Jista' l-Ministru jara li l-internet facility fis-sezzjoni tal-Orthopedic Outpatients jintuża biss kif suppost u mhux għal bżonnijiet purament personali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-policy tal-Gvern, li tapplika ukoll għall-impjegati tal-Isptar Mater Dei, hija li l-aċċess għall-internet m’ għandux jintuża għal skopijiet purament personali. Peress li l-faċilità ta’ aċċess għall-internet hija abbażi tal-individwu, u mhux abbażi tal-post tax-xogħol, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk jaf b’xi każ fejn qiegħed isir abbuż mill-użu tal-internet, jgħaddili d-dettalji sabiex jiġi mistħarreġ il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex permess speċjali sabiex tidħol u toħroġ mill-Isptar Mater Dei bl-uniformi meta r-regolamenti viġenti ma jippermettux dan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ebda membru tal-istaff fl-Isptar Mater Dei m’għandu permess li jidħol u joħroġ bl-uniformi meta r-regolamenti stipulati ma jippermettux dan. In-Nursing Management tal-Isptar Mater Dei qed jinvestiga l-allegazzjoni tal-Onor. Interpellant.
Mellieħa, Mġarr u San Pawl il-Baħar — sejħiet b'emerġenza għall-ambulanza
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu s-sejħiet b'emerġenza għall-ambulanza, minħabba inċidenti fil-baħar jew fuq il-post tax-xogħol matul l-2009, fl-inħawi tal-Mellieħa, Mġarr u San Pawl il-Baħar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilha out of stock il-mediċina Questran, meħuda fost oħrajn minn pazjenti li jbatu minn kanċer? Meta hija mistennija terġa' tkun in stock?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-mediċina Questran qatt ma kienet out of stock. Id-Diviżjoni tas-Saħħa bħalissa għandha stock limitat ta’ din il-mediċina li jinstab fiċ-Ċentri tas-Saħħa f’Malta u Għawdex. Lejn l-aħħar t’ April ingħata kuntratt u l-ewwel konsenja mistennija tasal il-ġimgħa d-dieħla.
Qabel dan il-kuntratt, id-Dipartiment tal-Procurement, Taqsima tas-Saħħa kellu żewġ (2) ordnijiet oħra pendenti li s-
suppliers
setgħu jissupplixxu biss kwantitajiet ristretti minħabba problema ta’ disponibilità ta’ din il-mediċina fis-suq internazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-complaints li saru mad-Dipartiment tas-Sanità dwar farm li jinsab fil-konfini ta' bejn il-Fgura u Ħal Tarxien, liema proprjetà tappartjeni lill-individwu li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li għal xi raġuni għalkemm l-awtoritajiet jidhru li qed jikkomunikaw mal-individwu, dan qed jarmi l-manure kontinwament għad-detrement tar-residenti li jgħixu fil-madwar li ma jistgħux saħansitra jiftħu t-twieqi tagħhom kemm minħabba rwejjaħ kif ukoll minħabba li d-dbieben u n-nemus ma jipprovdix għajr mikrobi u mard? F'dan il-kuntest x'passi ittieħdu fil-konfront ta' sid din il-proprjetà, x'inhi r-raġuni li għadu għaddej b'din l-attività?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li wara lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċieva dan l-ilment, saret l-ewwel spezzjoni fid-9 ta’ Ġunju, 2010 minn uffiċċjali ta’ dan id-Direttorat fir-razzett u fl-għalqa msemmija, liema lment ġie kkonfermat. Is-sid tar-razzett ġie mwiddeb kif ukoll ġie infurmat bil-miktub sabiex ineħħi l-akkumulu tal-manure. Spezzjonijiet ulterjuri minn uffiċċjali ta’ dan id-Direttorat saru ukoll fis-16 u fis-17 ta’ Ġunju fejn ġie kkonfermat li l-imsemmi akkumulu kien beda jitneħħa. Fil-fatt fit-18 ta’Ġunju ġie kkonfermat li l-akkumulu kien tneħħa għal kollox.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15898 u jgħid kemm jingħataw servizzi fil-bereġ/polikliniċi, kemm jattendu nies għal kull servizz u f'liema berġa/poliklinika jingħataw dawn is-servizzi? Jista' jagħti l-lista ta' servizzi ġodda li beħsiebu jdaħħal f'kull berġa/poliklinika fil-perjodu ta' Jannar u Diċembru 2010? Jista' jsemmi jekk għandux f'moħħu li jneħħi xi servizz ieħor mill-bereġ u jagħtih f'xi post ieħor bħalma ġara fil-każ tad-dentistrija?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — tenders governattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ngħata mis-segwenti entitajiet kemm b’diret order u kemm permezz ta’ tender Governattiv: MCH Board of Directors, Medical Specialists Accreditation Committee, Mental Health Review Tribunal, National Antibiotic Committee, National Commission for Mental Health Reform, National Council for the Elderly, Nursing and Midwifery Board, Occupational Health and Safety Board, Occupational Health and Safety Authority, Pandemic Steering Committee, Sexually Tramsmitted Infections Prevention Committee, Ta' Braxia Committee, Training Committee on Public Health, Treatment Abroad Advisory Committee, Żammit Clapp Hospital Management Committee? Lil min ingħata u kemm kien jiswa kull kuntratt fil-perjodu 2008, 2009 u 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma il-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex, kemm ilhom fil-karigi rispettivi tagħhom u kemm qed jitħallsu fis-sena referibbilment għal: Admissions Board for Homes and SVPR, Advisory Committee of Immunisation Policy, Bioethics Consultative Committee, Board for the Professions Supplementary to Medicine, Burials Board, Committee on Smoking and Health, Dental Specialist Accreditation Committee, Food Safety Commission, Foundation for Medical Services Board, General Services Board, Government Formulary List Advisory Committee, Healthcare Professions Appeals Committee, Health Ethics Committee, Home-care Help Services Board, Hospital Management Committee, St Vincent De Paule Residents? Jista’ jgħid kemm-il seduta attendew il-membri rispettivi tal-bordijiet, awtoritajiet, aġenziji u kumpaniji governattivi? Min huma s-segretarji rispettivi ta’ dawn l-entitajiet imsemmija, jekk humiex full-time u x’paga għandhom? Dan kollu senjatament għas-snin 2008, 2009 u 2010. Jista’ jgħid ukoll min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex ta' dawn l-entitajiet u x’retainers għandhom għall-Ministeru nnifsu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex, kemm ilhom fil-karigi rispettivi tagħhom u kemm qed jitħallsu fis-sena referibbilment għal: MCH Board of Directors, Medical Specialists Accreditation Committee, Mental Health Review Tribunal, National Antibiotic Committee, National Commission for Mental Health Reform, National Council for the Elderly, Nursing and Midwifery Board, Occupational Health and Safety Board, Occupational Health and Safety Authority, Pandemic Steering Committee, Sexually Tramsmitted Infections Prevention Committee, Ta Braxia Committee, Training Committee on Public Health, Treatment Abroad Advisory Committee, Zammit Clapp Hospital Management Committee? Jista’ jgħid kemm-il seduta attendew il-membri rispettivi tal-bordijiet, awtoritajiet, aġenziji u kumpaniji governattivi? Min huma s-segretarji rispettivi ta’ dawn l-entitajiet imsemmija, jekk humiex full-time u x’paga għandhom? Dan kollu senjatament għas-snin 2008, 2009 u 2010. Jista’ jgħid ukoll min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex ta' dawn l-entitajiet u x’retainers għandhom għall-Ministeru nnifsu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jintbagħtu appuntamenti bħala Outpatients fis-sena f'kull dipartiment? Kemm minn dawn l-appuntamenti ma jattendux għalihom? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex dawk li jkunu intbagħtulhom l-appuntament ma jkunux marru għalih?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — tenders governattivi
Question
Jista’ l-Ministru jghid kemm-il kuntratt nghata mis-segwenti entitajiet kemm b’direct order u kemm permezz ta’ tender Governattiv: Admissions Board for Homes and SVPR, Advisory Committee of Immunisation Policy, Bioethics Consulttive Committee, Board for the Professions Supplementary to Medicine, Burials Board, Committee on Smoking and Health, Dental Specialist Accreditation Committee, Food Safety Commission, Foundation for Medical Services Board, General Services Board, Government Formulary List Advisory Committee, Healthcare Professions Appeals Committee, Health Ethics Committee, Home-care Help Services Board, Hospital Management Committee, St Vincent De Paule Residents? Lil min ingħata u kemm kien jiswa kull kuntratt fil-perjodu 2008, 2009 u 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' telecare li għandna llum f'pajjiżna? Kif inhuma mqassma dawn is-servizzi skont il-lokalitajiet li fihom joqgħodu l-anzjani li għandhom dan is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 17989, jista' l-Ministru jikkunsidra l-possibilità li matul ix-xhur tas-sajf, almenu sakemm ikun hemm deċiżjoni dwar ir-rapport li għandu jiġi konkluż dwar l-ambulance stations, fil-fatt l-ambulanza li bħalissa qiegħda l-Mosta, din titqiegħed fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar biex tkun dejjem eqreb lejn il-bajjiet li hemm fl-inħawi ta' fuq ta' Malta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Filwaqt li napprezza s-suġġeriment tal-Onor. Interpellant, f’dan l-istadju m'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 17989.
B'referenza għall-paramedic aides, peress li qed jingħad li se jintalbu għal iktar paramedic aides u li dalwaqt se tiftaħ call for application oħra; peress li diġà kien hemm intervista oħra u kien hemm kandidati li għaddew mill-interview u baqgħu barra; jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-ewwel interview huwiex se jibqa' jgħodd u għal kemm żmien? Għaliex se jerġa jkun hemm proċess ġdid u ma jiġux assunti l-kandidati li għaddew mill-ewwel intervista imma baqgħu barra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw pazjenti biex jiġu megħjuna mill-gvern biex imorru jieħdu servizz tas-saħħa barra minn Malta fis-snin 2008, 2009 u 2010? Kemm minnhom ġew aċċettati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li sal-14 ta’ Ġunju 2010, kien hemm 165 applikazzjoni sabiex pazjenti jirċievu kura barra minn Malta, li minnhom intlaqgħu 158. Matul l-2009 kien hemm 309 applikazzjoni li minnhom ġew aċċettati 296. Peress li l-istatistika dwar l-applikazzjonijiet bdiet tinzamm matul l-2009, informat li fl-2008 intbagħtu 279 pazjent għall-kura barra minn Malta.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-mediċini Ikorel jew Nicorandil huma out of stock? Meta huma mistennija li jkunu in stock?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fil-15 ta’ Ġunju 2010 kien hemm stock ta’ Nicorandil 60 mg kemm fl-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei kif wkoll fl-istores ċentrali tal-Pharmacy Of Your Choice. Għal darb’oħra nerġa ntenni li meta xi item ma jinstabx f’xi spiżerija tal-Gvern partikolari, ma jfissirx li dak l-item huwa out of stock fl-ispiżeriji kollha. Id-Dipartiment tas-Saħħa jixtri stocks ta’ mediċini fuq bażi regolari u jaddotta prattika ta’ ridistribuzzjoni tal-istock bejn l-ispiżeriji tal-Gvern.
spezzjonijiet ta' postijiet li jipprovdu l-ikel għall-konsum
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' spezzjonijiet isiru mid-dipartiment ikkonċernat fid-diversi kategoriji ta' postijiet li jipprovdu l-ikel għall-konsum? F'liema lokalitajiet saru dawn l-ispezzjonjiet fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena? X'kollaborazzjoni ssir bejn id-dipartiment ikkonċernat u l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16865, u b'mod partikolari b'referenza għall-informazzjoni mogħtija fiha, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tista' tkun ir-raġuni tad-differenza kbira li hemm fil-perċentwali ta' nisa u rġiel kif affettwati minn din il-marda? Minbarra hekk, x'tista' tkun ir-raġuni li għaliha donnu li fejn hemm l-ikbar inċidenza ta' kanċer fl-irġiel hemm l-inqas inċidenza tal-istess marda fin-nisa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titopġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjan li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li jinsab Casa Messina Rabat li jixtieq jibda jgawdi mis-sussidju li l-gvern jagħti lill-anzjani biex joqogħdu f'homes privati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kien applika fis-6 t’April 2010 u sarlu s-social assessment fit-23 ta’ Mejju 2010. Fit-3 ta’ Ġunju 2010 il-Bord ta’ Ammissjoni approva l-applikazzjoni ta’ din il-persuna għar-Residenza San Vinċenz de Paule bħala prijorita’ għolja. Din l-applikazzjoni tqegħdet fil-lista ta’ stennija. Meta din il-persuna ikun immissha biex tiġi ammessa fir-Residenza San Vincenz de Paule, din tingħata l-possibilita mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ li tibqa’ f’Villa Messina u tkun tista tibbenefika mill-iskema tas-sussidju li l-Gvern għandu ma’ Villa Messina, bħala parti mill-Public Private Partnership Scheme, dejjem jekk ikun hemm fondi suffiċjenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iħallsu l-klijenti kull siegħa ta' servizz tal-home help? Kemm jiġi jiswa lill-gvern dan is-servizz kull siegħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ħlas għas-servizz tal-Home-Help mhux ikkalkulat kull siegħa imma fil-ġimgħa u mhux marbut ma' kemm-ilsiegħa servizz fil-ġimgħa jkollu approvat klijent. Il-ħlas għas-servizz hu kif ġej:
Persuna waħda f’residenza €2.33 fil-ġimgħa
Aktar minn persuna waħda f’residenza (eż. Koppja jew aħwa) €3.49 fil-ġimgħa
Hemm ħlas addizzjonali ta’ €1.16 fil-ġimgħa għal persuna waħedha f’residenza u ta’ €1.75 fil-ġimgħa għal aktar minn persuna waħda f’każ li dawn ikunu jinħtieġu għajnuna biex jippreparaw xi ikel.