadhom ma tawx lura d-depożitu għall-użu tal-locker matul is-sena skolastika li għaddiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13216.

Skejjel tal-Privat — Livell Primarju - Trasport bla ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jattendu l-iskejjel primarji tal-Privat li qed jużaw it-trasport bla ħlas?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 3,475 student li jgħamel użu mit-trasport bla ħlas fl-iskejjel primarji tal-Privat.

Skejjel tal-Privat– Livell Sekondarju — Trasport bla ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jattendu l-iskejjel sekondarji tal-Privat li qed jużaw it-trasport bla ħlas?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 2,356 student li jgħamel użu mit-trasport bla ħlas fl-iskejjel sekondarji tal-Privat.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Irkupru ta’ flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ġabarx it-€300,000 li tilef il-Ministeru tal-Edukazzjoni fi scam f'April li għadda u jekk le, fiex waslu l-proċeduri dixxiplinari li nbdew u kemm-il persuna qed tkun investigata u minn min?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li apparti li b'mod immedjat kien sar rapport lill-Pulizija, ġejt infurmat li l-proċeduri ta’ dixxiplina għadhom qed jinstemgħu quddiem il-Bord. Sabiex ma jiġix preġudikat il-każ, il-Ministeru ma jistax jippublika iżjed informazzjoni.

Għalliema fl-Iskejjel Primarji u Sekondarji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14092 fl-intier tagħha u jgħid kemm mit-3,641 għalliem fl-iskejjel tal-istat huma għalliema kkwalifikati u kemm minnhom huma supply? Fir-rigward tal-għalliema (kwalifikati u dawk supply) fl-iskejjel sekondarji, jista’ jindika ta’ liema suġġetti huma? Jista’ jgħid ukoll kemm klassijiet fl-iskejjel primarji u kemm klassijiet fl-iskejjel sekondarji jinsabu mingħajr għalliema għal kull suġġett?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; SECTOR GRADE SUPPLY TEACHER TEACHER Primary 142 1242 Secondary 219 2038 Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li kull għalliem regolari jew supply għandhom il-kwalifiki neċessarji.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Nefqa fuq rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi fond mill-baġit ministerjali jew minn xi entità li taqa’ taħtu li minnhom jixtri rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma hemmx fond speċifiku li jismu rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra.

Għawdex — Kindergarten Educators

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13136 u jgħid kemm hemm Kindergarten Educators (KGE) Għawdxin li jaħdmu fi skejjel primarji, ġewwa Malta maqsuma sena b'sena mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll f’liema lokalità (lokalità b' lokalità) u x'etajiet għandhom dawn il-ħaddiema, u kemm ilhom snin jaħdmu ġo skejjel primarji ġewwa Malta? Jista’ jgħid kemm minnhom huma relievers, f'liema skola huma relievers u kemm ilhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba raġunijiet ta’ privatezza u sigurtà, il-Ministeru ma jistax jippublika l-informazzjoni fl-intier tagħha. Infurmat li fil-perjodu msemmi kien hemm total ta’ 26 KGE li għal ċertu perjodu ħadmu f’xi skola f’Malta fis-snin imsemmija.

Eks Malta Shipbuilding – Avvenimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk intefqux flus pubbliċi biex is-sit tal-Eks Malta Shipbuilding jiġi preparat biex jospita konferenzi u fieri? Jekk iva, jista’ jipprovdi elenku tal-ammonti kollha li ntefqu, u f'kull nefqa jispeċifika u jgħid jekk din ingħatatx b'tender, direct order, jew mod ieħor?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13729.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista bid-dettalji tad-direct orders li ħarġu l-entitajiet jew l-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu fil-perjodu bejn Novembru 2022 u Novembru 2023, maqsuma skont l-awtorità jew l-entità u għal kull direct order separatament jgħid meta ngħatat, kemm kien l-ammont, lil min tħallas, lil min ingħatat id-direct order u x'servizz kien ġie ingaġġat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13751.

Sena skolastika 2023-2024 –Assenteiżmu — Taħrikiet

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi data dwar kemm ħarġu taħrikiet matul is-sena skolastika attwali lill-ġenituri li mhumiex jibagħtu lit-tfal tagħhom jew li huma taħt il-kustodja tagħhom, l-iskola? Jista' wkoll jipprovdi din id-data skont l-iskola u l-Kulleġġ għal kull student/a?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena skolastika s’issa ħarġu total ta’ 170 taħrika lill-ġenituri. Għal fini ta’ sigurta u privatezza, il-kumplament tal-informazzjoni mhux se tiġi ppublikata.

Ħal Għaxaq – Skola — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jaċċerta lill-ġenituri u lill-edukaturi li x-xogħlijiet li saru fl-iskola ta' Ħal Għaxaq huma ċertifikabbli u siguri kompletament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li x-xogħlijiet li saru mill-FTS fl-iskola msemmija huma ċertifikabbli u siguri.

Kalkara – Skola Primarja — Soqfa ta’ periklu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx rapporti dwar xi saqaf jew parti minnu / soqfa jew partijiet minnhom li jista' jkun / jistgħu jkunu perikoluż/i fl-iskola primarja tal-Kalkara?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Fgura — Skola Primarja A u B - Kopji tad-dokumenti tal-Offerti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13966 fl-intier tagħha u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull dokument tal-offerta, kemm jekk tender u anke jekk kwotazzjoni, li ġew ippubblikati f’dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skola Primarja Fgura – Palk tas-Sala Prinċipali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13968 u jikkonferma li l-palk tas-Sala tal-Iskola Primarja A/B tal-Fgura huwa sigur (safe) sabiex jintuża skont il-bżonn tal-iskola? Jista’ jgħid ukoll x’manutenzjoni saret fuq dan il-palk f’dawn l-aħħar għaxar snin u jipprovdi ċertifikazzjoni riċenti mingħand persuna awtorizzata u kompetenti fejn jiddikjara li dan il-palk huwa sigur (safe) sabiex jintuża u jitilgħu fuqu t-tfal?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar għaxar snin, bħas-snin kollha ta’ qabel saru l-manutenzjonijiet neċessarji fiż-żewġ skejjel primarji tal-Fgura.

Skola Primarja tal-Fgura — Attendenza Breakfast Club

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13969 u jgħid kemm studenti jattendu kuljum għall-Breakfast Club fl-iskejjel A/B tal-Fgura?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal din is-sena skolastika s’issa hemm total ta’ 361 student li rreġistraw għall-breakfast club fl-iskejjel msemmija.

Skola Primarja tal-Fgura — Faċilitajiet Breakfast Club

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13970 u jgħid x’faċilitajiet hemm fl-Iskola Primarja A/B tal-Fgura bħal kċina u faċilitajiet oħrajn relattivi għal dawk l-istudenti li jattendu l-Breakfast Club? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex minnu li dawn l-istudenti, peress li m’għandhomx fejn jieklu, qed jittieħdu jieklu fil-Gym tal-Iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel imsemmija s-servizz tal-Breakfast Club huwa fuq sistema ta’ Grab and Go. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li flimkien mal-edukaturi, l-istudenti jmorru fi klassijiet apposta sabiex jieklu u kif ukoll jieħdu sehem f’logħob interattiv jew f’attivitajiet oħra sakemm isir il-ħin li tibda’ l-iskola.

Home schooling — Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ġenituri li applikaw biex jagħmlu home schooling lil uliedhom jew biex uliedhom ikollhom homeschooling f’Malta u f’Għawdex minn meta ġiet introdotta din il-liġi fl-2021? Jista’ jgħid kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin? Jista jgħid ukoll kemm minn dawk li applikaw biex jgħallmu lil uliedhom huma stess, huma Maltin, kemm huma barranin u kemm kienet l-età tat-tfal?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn mindu infetħu l-applikazzjonijiet għal Home Education, il-Ministeru rċieva applikazzjoni waħda biss.

MATSEC – Answer Sheet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-suġġetti li għalihom il-Matsec tipprovdi answer sheet dettaljata fil-livell ta' O'Level, Intermediate u A'Level tal-karti passati u jekk le, jista' jgħid x'inhi r-raġuni għaliex dan ma jsirx?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika x’qed ifisser bil-kelma answer sheet.

MATSEC — Recordings tal-listening comprehension

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-recordings tal-listening comprehension tal-eżamijiet tal-MATSEC mhumiex aċċessibbli fuq is-sit bħalma jkunu aċċessibbli l-komponenti l-oħrajn kollha tal-karti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara kull sessjoni tal-eżamijiet, il-Bord tal-MATSEC jippubblika l-karti ta’ dik is-sessjoni fuq is-sit tiegħu. Għalkemm ir-reġistrazzjoni tal-eżami tas-smigħ ma tiġix imtellgħa, it-traskrizzjoni tat-test tiġi mtellgħa fuq is-sit. Għaldaqstant, dan il-komponent huwa aċċessibbli bħall-komponenti l-oħra.