Legislature:
Category:
Reset
Active:

Operazzjonijiet tal-ispina tad-dar – lista ta’ stennija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm preżentement kirurġi li joperaw fuq l-ispina tad-dahar? Hemm ħsieb li n-numru tagħhom jiżdied minħabba li l-waiting list tidher qiegħda titwal? Jista’ jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilu jistenna għall-operazzjoni ta’ darhu (prolapsed disc) għal dawn l-aħħar erba’ snin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn ftit tas-snin ilu Mater Dei beda’ joffri s-servizz ta' konsulent speċjalizzat fuq interventi fl-ispina. Bħalissa hemm tabib ieħor li qiegħed jieħu t-taħriġ f'dan il-qasam biex b'hekk fil-futur qarib inkunu nistgħu nżidu r-riżorsi umani f'dan is-settur. Rigward l-każ msemmi minnha, dan qed ikun segwit.

Skema tal-Glucose Sticks

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta bdiet l-iskema tal-glucose sticks b’xejn u kif se tiġi mifruxa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2016 l-iskema tal-glucose sticks b’xejn ġiet estiża sabiex tkopri l-pazjenti kollha li jbatu mid-dijabete tat-Tip 1 irrispettivament mill-eta’ tagħhom u qegħdin jirċievu sa 4 glucose sticks kuljum bla ħlas.Sal-aħħar ta’ din is-sena kull pażjent li jbati mid-Dijabete tat-Tip 2 fuq l-insulina se jkun qed jingħata monitor taż-żokkor fid-demm u sa 4 glucose monitoring sticks kuljum mingħajr ħlas. Din l-inizzjattiva bdiet fis-17 ta’Lulju tal- 2017 permezz ta’ proġett pilota għal pazjenti rreġistrati ma’ spiżeriji fil-komunita’ f'4 lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Matul ix-xhur li ġejjin u l-aħħar ta’ din is-sena, din l-iskema se tkompli tiġi mifruxa mal-lokalitajiet kollha. Għaldaqstant, pazjenti ntitolati qegħdin jirċievu ittra ta’ intitolament mis- Central Procurement and Supplies Unit (CPSU), kif ukoll ittra ta' informazzjoni mill- Pharmacy of Your Choice (POYC). Il-pazjent għandu jippreżenta dawn id-dokumenti fl-ispiżerija li huwa rreġistrat, flimkien mar-riċetta tat-tabib li tindika n-numru ta’ drabi kemm il-pazjent huwa rrakkomandat li jiċċekkja l-livelli taz-zokkor fid-demm sa 4 glucose sticks kuljum. L-istess pazjenti qed ikunu mħeġġa biex iżommu rekord tal-qari taz-zokkor fid-demm tagħhom kif spjegat fil-fuljett b’informazzjoni li tingħata lil kull pazjent. Għas-sena 2018 għaddejjin id-diskussjonijiet sabiex ukoll jibdew jingħataw monitors u glucose sticks lil dawk il-pazjenti tad-Dijabete Tip 2 li qed jirċievu xi trattament ieħor (mhux insulina).

Testijiet ġodda fuq trabi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk bdewx isiru testijiet ġodda lil trabi fl-ewwel jiem tat-twelid tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti aktar informazzjoni dwar dawn it-testijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-ewwel jiem ta’ din il-leġiżlatura beda’ jsir screening test ġdid lil trabi tat-twelid li jkunu twieldu ġewwa Malta u Għawdex. Dan huwa l-heel prick test għal congenital hypothyroidism. Dan l-iscreening test huwa ħafna aktar preċiż minn dak preċidenti. Apparti dan, qed isir ukoll it-test għat-thalassaemia.

Sptar Mater Dei – appuntamenti fid-Dipartiment tal-Outpatients – messaġġi fuq il-mobile

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk sarx xi titjib fl-appuntamenti fid-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Mater Dei minn meta bdew jintbagħtu d-dettalji tal-appuntamenti lill-pazjenti permezz ta’ messaġġi fuq il-mobile?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-aħħar ta’ Lulju ta’ din is-sena minn meta bdew jintbagħtu d-dettalji tal-appuntamenti lill-pazjenti permezz ta’ messaġġi fuq il-mobile sal-aħħar t’Awwissu n-numru ta’ nies li ma kinux jattendu għal appuntament tagħhom fl-Outpatients Department naqqsu bi 11%. Dan it-tnaqqis seta’ jiġi nnutat f’diversi dipartimenti fosthom fid-dipartiment tal-Ġenetika, tal-Mediċina, Oftalmoloġija, Ortopedija, Podjatrija u f’tal-Kirurġija.

Operazzjonijiet li tnaqqset il-lista ta’ stennija tagħhom

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma dawk l-operazzjonijiet li l-lista ta’ stennija tagħhom tnaqqset? Jista’ jgħid x’inhu ż-żmien ta’ stennija? X’miżuri ttieħdu biex tnaqqset il-waiting list?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tnaqqis tal-waiting lists għall-operazzjonijiet hija waħda mill-ewwel prijoritajiet li dan il-gvern ħadem fuqha fil-qasam tas-Saħħa. Diversi operazzjonijiet f’oqsma differenti f’dan is-settur tnaqqset il-lista ta’ stennija kif ukoll iż-żmien ta’ stennija. Uħud minn dawn l-operazzjonijiet huma tal-kataretti, gastroscopy, total knee replacement, knee arthroscopy, total hip replacement, operazzjonijiet fl-ispalla, Tonsillectomy u Columnelloplasty. Tajjeb li ngħidu illi ż-żmien ta’ stennija ta’ uħud minn dawn l-interventi tnaqqset in-nofs meta kkumparata ma żmien amministrazzjoni nazzjonalista. Matul l-aħħar snin żdiedet l-effiċjenza u ngħataw bidu diversi inizjattivi fosthom żieda fil-ħinijet tal-operazzjonijiet, bdew isiru operazzjonijiet nhar ta’ Ħadd u saru ukoll operazzjonijiet fi sptarijiet privati fejn uħud mill-pazjenti ngħataw kura f’dawn l-istess sptarijiet bi spejjeż għal-gvern. F’Mater Dei kien hemm żieda ukoll f’diversi appart fosthom CT Scanner u Angiosuite ġdida.

Sptar Mater Dei – tfal li għamlu użu mill-Emerġenza

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar kemm tfal għamlu użu mill-Emerġenza speċifikata għalihom fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena kien hemm 10,393 attendenza ġewwa d-dipartiment ta’ l-emerġenza fl-ispeċjaliżazzjoni tal-Pedjatrija.

Benefiċċju għal persuna waħidha meta tagħmel adozzjoni

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk jeżistix xi benefiċċju għal persuna waħidha meta tagħmel adozzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għas-Saħħa — transfers ta' ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ transfers li ngħataw lill-ħaddiema fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, u dan għall-perjodu bejn is-6 ta' Ġunju u t-12 ta’ Ġunju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda trasferiment ta’ ħaddiema mill-Ministeru għas-Saħħa fil-perjodu msemmi minnu.

Ministeru għas-Saħħa — nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt. Programmi u Inizzjativi 2017 PHC MDH FMS SPH CMO HR MHS Segretarjat Health Education and Nutrition Unit POYC Sexual Health Policy National Cancer Plan Jannar 4575 1920.75 361.27 12314.7 Frar 669.06 347.49 250.16 4303.76 796.15 Marzu 889.9 1355.69 18.55 1212.68 393.65 April 2851.36 18.55 7796.5 65.93 1832.24 351.64 1593 Mejju 3870 3554.94 115.22 472 Ġunju 870.64 1056.34 235.06 295 Lulju 1189.19 2543.8 53.1 Awwissu 42.06 1335.3 20

Ministeru għas-Saħħa – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – impatt

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar, jista’ jpoġġi l-analiżi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba parlamentari 642 filwaqt li nfakkru wkoll li l-Gvern għadu kemm waqqaf it-taskforce għall-promozzjoni tan-negozju ta’ Malta fir-Renju Unit, immexxija mis-Sur Joseph Zammit Tabona. It-taskforce twaqqfet biex timplimenta pjan t’azzjoni sa tmiem l-2019 biex jiġi promoss negozju, inkluż dak industrijali, ekonomiku u attivitajiet finanzjarji lejn Malta b’kollaborazzjoni mar-Renju Unit.

Ministeru għas-Saħħa – proċess biex ir-Renju Unit johroġ mill-Unjoni Ewropea – opportunitajiet

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri, il-proġetti jew l-inizjattivi li l-Ministeru tiegħu u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu ser iwettqu biex pajjiżna jkun jista’ jibbenefika minn opportunitajiet li jistgħu jinħolqu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 660.

Direttorat għas-Saħħa Ambjentali – avviżi biex ma jsirx għawm fil-bajjiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il avviż ħareġ id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika biex ma jsirx għawm f'bajjiet f'Malta u Għawdex matul is-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017? Jista' jgħid liema kienu l-bajjiet li dwarhom inħarġu l-avviżi u x'kienu r-raġunijiet li minħabba fihom inħarġu l-avviżi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul il-perjodu ta’ bejn l-2012 sal-1 ta’ Awwissu tal-2017 ħarġu total ta’ tmien avviżi, fejn fihom kien rakkomandat sabiex ma jsirx għawm. F’Awwissu ta’ din is-sena ma kien hemm l-ebda rakkomandazzjoni sabiex ma jsirx għawn. Fis-sena 2014 ma nħareġ l-ebda avviż f’dan ir-rigward. Fit-tabella hawn taħt tidher l-informazzjoni kif mitluba, sena b’sena ta’ meta nħarġu dawn l-avviżi. 2012 Avviż Data Referenza ta' Żona tal-Għawm Lokalità PR1919 9 ta’ Settembru 2012 C 18 San Pawl il-Baħar PR1919 9 ta’ Settembru 2012 D 04 – D 07 Xlendi PR1953 10 ta’ Settembru 2012 B 03 – B 04 San Ġiljan 2013 Avvi ż Ref No. Data Referenza ta Żona tal-Għawm Lokalità PR 1922 12 ta’ Settembru 2013 C 22 San Pawl il-Baħar 2015 Avvi ż Ref No. Data Referenza ta' Żona tal-Għawm Lokalità PR151816 8 t’ Awwissu 2015 B 06 San Ġiljan PR151848 17 t’ Awwissu 2015 D 06 Xlendi 2016 Avvi ż Ref No. Data Referenza ta' Żona tal-Għawm Lokalità PR161731 4 t’ Awwissu 2016 C 22 San Pawl il-Baħar PR161910 8 ta’ Settembru 2016 DFBBC 04 Baħar iċ-Ċagħaq 2017 Avvi ż Ref No. Data Referenza ta' Żona tal-Għawm Lokalità PR171652 7 ta’ Lulju 2017 C 18 Xemxija

Kannabis Mediċinali — kampanja edukattiva mill-Health Education Unit

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kampanja edukattiva ġiet ppreparata mill-Health Education Unit kemm għat-tobba, kif ukoll għall-pazjenti, dwar l-użu tal-kannabis mediċinali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dipartiment tas-Saħħa m’għandu ebda unit bit-titlu ta' Health Education Unit.

Mediċini b’estratt ta’ cannabis

Question

Peress li l-unika preparazzjoni tal-cannabis li hija manifatturata taħt Good Manufacturing Practice huwa sprej ta’ 10ml li jiswa €500 u li pazjent b'uġigħ kroniku jista’ jkollu bżonn iktar minn 10ml kuljum, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx possibilità inqas burokratika li pazjenti jkunu jistgħu jaċċessaw mediċini tal-cannabis li jkunu iktar irħas, dejjem taħt in-normi li tippermetti l-liġi dwar użu mediku tal-kannabis?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-liġi fis-seħħ għal użu mediku tal-cannabis tippermetti l-importazzjoni ta’ dawk il-prodotti li huma kkunsidrati mill-Awtorita’ kompetenti li huma mediċini.

Mediċini b’estratt ta’ cannabis

Question

Peress li l-liġi tippermetti lil erba’ tipi ta' speċjalisti biex jagħmlu riċetta tal-cannabis extract, iżda dawn jidher li ma ħadu ebda forma ta' training fuq dan is-suġġett, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk dawn l-ispeċjalisti jirċevux xi forma ta’ taħriġ fuq dan is-suġġett sabiex imbagħad ikunu dawn li jkunu jistgħu jagħmlu riċetta iktar infurmata? Jista’ jgħid minn meta tbidlet il-liġi fl-aħħar leġiżlatura kemm ħarġu permessi biex jintuża l-estratt tal-kannabis għal użu mediku?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispeċjalisti msemmija minnu huma kollha mħarrġa skont ir-rekwiżiti tal-Kunsill Mediku u tal-iSpecialist Accredetation Committee.

Użu rikreattiv tal-cannabis – pazjenti li ddaħħlu fl-isptarijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew admitted persuni fi sptarijiet jew reparti ta’ kura mentali għal kumplikazzjonijiet psikoloġiċi li huma maħsuba li kienu relatati mal-użu rikreattiv tal-kannabis?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindika għal liema perjodu qed jirreferi.

Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali – spezzjonijiet fiż-żona ta’ ġibjun fl-Imqabba

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħarraf lill-Kamra jekk fis-sena 2015, 2016 u 2017 sarux spezzjonijiet mill-uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali fl-Imqabba fiż-żona ta’ ġibjun u dan fir-rigward ilmenti li tressqu dwar ilma staġnat fl-istess ġibjun kif ukoll ilmenti rigwardanti health hazards inkluż preżenza ta’ ġrieden? Jista’ jgħarraf ukoll lill-Karma jekk itteħdux passi, jew entitajiet intalbux jieħdu passi, rigward l-istess?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2015, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ma rċieva l-ebda ilment relatat mal-ġibjun li jinsab fiż-żona tal-Imqabba. Xorta waħda saru trattamenti ta’ prevenzjoni kontra l-ġrieden fix-xhur ta’ Lulju u ta’ Novembru. Matul is-sena 2016, dan id-Direttorat irċieva 5 ilmenti bejn ix-xhur ta’ Marzu u Awwissu minħabba akkumulu ta’ ilma qiegħed. Inħareġ avviż lill-entita’ kkonċernata fit-30 ta’ Mejju 2016 sabiex jitneħħa dan l-inkonvenjent u s-sitwazzjoni tiġi rregolarizzata. Fl-1 t’ Awissu ġie kkonfermat li l-inkonvenjent kien tneħħa. Waqt li dawn l-ilmenti kienu qed jiġu nvestigati saru 4 trattamenti għal kontra l-ġrieden fiż-żona tal-post imsemmi f’dawn il-ġranet: 21 ta’ Ġunju, 12 ta’ Lulju, 22 ta’ Lulju u fid-29 ta’ Lulju. Saru wkoll it-trattamenti ta’ prevenzjoni fix-xhur ta’ Marzu, Awwissu u ta’ Novembru ta’ l-istess sena. Matul is-sena 2017, fix-xahar ta’ Lulju id-direttorat irċieva 2 ilmenti rigward ħmieġ fl-istess żona izda mill-investigazzjonijiet irriżulta li l-ilmenti ma kienux ikkonfermati. Madanakollu saru 2 trattamenti għal kontra il-ġrieden fl-4 u fit-22 ta’ Lulju. Saret spezzjoni oħra fit- 3 t’ Awwissu 2017 fejn ġie kkonfermat li ma kien hemm ebda akkumulu ta’ ħmieġ jew ilma qiegħed. Madanakollu fil-25 ta’ Settembru sar rapport lill-Awtorita’ rispettiva sabiex jiġi evitat milli jkun hemm ilma stagnat f’dan il-ġibjun u tittieħed kull prekawzjoni neċessarja.

Avviżi legali abbinati mal-Liġi dwar Stili ta’ Ħajja Sana

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika liema kienu l-avviżi legali abbinati mal-liġi mressqa mill-Oppożizzjomi dwar Stili ta' Ħajja Sana approvata mill-Parlament f'Jannar 2016 li nħarrgu s’ issa u li kien hemm qbil dwarhom bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni? Jekk inħarrġu, jista' jgħid liema kienu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rakkomandazzjonijiet mill-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana ser jitħabbru fil-budgetli ġej.

Għawdex — Bini tal-Iskola ta’ Barts

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra u jgħid l-istadju li fih wasal il-bini tal-Iskola ta' Barts f'Għawdex u meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol fuq din il-binja?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-bini tal-iskola ta’ Barts huwa għaddej u huwa mistenni li jitlesta s-sena d-dieħla.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — proġetti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inizjattivi u proġetti ġodda ġew imwettqa fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex minn meta dan beda jitmexxa mill-kumpanija Vitals Global Healthcare?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn meta l-isptar Ġenerali t’Għawdex beda’ jitmexxa mill-VGH ġew imwaqqfa diversi inizzjattivi/proġetti fosthom: · servizz t’ambulanza tal-arju, bl-istess ambulanza stazzjonata f’Għawdex. · reklutaġġ u taħriġ ta' tim f'l-istess sptar sabiex dan ikun jista’ jittrasferixxi pazjenti għal Mater Dei. · Ħatra ta’ Kap ġdid għal Servizzi t' Emerġenza u introduzzjoni ta' triage fid-dipartiment tal-emerġenza · Ħatra ta' kap ġdid għas-Servizzi ta' l-ispiżerija u l-kisba ta’ liċenzja għall-ispiżerija fl-isptar Ġenerali t’Għawdex, · Tkabbir tad-Dipartiment tal-Anestesija bil-ħatra ta' 3 speċjalisti addizzjonali; fl-Emerġenza, fl- Operating theatre , u l-ITU kif ukoll jassistu fejn ikun hemm il-ħtieġa fit-trasferimenti ta' emerġenza bl-ambulanza tal-arju. · Apparat ġdid u rinnovazzjoni fid-Dipartiment tad-Dentistrija ġewwa d-dipartiment tal- Outpatients . · Rinovazzjoni fl-entratura prinċipali kif ukoll fir- reception area filwaqt li ngħata bidu għal- servizz ta’ 24 siegħa kuljum fiż-żona tal-Akkoljenza. · Titjib fil-faċilitajiet tal-parkeġġ kemm ġewwa kif ukoll barra l-isptar. · Tnedija ta 'servizz ġdid fil-psikoloġija, bil-ħatra ta' 4 professjonisti ġodda sabiex il-pazjenti tagħna jkunu jistaw jieħdu l-aħjar kura possibbli fil-qasam tas-saħħa mentali. · Apparat mediku ġdid madwar l-isptar fosthom fit-taqsima tal-emerġenza u kif ukoll fl- operating theatre. · Quality and Patient Safety Unit ġdid · Beda’x-xogħol fuq il-bini tal-iskola ta’ Barts.