Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #6602 Sitting 141 2018-10-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – oġġetti fl-inventarji

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'oġġetti kienu mdaħħla fl-inventarji rispettivi, li hemm f'kull uffiċċju, sezzjoni jew taqsima ta' kull Dipartiment li jaqa' fid-dekasteru tagħha fl-aħħar ta' April 2018? Tista' tagħti l-valuri ta' dawn l-oġġetti?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #6614 Sitting 141 2018-10-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex –Xagħra — Triq Ta’ Ġorf - xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5128 li ġiet imwieġba fit-23.4.2018 fejn intqal li x-xogħol fi Triq Ta’ Ġorf ix-Xagħra kellu jinbeda fil-ġranet sussegwenti, tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li wara tmien ġimgħat, ix-xogħol fuq din it-triq għadu ma bediex? X’inhi r-raġuni li għadu ma bedix ix-xogħol? Meta ser jinbeda u ser jitlesta x-xogħol fuq din it-triq ġewwa x-Xagħra Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ġie awarded it-tender, saru diskussjonijiet mal-Water Services Corporation dwar servizzi meħtieġa, iżda l-Ministeru ġie mwaqqaf permezz ta’ Mandat ta’ Inibizzjoni hekk kif kienu se jibdew ix-xogħlijiet
Leg 13 PQ #6456 Sitting 140 2018-10-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Senior Management – transport allowance

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm uffiċjali mis-senior management tal-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, qegħdin jirċievu Transport Allowance? Tista’ tgħid ukoll il-pożizzjoni ta’ kull uffiċjal, kif ukoll id-data li beda jirċievi tali allowance?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #6457 Sitting 140 2018-10-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – direct orders

Question

B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5967 li fiha saret referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5900, tista' l-Ministru tgħid jekk skont Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations, l-awtoritajiet kontraenti huma obbligati li jippubblikaw fil-Gazzetta tal-Gvern il-kuntratti li jkunu ngħataw minnhom b’valur li jeċċedi l-€5,000 biss? Għaldaqstant, peress li d-direct orders li jammontaw għal anqas minn €5,000 ma jiġux ippubblikati, tista’ tgħid kemm ingħataw tali direct orders bejn Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru għal Għawdex inkluż id-direttorati u l-entitajiet li jaqgħu taħtha? Tista’ tgħid ukoll lil min ingħataw u kemm kien l-ammont ta’ flus għal kull tali direct order? Tista’ tagħti dan it-tagħrif xahar b’xahar u sena b’sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpllant li l-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari għadu qed jinġabar. Ta’ min japprezza l-fatt li informazzjoni ta’ dan it-tip tieħu ammont konsiderevoli ta’ żmien biex tiġi miġbura.
Leg 13 PQ #6601 Sitting 140 2018-10-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – tqassim ta’ pakketti tal-valenu tal-firien u ġrieden

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-proċedura li biha jitqassmu pakketti tal-valenu tal-firien u tal-ġrieden lill-pubbliku jew f'ħitan f'għelieqi madwar Għawdex? Tista' tgħid mis-sena 2013 sal-lum kemm-il pakkett ta' valenu tqassam lill-pubbliku?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Il-pubbliku jista’ jieħu sa żewġ pakketti velenu tal-ġrieden mingħajr ħlas mill-Uffiċċju Taqsima tal-Kontroll tal-Firien li jinsab fiċ-Ċentru Amministrattiv, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07.00 a.m. sal-10.00 a.m. Ikun mitlub/a li j/tippreżenta l-karta tal-identità. Matul is-sena t-Taqsima tal-Kontroll tal-Firien tesegwixxi programm ta’ ħidma biex jiġi kkontrollat in-numru ta’ ġrieden u firien kif ukoll tattendi għal ilmenti mressqa mill-pubbliku u mill-Kunsilli Lokali dwar infestazzjonijiet ta’ ġrieden f’postijiet pubbliċi permezz ta’ tqegħid ta’ velenu fis-sistema tad-drenaġġ pubbliku, fi spazji miftuħa u f’siti pubbliċi f’diversi lokalitajiet madwar Għawdex u Kemmuna iżda ma jsirx trattament bi tqegħid ta’ velenu f’postijiet/proprjetà privata. In-numru ta’ pakketti ta’ velenu tal-ġrieden li tqassam lill-pubbliku mis-sena 2013 sas-26 ta’ Ġunju 2018 hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #6405 Sitting 139 2018-10-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5744 u tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-Ministeru tagħha jew mad-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum? Tista' tgħid f’liema grad ġew impjegati u f'kull każ saritx sejħa pubblika għal dawn il-postijiet? Tista' tgħid f'kull każ x'kienu r-rekwiżiti u l-kwalifiċi mitluba għal dawn il-pożizzjonijiet? Tista' tgħid kemm minn dawn il-persuni impjegati għadhom fl-istess pożizzjoni sal-lum u jekk ma għadhomx fil-pożizzjoni li fiha ġew impjegati, wara kemm żmien ġew trasferiti għal xogħol ieħor u f’liema grad qegħdin illum?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 5744.
Leg 13 PQ #6406 Sitting 139 2018-10-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – lokalitajiet – siġar u pjanti mħawla

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm siġar u pjanti tħawlu fil-lokalitajiet f’Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Fejn tħawlu, kemm tħawlu u x’tip ta’ siġar jew pjanti kienu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #6407 Sitting 139 2018-10-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur — Triq l-Imġarr - tender

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li t-tender għal parti minn Triq l-Imġarr ġewwa n-Nadur ma ġietx ippubblikata fejn jiġu ippubblikati t-tenders kollha tal-Gvern jiġifieri fuq l-etenders.gov.mt? Tista’ tgħid min hu l-perit inkarigat minn Triq l-Imġarr ġewwa n-Nadur, kemm tħallas s’issa l-perit u kif intgħażel dan il-perit? Tista’ tgħid kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża fuq il-bini mill-ġdid ta’ parti minn din it-triq ċjoè Triq l-Imġarr ġewwa n-Nadur?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Il-Ministeru kiseb l-approvazzjoni mid-Direttur tal-Kuntratti biex saret il-proċedura skont klawsola 150 (1) ta’ LN352/16.Il-pubblikazzjoni saret kemm fuq il-Gazzetta tal-Gvern u anke fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għal Għawdex. Il-Perit inkarigat mill-proġett huwa Uffiċjal Pubbliku fi ħdan l-istess Ministeru. Ix-xogħol mistenni jibda fil-ġranet li ġejjin. Ix-xogħol f’din it-triq inbeda.
Leg 13 PQ #6409 Sitting 139 2018-10-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – ir-Rabat – Triq Għajn Qatet — kuntrattur

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min hu l-perit tal-Ministeru inkarigat mix-xogħol fuq Triq Għajn Qatet ġewwa r-Rabat Għawdex li bħalissa qed issir ix-xogħol fiha kif ukoll min hu l-kuntrattur li qed jagħmel dan ix-xogħol?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-perit inkarigat mix-xogħol fuq Triq Għajn Qatet ġewwa r-Rabat Għawdex hu wiehed mill-periti ta’ dan il-Ministeru filwaqt li x-xogħol qed isir minn Gatt Brothers.
Leg 13 PQ #6694 Sitting 139 2018-10-02 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – bini ta’ pixxina

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6450, li kienet dwar bini ta' pixxina f'Għawdex, li fit-tweġiba għaliha ġejt mitlub nirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5491 liema tweġiba (5491) kienet tgħid li l-proċess dwar il-proġett tal-pixxina f'Għawdex kien għadu għaddej u li dan il-proġett kien ilu mwiegħed minn amministrazzjonijiet ta' qabel l-2013 u baqa' qatt ma sar xejn u peress li sa sitt snin ilu (sena 2012), minn amministrazzjoni preċedenti: a) kienet saret applikazzjoni dwar dan il-proġett u ġiet approvata mill-Awtorità tal-Ippjanar; b) kien ġie ppubblikat u ngħata tender for electrical and mechanical consultancy services; c) kien ġie ppubblikat it-tender for the construction and earth works at the Gozo Natatorium u dan it-tender kien qiegħed fil-fażi ta' aġġudikazzjoni; d) it-Tender for the Construction, Technical Consultancy and Assistance for the Design of the Mechanical, Electrical and Environmental Systems of the Gozo Natatorium kienet ippreparata u e) dan il-progett, li kien stmat li kien se jiswa €6.2 miljun, kien ipproġettat li jitlesta fis-sena 2014, għalhekk tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi tibdil fil-proġett kif kien oriġinarjament ippjanat? Jekk fl-affermattiv, x'kienu r-raġunijiet li sar dan it-tibdil? Issa li għaddew 19-il xahar minn meta l-Memorandum of Understanding kien ġie ffirmat u wara n-negotiating team kien għaddej f'negozjati mal-privat, tista' tinforma lill-Kamra bl-aħħar żvilupp fuq dan il-proġett?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ser isir mill-Gvern u ħareġ l-ewwel tender għall-iskavar li bħalissa għaddej minn proċess ta’ evalwazzjoni. Il-proġett reġa' ġie ri-disinnjat u dan flimkien mal-Malta Aquatic Sports Assoication, Gozo Sports Board, Special Olympics Gozo. Otters, Tri-Gozo kif ukoll ma’ għaqdiet u persuni oħra involuti attivament fis-settur.
Leg 13 PQ #6695 Sitting 139 2018-10-02 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Qala Għawdex – Triq l-Imġarr — xogħol

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6588, li fit-tweġiba għaliha ġejt mitlub nirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat u peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija 4988, li kienet dwar l-istess suġġett, l-istess Ministru fil-fatt wieġbet din il-mistoqsija u qalet li kienu qed isiru l-verifiki biex jiġi stabbilit jekk l-art hijiex proprjetà tal-Gvern jew tal-privat, tista' l-Ministru tgħid ma’ liema dipartiment jew entità tal-Gvern kienu qed isiru dawn il-verifiki?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jesebixxi pjanta sabiex jgħid għal-liema triq qed jirreferi.
Leg 13 PQ #6327 Sitting 138 2018-10-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – rapporti ta’ serq

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il rapport kien hemm ta' allegazzjonijiet ta' serq minn Ġunju 2015 sal-lum, xahar b'xahar u sena b'sena, f'kull uffiċċju, dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha? F'kull każ x'kien l-allegat serq (oġġetti eċċ) li kien irrapportat u x'passi ttieħdu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #6274 Sitting 137 2018-07-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xewkija – Government Experimental Farm – Home Assistance Section

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ilha mwaqqfa l-Home Assistance Section ġewwa l-Government Experimental Farm fix-Xewkija? Kif intgħażel il-Government Experimental Farm bħala l-post fejn topera din is-sezzjoni? Kemm hemm jaħdmu ħaddiema f’din is-sezzjoni? X’inhu l-grad tagħhom? Kemm ilhom jaħdmu mal-Gvern? Kif intgħażlu dawn il-ħaddiema biex jaħdmu f'din is-sezzjoni? X'inhu l-irwol ta’ din is-sezzjoni?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Il-Home Assistance Section huwa servizz ġdid għall-azzjoni ġdid għall-anzjani li beda’ jiġi offrut mill-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2018. Provizorjament, din is-sezzjoni qed topera mill-Government Experimental Farm. F’din is-sezzjoni hemm dawn il-ħaddiema kif ġej: Numru ta’ ĦaddiemaGradKemm ilhom jaħdmu mal-Gvern 1Senior Care Worker1 ta’ Diċembru 1992 19Impjegati tal-Community Worker SchemeImpjegati ma’ kumpanija privata L-irwol ta’ din is-sezzjoni huwa li jipprovdu kuntatt u għajnuna lill-persuni anzjani li jgħixu fid-djar u l-persuni li jaħdmu f’din is-sezzjoni ingħataw taħriġ professjonali.
Leg 13 PQ #6276 Sitting 137 2018-07-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm se jkun hemm ħaddiema f'kull uffiċċju, Dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha, li se jilħqu l-età tal-irtirar f’kull sena, minn din is-sena sas-sena 2025?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #6587 Sitting 136 2018-06-26 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Museum – Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4604, li kienet dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea għall-Gozo Museum u fejn fit-tweġiba għaliha ntqal li kienu ġew allokati €5 miljun mill-Fond Ewropew għal dan il-proġett, tista' l-Ministru tgħid għal liema perjodu ġew allokati dawn il-fondi?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-Gozo Museum ġew allokati mill-Programm Operattiv I 2014-2020 għall-perjodu mill-ewwel kwart tal-2015 sal-aħħar kwart tal-2020.
Leg 13 PQ #6588 Sitting 136 2018-06-26 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Qala Għawdex – Triq l-Imġarr — xogħol

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4988, li fit-tweġiba għaliha ntqal li kienu qed isiru verifiki biex jiġi stabbilit jekk l-art hijiex proprjetà tal-Gvern jew tal-privat, tista' l-Ministru tgħid jekk din l-informazzjoni ngħatatx?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #3518 Sitting 135 2018-06-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Public Cleansing – tbagħbis fl-użu ta petrol u diesel

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk fit-Taqsima tal-Public Cleansing li taqa' taħt il-Ministeru tagħha, instabx li fl-aħħar ġimgħat kien qed jiġi mbagħbas l-użu tal-petrol/diesel? Tista' tgħid ukoll jekk sarx rapport lill-Pulizija dwar dan, min għamel dan ir-rapport u meta sar?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jirriżultax li sar xi tbagħbis fl-użu tal-petrol/diesel u għalhekk ma sarux rapporti lill-Pulizija.
Leg 13 PQ #6214 Sitting 135 2018-06-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur Għawdex – Triq it-Tiġrija — dar tal-anzjani ġdida – xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess biex jinbeda x-xogħol fuq dar ġdida tal-anzjani fi Triq it-Tiġrija fin-Nadur Għawdex, wara konferenza tal-aħbarijiet li kienet saret ftit aktar minn sena ilu fejn tħabbar dan il-proġett mill-Ministru stess, iżda sal-lum jidher li ma nbeda l-ebda xogħol fuq din id-dar tal-anzjani u ma saret l-ebda applikazzjoni biex isir dan ix-xogħol?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dar tal-Anzjani msemmija hija proprjetà tal-Knisja u mhux tal-Gvern. Għat-tnedija tal-proġett il-Gvern ġie mistieden mill-entitajiet Ekkleżjastiċi bi prospett li fil-futur jinxtraw diversi sodod f’din id-dar. Il-Ministeru għal Għawdex għadu qed jistenna mingħand id-Djoċesi ta’ Għawdex biex ikun jista' jissokta l-proġett.
Leg 13 PQ #6218 Sitting 135 2018-06-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Dipartimenti u entitajiet – sejħiet għall-postijiet/pożizzjonijiet vakanti

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3242 u tgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm inħarġu sejħiet biex jimtlew postijiet/pożizzjonijiet vakanti fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha? Tista’ tgħid f kull każ kif dawn inħarġu u ċjoè jekk inħarġux l-ewwel bħala sejħa interna jew inkella nħarġux għall-applikazzjonijiet minn barra mill-ewwel? Liema minn dawn il-postijiet kienu vakanti u liema le? Għal kull applikazzjoni, kemm kien hemm applikazzjonijiet, kemm minnhom kienu ineleġibbli u għaliex? Liema kienu dawk il-postijiet li mtlew s’issa u meta ġew mimlija?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #6212 Sitting 134 2018-06-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – direct orders

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5900, tista’ l-Ministru tagħti d-dati meta d-direct orders li ngħataw mid-direttorati u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex bejn Marzu 2013 sal-lum, ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba kienet ingħatat fit-tweġibiet tiegħi għad-domanda 5900. Id-dati ta’ meta din l-informazzjoni ġiet ipubblikata hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.