Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #10040 Sitting 226 2019-05-08 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Direttur tar-Reġistru Pubbliku – nota ta’ reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il nota ta' reġistrazzjoni ġiet ippreżentata lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku sabiex persuna titlob li tbiddel il-ġeneru tagħha? Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn in-noti kienu wkoll sabiex il-persuna tbiddel ukoll l-ewwel isem tagħha sabiex jirrifletti l-identità tal-ġeneru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura mill-2015 sal-lum kien hemm 105 noti ta’ reġistrazzjoni ppreżentat minn persuni jitolbu biex ibiddlu l-identità tal-ġeneru tagħhom u li sussegwentament bidlu isimhom ukoll. 2015 2016 2017 2018 2019 Numru ta’ noti ta’ reġistrazzjoni pprezentat minn persuni, jitolbu biex ibiddlu l-ġeneru tagħhom u li sussegwentament bidlu isimhom ukoll 42 19 21 17 6
Leg 13 PQ #10042 Sitting 226 2019-05-08 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deċiżjoni dwar l-identità tal-ġeneru

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il deċiżjoni finali dwar l-identità tal-ġeneru ta' persuna li ġiet determinata minn qorti kompetenti barranija jew awtorità responsabbli li taġixxi skont il-liġi ta' pajjiż ieħor, ġiet rikonoxxuta f'Malta? Jista' l-Prim Ministru jgħid ta' liema pajjiżi kienu l-qrati barranin jew awtoritajiet responsabbli?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Mill-informazzjoni li ngħatat lili jirriżulta li mis-sena 2015 sat-2 ta’ Mejju 2019, ma ddaħħlet l-ebda nota fir-Reġistru Pubbliku rigward deċizjonijiet finali dwar l-identità tal-ġeneru ta' persuna li ġiet determinata minn qorti kompetenti barranija jew awtorità responsabbli li taġixxi skont il-liġi ta' pajjiz ieħor, u li ġiet rikonoxxuta f'Malta.
Leg 13 PQ #10020 Sitting 224 2019-05-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija dwar il-Logħob — ADR entities - lista

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob in segwitu għad-direttiva numru 5 tas-sena 2018 minnha maħruġa, jekk apparti l-entitajiet approvati ta’ ADR skont it-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8404, aċċettatx entitajiet oħra ta’ ADR mhux imsemmija f’din it-tweġiba mill-operaturi liċenzjati minnha bħala B2C u jekk iva, min huma dawn l-entitajiet, u għalfejn u fuq liema bażi legali dan seħħ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-Awtorità Maltija dwar il-Logħob ma taċċettax entitatijiet ta’ ADR speċifikament, iżda tobbliga operaturi liċenzjati minnha bħala B2C li jinnotifikawha b’liema entità ta’ ADR huma għażlu li jingaġġaw. Dawk imsemmijin fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8404 huma fost dawk l-entitajiet li ġew notifikati. Oħrajn huma ‘IBAS’, ‘Außergerichtliche Streitbeilegungsstelle für Verbraucher und Unternehmer e. V.’, u ‘ProMediate (UK)’. L-Operaturi għandhom obbligu huma stess li jikkonfermaw li l-entitajiet magħżula minnhom huma meqjusa minn Awtoritajiet kompetenti fl-UE bħala entitajiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti elenkati fid-direttiva numru 5 tas-sena 2018 maħruġa mill-Awtorità Maltija dwar il-Logħob, fosthom li huma elenkati skont is-subparagrafu 2 tal-artikolu 20 tad-Direttiva 2013/11/UE dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, u għat-tilwim tal-konsumaturi.
Leg 13 PQ #9882 Sitting 223 2019-04-17 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċittadini tar-Renju Unit – applikazzjoni għal ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċittadini tar-Renju Unit li applikaw biex jingħataw iċ-ċittadinanza Maltija minħabba d-deċiżjoni tar-Renju Unit li ma tibqax Stat Membru tal-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid kemm minn dawn il-persuni ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija, kemm-il talba ġiet miċħuda u kemm-il talba għadha pendenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant li waqt li r-raġuni li għaliha persuna tkun qed tapplika għaċ-ċittadinanza ma tkunx ikkomunikata, skont l-informazzjoni mogħtija lili, in-numru t’applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija minn ċittadini Brittaniċi mill-2016 sal-lum huwa kif jidher hawn taħt : 2016 2017 2018 2019 (12/04/19) Applikazzjonijiet sottomessi 387 621 814 263 Ċertifikati maħruġa 177 334 898 175 Applikazzjonijiet irrifjutati 12 24 24 30 * Mhux neċessarjament li l-applikazzjoni pproċessata tkun tikkorrispondi għal dik is-sena li fiha tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni.

Artificial Intelligence – żviluppi

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra x’passi qiegħed jieħu l-gvern rigward l-iżviluppi li qed jiġu reġistrati f’pajjiżna fil-qasam tal-Artificial Intelligence (AI) fid-dawl ukoll ta’ dokument li ġie ppubblikat nhar it-8 ta’ April 2019 mill-Kummissjoni Ewropea dwar linji ta’ gwida u kodiċi ta’ etika li jirregola dan il-qasam?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-ambizzjoni tal-Gvern ghal Malta hija li jistabilixxi politika fil-qasam tal-AI li hija konsistenti ma standards internazzjonali u normi oħrajn ta’ etika. Irridu nibnu fiduċja f’din it-teknoloġija innovattiva minn l-aspett ta’ trasparenza u kontabilità billi l-ewwel nett niżviluppaw qafas nazzjonali ta’ etika biex nassiguraw li s-sistemi tal-AI f’pajjiżna huma “ethically aligned”, trasparenti u li jintużaw b’mod responsabbli. It-tieni billi inħarsu lejn il-qafas regolatorju li bnejna fis-settur tal-blockchain u nespanduh ukoll għal AI, u fl-aħħar nett billi ninkoraġixxu lid-developers biex jadottaw dawn l-istandards. Id-dokument li ġie ppublikat nhar il-21 ta Marzu – Towards a National AI Strategy – High-Level Policy document for public consultation – li se jwassal għal strateġija nazzjonali fuq AI li se tiġi ppublikata aktar tard din is-sena, jindika b’mod ċar li se nkunu qed inħarsu lejn il-linji gwida u kodiċi ta’ etika ppublikati mill-kommisjoni ewropea. Infatti fid-dokument konna qed nagħmlu referenza għad draft li kien ħareġ f'Diċembru li għadda. Dawn il-linji gwida jirriflettu l-prinċipji u l-valuri mħaddna fi tratti ewropej, kif ukoll mid-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Fil- workshop li sar għal pubbliku x-xahar li għadda meta ppublikajna l- high-level policy document għal konsultazzjoni pubblika tkellmet f'wieħed mill-panels Ms. Irina Orssich, awtriċi tal- EU Coordinated plan on Artificial Intelligence , mill-kommissjoni ewpropeja, fejn hija wkoll faħret ix-xogħol li sar s’issa min-naha tal-Gvern f’dan il-qasam.
Leg 13 PQ #9964 Sitting 221 2019-04-15 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema li għandhom kundizzjonijiet u pagi differenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija palramentari 9509 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9388, li kienet tirrigwardja impjegati Għawdxin li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex, u li għandhom pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol differenti minn impjegati Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f’Malta, u ċjoè fl-Uffiċċji f’Għawdex ta’ Transport Malta (Liċenzji u Testijiet), ir-Reġistru tal-Artijiet, l-Awtorità tal-Artijiet, Identity Malta (Passaporti, ID Cards, Ċittadinanza) u r-Reġistru Pubbliku, u in vista tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9256 fejn ġie kkonfermat li dawn l-ħaddiema huma kollha uffiċjali pubbliċi, u peress li l-ħaddiema Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f’Malta għadhom ukoll meqjusa bħala uffiċjali pubbliċi li huma mislufa ma’ dawn l-entitajiet, u qed igawdu minn dawn il-kundizzjonijiet u pagi differenti matul iż-żmien li jkunu deployed ma’ dawn l-entitajiet, liema kundizzjonijiet jintilfu jekk jirritornaw lura mas-servizz pubbliku, u b’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 9388 fejn ingħad li l-impjegati Għawdxin mhux impjegati mislufa iżda huma uffiċjali pubbliċi taħt il-Ministeru għal Għawdex, u peress il-ħaddiema Maltin huma wkoll uffiċjali pubbliċi, u in vista tal-Artiklu 27 tal-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap 452) li jgħid li “impjegati fl-istess klassi ta’ impjieg għandhom id-dritt għall-istess rata ta’ remunerazzjoni għal xogħol ta’ valur ugwali” jista’ l-Prim Ministru ġentilment jikkunsidra li l-ħaddiema Għawdxin, li qed jagħmlu xogħol identiku, għax għandhom l-istess grad, u l-istess klassi, jingħataw l-istess drittijiet skont kif jingħad fl-Artiklu tal-liġi msemmiha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9388.
Leg 13 PQ #9850 Sitting 220 2019-04-11 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet – persuni li ġew rilaxxati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, jekk kienx hemm persuni li ġew rilaxxati mill-iskwalifika taħt il-paragrafu 7 (f) tar-Regolamenti dwar il-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet (Leġislazzjoni Sussidjarja 260.06) mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu dawn il-persuni, x'kien l-interess li ddikjaraw u meta ġew ippubblikati d-dikjarazzjonijiet u r-rilaxx fil-Gazzetta tal-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant li ninsab informat li ma kienx hemm persuni li ġew rilaxxati mill-iskwalifika taħt il-paragrafu 7 (f) tar-Regolamenti dwar il-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet (Leġislazzjoni Sussidjarja 260.06) mis-sena 2018 sal-lum.
Leg 13 PQ #9886 Sitting 220 2019-04-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Assistant Principals — appointments

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fadal persuni li għamlu l-eżami għall-Assistant Principals fl-2017 u li għaddew iżda għadhom ma ġewx imsejħa biex jingħataw l-appointment f'din il-kariga? Jista' jgħid sa meta għandha tispiċċa l-validità ta' dan l-eżami u jekk f'Settembru li ġej dawn il-persuni li għaddew, hux ser jiġu msejħa biex jingħataw l-appointment?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li fil-lista għad fadal 125 kandidat. Il-ħatriet jiġu determinati skond il-vakanzi tul il-perjodu tal-validità tar-riżultat.
Leg 13 PQ #9888 Sitting 220 2019-04-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MCA- membri tal-Bord — ħatra

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru attwali tal-membri tal-Bord tal-Awtorita ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni, għal kemm żmien hi l-ħatra ta’ kull membru u jekk il-ħatra hiex fuq bażi ta’ full-time jew part-time? Jista’ jgħid x’kienu l-kriterji li fuqhom ntgħażlu dawn il-membri?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Bord tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni, huwa kostitwit minn Chairman u sitt (6) membri b’terminu ta’ ħatra ta’ tlett (3) snin. Fir-rigward tan-natura tal-ħatra jekk hijiex fuq bażi full-time jew part-time nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għal mistoqsija numru 4812. Il-kriterji li fuqhom intgħażlu l-membri preżenti huma dawk użati matul is-snin li għaddew.
Leg 13 PQ #9841 Sitting 218 2019-04-09 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Moving forward — Government of Malta Magazine - nefqa

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9091, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar in-nefqa għall-pubblikazzjoni bl-isem "Moving forward - Government of Malta Magazine" ippubblikat fi Frar 2019 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif tidher hawn taħt : Fotografija : €796 Design & Artwork : €2,478 Proofs, Copy-to-Plate, Printing : €30,975 Posta : €4,622
Leg 13 PQ #9824 Sitting 217 2019-04-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Berġa ta’ Kastilja – opri ta’ arti mislufa minn Heritage Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9707 u jgħid x’inhuma l-opri tal-arti li jinsabu fil-Berġa ta’ Kastilja, mislufa sija mingħand Heritage Malta u sija mill-privat? Jista’ jgħid f’liema kmamar fil-Berġa ta’ Kastilja jinsabu esposti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 13 PQ #9076 Sitting 214 2019-04-02 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Passaporti – passaporti mitlufa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, kemm ġew ikkonsenjati passaporti li kienu mitlufa lill-Uffiċċju tal-Passaporti sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ta' liema pajjiżi kienu l-passaporti li ġew ikkonsenjati lill-Uffiċċju tal-Passaporti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nixtieq nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 9074 f’dak li jikkonċerna ċittadini barranini. Fil-każ ta’ ċittadini Maltin, bħala regola ġenerali, il-passporti mitlufa jew misruqa li jiġu rritornati lil dan l-uffiċċju jkunu ikkanċellati immedjatament u rritornati lid-detentur. Statistika f’dan ir-rigward ma tinzammx peress li dawn il-passaporti ritornati ma jkollhom l-ebda uzu ieħor.
Leg 13 PQ #9091 Sitting 214 2019-04-02 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Moving forward – Government of Malta Magazine — nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret dwar il-pubblikazzjoni bl-isem ‘Moving Forward - Government of Malta Magazine’ ippubblikat fi Frar 2019 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet ġiet imqassma bieb bieb l-imsemmija pubblikazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali tal-magazine Moving Forward kienet ta’ €38,871 (VAT inkluza). Din l-ispiża tinkludi disinn, ipprintjar, kif ukoll distribuzzjoni tal-magazine lill-177,780 dar f’Malta u Għawdex kollha. L-iskop ta’ dan il-magazine huwa li jinforma lill-pubbliku dwar il-ħidma li qed iwettaq il-Gvern. Magazines simili kienu ppubblikati matul is-snin minn gvernijiet differenti.
Leg 13 PQ #9767 Sitting 214 2019-04-02 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Grievances Board

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9517 u 9089 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8886, jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dati u terminu ta’ żmien relevanti meta l-persuni li isimhom ġie anness mat-tweġiba kienu effettivament membri tal-Grievances Board jew bordijiet li jaqa’/jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-proċess tal-grievances li nbeda fl-2014, intemm fl-2016 u għaldaqstant il-membri msemmija fil-mistoqsija parlamentari 8886, temmew it-terminu tagħhom. Uħud minnhom servew fuq il-grievances board għal uffiċjali pubbliċi li twaqqaf fl-2017. Uħud servew bħala membri ta’ bordijiet ta’ reklutaġġ, ta’ dixxiplina jew ta’ proġett oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-membri li servew fuq kull Grievances Board , inħatru abbażi ta’ proċedura sanzjonata fl-2012 mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku dwar uzu ta’ uffiċjali pubbliċi irtirati. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li l-proċess kollu tal- Grievances Boards sar bil-kunsens tal-Kummissjoni ghas-Servizz Pubbliku u tal-Uffiċċju tal-Ombudsman.
Leg 13 PQ #9070 Sitting 213 2019-04-01 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord dwar id-distruzzjoni tal-passaporti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema sena ġie mwaqqaf il-Bord dwar id-distruzzjoni ta' passaporti? Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri ta' dan il-Bord, kif ġew magħżula u kemm-il laqgħa saret tal-Bord mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Minn informazzjoni mgħoddija lili minn Identity Malta jirriżulta li fil-5 ta’ Jannar 2016 inħatar Bord għad-Distruzzjoni tal-Passaporti u li kien kompost mis-Sur Stephen Vassallo bħala Chairperson, u l-membri kienu is-Sur Matthew Borg u s-Sur Paul Azzopardi. Dan il-bord tlaqqa’ nhar id-19 ta’ Jannar 2016. Fil-25 ta’ Jannar 2016 inħatar bord ieħor li kien kompost mis-Sur Cleavon Vella (Chairperson), is-Sa Marylee Camilleri Kasap u s-Sa Nathaniel Cutajar (Membri). Aktar tard fl-4 ta’ Mejju 2016 inħatret is-Sa Nathalie Cutajar bħala membru fl-istess bord. Fl-20 ta’ Lulju 2017 inħatar bord ġdid li kien kompost mis-Sa Yvonne Arqueros (Chairperson), is-Sa Moira Galea u s-Sur Kurt Zammit (Membri). L-informazzjoni dwar kemm-il darba ltaqa’ l-bord u minn kien Preżenti għal dawn il-laqgħat qed tinagħta fit-tabella t’hawn taħt : Data Is-Sur Cleavon Vella (Chair) Is-Sa Marylee Camilleri Kasap Is-Sur Nathaniel Cutajar Is-Sa Nathalie Cutajar 9 ta’ Frar 2016 Preżenti Preżenti Preżenti Kienet għadha mhix maħtura 10 ta’ Marzu 2016 Preżenti Preżenti Preżenti Kienet għadha mhix maħtura 20 ta’ Mejju 2016 Preżenti Preżenti Assenti Preżenti 26 ta’ Mejju 2016 Preżenti Preżenti Assenti Preżenti 16 ta’ Ġunju 2016 Preżenti Preżenti Assenti Preżenti 21 ta’ Ġunju 2016 Preżenti Preżenti Assenti Preżenti 28 ta’ Ġunju 2016 Preżenti Preżenti Assenti Preżenti 7 ta’ Lulju 2016 Preżenti Preżenti Assenti Preżenti Data Is-Sa Yvonne Arqueros (Chair) Is-Sa Moira Galea Is-Sur Kurt Zammit 14 ta’ Settembru 2017 Preżenti Preżenti Preżenti 3 ta’ Jannar 2018 Preżenti Preżenti Preżenti 5 ta’ Jananr 2018 Preżenti Preżenti Preżenti 12 ta’ Jannar 2018 Preżenti Preżenti Preżenti 7 ta’ Diċembru 2018 Preżenti Preżenti Preżenti
Leg 13 PQ #9074 Sitting 213 2019-04-01 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Passaporti – rapporti ta’ każijiet ta’ telf ta’ passaporti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każijiet ta' telf ta' passaporti lill-Uffiċċju tal-Passaporti, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid ta' liema pajjiżi kienu l-passaporti li ġew irrapurtati bħala mitlufa, kemm-il rapport sar personalment u kemm-il rapport sar bil-miktub, kemm-il passaport instab u kemm-il passaport baqa' mitluf?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ċittadini barranin li jintilfilhom jew jinsterqilhom il-passaport, iridu jagħmlu rapport fl-għases tal-pulizija u/jew fl-Ambaxxati u Konsolati, u mhux mal-Uffiċċju tal-Passaporti. Bl-istess mod, ċittadin Malti wkoll għandu l-ewwel jagħmel rapport fl-għases tal-pulizija. Madanakollu, ninsab infurmat minn Identity Malta li bejn l-2013 u llum l-ammont ta’ passaporti ta’ ċittadini Maltin immarkati mitlufa jew misruqa fis-sistema tal-Uffiċċju tal-Passaporti kien kif ġej: 2013 – 358 passaport 2014 – 486 passaport 2015 – 555 passaport 2016 – 513 passaport 2017 – 653 passaport 2018 – 759 passaport 2019 – 103 passaport
Leg 13 PQ #9498 Sitting 213 2019-04-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet għal Visa — Ċittadini min-Nepal, Bangladesh, Indja u Pakistan

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9104 u jgħid kemm-il applikazzjoni saret għal visa Maltija minn ċittadini tan-Nepal, il-Bangladesh, l-Indja u l-Pakistan mill-2013 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati maqsuma skont l-isem tal-applikant?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li bil-mod ta’ kif inhi miktuba l-Mistoqsija Parlamentari numru 9498, din ma tistax tiġi mwieġba għaliex tmur kontra l-protezzjoni u l-privatezza tad-data tal-individwi.
Leg 13 PQ #9552 Sitting 213 2019-04-01 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpaniji likwidati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8209 u 8074 li oriġinarjament saru lill-Ministeru għall-Finanzi u li issa ġew riferuti lilu u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew likwidati kumpaniji matul l-2017 u l-2018, xahar b’xahar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-2017 u fl-2018 għal kull kumpanija xolta, infetħu 4 kumpaniji ġodda.
Leg 13 PQ #9553 Sitting 213 2019-04-01 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Inizjattiva Open Data — lista ta’ data sets

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk id-data sets li huma aċċessibbli taħt l-inizjattiva tal-Open Data?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant li ġejt informat mill-MITA illi l-Gvern għandu bosta datasets u informazzjoni oħra strutturata li huma fid-dominju pubbliku u aċċessibbli minn diversi siti elettroniċi tal-gvern. Però bhalissa m’hemmx lista ta’ datasets li huma aċċessibbli taħt l-inizjattiva tal-Open Data. Ghalhekk qed jiġi implimentat proġett li se jipprovdi Portal Nazzjonali tad-Data, minn fejn ‘ open data ’ ser tkun aċċessibbli taħt licenzja li tagħti dritt ta’ użu mill-ġdid, li tkun tista’ tiġi mnizzla taħt format miftuħ ( open format ) u li ma tkunx marbuta ma’ xi teknoloġija partikulari ( non-proprietary ). B’hekk inkunu qed norbtu iktar mad-definizzjoni stretta tat-terminu “ Open Data ”. Ninsab informat mill-MITA, li qed tieħu ħsieb li jinbena dan il-portal, li dan ikun lest fit-tielet kwart tas-sena 2019. Għaddej ukoll xogħol biex isiru l-provizzjonijiet tal-liġi biex ikun hemm Awtorità Regolatorja u tinhatar l-Entità responsabbli mill-implementazzjoni tal-‘ open data ’.
Leg 13 PQ #9554 Sitting 213 2019-04-01 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2023. Għar-rigward tal-binja tal-Information Management (IMU), din hi binja antika li ma toffrix wisq flesibbilità, iżda l-fatt li l-IMU jaħdmu permezz tat-teknoloġija tal-informatika, jagħmilha possibbli li l-impjegati ma jkunx hemmx bżonn li joperaw bil-fors minn din il-binja. Dwar il-binja tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-Burokrazija, dan huwa post huwa tal-privat. Internament il-post huwa aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità, iżda hemm problema dwar l-aċċess minn barra, liema problema qed ikun esplorat kif tista’ tiġi solvuta. Nixtieq niġbed l-attenzjoni li s-servizzi offruti minn din il-binja jistgħu jiġu aċċessati kemm on line , kif ukoll mis-servizz.gov . Dwar il-binja tad-Dipartiment tal-Verifika Interna u Investigazzjonijiet, ġejt informat li se jkun hemm binja ġdida.