Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gross Domestic Product

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-persentaġġ tal-Gross Domestic Product growth rate meta mqabbel ma' dak medju Ewropew għas-snin 2004-2010 kull sena separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Enemalta — Diviżjoni tal-Gass - grad maneġerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-Manager tal-Amministrazzjoni intbagħat imexxi d-Diviżjoni tal-Gass, meta din id-Diviżjoni (Korporazzjoni Enemalta) se tgħaddi għand il-privat fi ftit xhur oħra? Kif u meta laħaq fil-grad maniġerjali l-individwu li qed jagħmel ix-xogħol tiegħu bħalissa fil-Marsa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Manager tal-Amministrazzjoni ma ħarġitlu l-ebda nomenklatura biex imexxi d-diviżjoni tal-Gas. Dan intbagħat hemmhekk b’mod temporarju, sakemm il-kumpanija privata, tieħu t-tmexxija totali. M’hemm ħadd fil-grad ta’ Manager li bħalissa qed jagħmel xogħolu fil-Marsa.

Arms — kont tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li l-anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, jiġi kkuntattjat mill-kumpanija Arms Ltd, għax jidher li hemm xi problema fil-kont tad-dawl u ilma u dan peress li ilu jipprova jikkuntatja l-Arms Ltd għal żmien konsiderevoli?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 27426.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — service contract agreements

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27359 u jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

każ ta' anzjani li m'għandux ilma d-dar

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jaraw il-każ ta' anzjan li jgħix waħdu u li qatgħulu l-ilma minn barra wara li rrapporta li kien ħiereġ xi ilma u issa li għaddew sitt ijiem għadu bla ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet ħsieb minnufiħ li tagħti l-provvista tal-ilma lill-konsumatur imsemmi. Dan ma sarx qabel, għaliex il-konsumatur ma rrapurtax li kien qiegħed mingħajr ilma.

Enemalta — studju fuq stallazzjoni ta' solar water heaters

Question

Fil-każ tal-appartamenti tal-gvern mikrija, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju mill-Korporazzjoni Enemalta fir-rigward tal-istallazzjoni ta' solar water heaters b'xejn biex itaffi mill-impatt taż-żieda fit-tariffi tad-dawl?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mhijiex il-kompetenza tal-Korporazzjoni Enemalta li tagħmel tali studju.

Dipartiment tal-Artijiet — proċedura ta' stallazzjoni ta' cameras

Question

Fil-każ tal-appartamenti tal-gvern li kienu mikrija iżda li minoranza minnom ikunu nxtraw mill-inkwilini, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura tad-Dipartiment tal-Artijiet fir-rigward tal-istallazzjoni ta' cameras fil-partijiet komuni? Il-proċedura tagħti każ il-Liġi tal-Condeminium kif ukoll dik dwar il-protezzjoni tal-privatezza?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratti tal-Kirjiet u Bejgħ tal-appartamenti tal-Gvern isiru mill-Awtorità tad-Djar, għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Membru biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.

Każijiet ta' ċnus tar-raba

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 27290, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-każijiet ta' ċnus tar-raba' li għalaq matul l-2010? F'liema lokalitajiet kien ir-raba' li fil-fatt għalaqlu ċ-ċnus? Kemm area jikkomprendi dan iċ-ċens li għalaq? X'sar minn dan ir-raba', issa li għalaq iċ-ċens in kwestjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 18 il-każ ta’ ċens ta’ raba’ li għalaq fl-2010. Dawn kienu maqsumin hekk: Mtarfa: 5 biċċiet raba’ Qrendi: 3 biċċiet raba’ Rabat: 2 biċċiet raba’ Mdina: 2 biċċiet raba’ Għargħur: Biċċa raba’ Gudja: Biċċa raba’ Munxar: Biċċa raba’ Naxxar: Biċċa raba’ Qrendi: Biċċa raba’ San Ġiljan:Biċċa raba’ Peress li dawn iċ-ċnus huma minn proprjetajiet li għaddew għand il-Gvern mingħand l-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi u għadhom mhux kollha ġew verifikati, f’ dan l-istadju m’aħniex f’ pożizzjoni li nagħtu x’ area jikkomprendu dawn iċ-ċnus. Issa li għalqu dawn iċ-ċnus, id-Dipartiment qiegħed fil-proċess li jħejji l-pjanti ta’ dawn il-biċċiet tar-raba’ u biex jindividwa min huma dawk il-bdiewa li kienu qegħdin jaħdmu dan ir-raba’, biex skont il-policy attwali, dawn jiġu rikonoxxuti fil-qbiela tal-istess raba’.

Formola tal-VAT — multi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li huma diversi dawk li għadhom ma rċevewx il-formola tal-VAT perjodu 15 ta' Lulju 2011? Jista' jgħid kif se jassigura li ebda multa mhi se tiġi maħruġa minħabba n-nuqqas ta' attenzjoni tal-istess dipartiment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda nuqqas ta’ attenzjoni mid-Dipartiment tal-VAT rigward il-formoli tal-VAT li ntbagħtu u li jagħlqu fil-15 ta’ Lulju 2011. Id-Dipartiment bagħat id-Denunzji kollha dovuti permezz tal-posta fl-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju. Jekk għal xi raġuni xi persuna jew persuni ma rċivewx id-denunzja dawn għandhom l-obbligu li jinfurmaw lid-Dipartiment tal-VAT ħalli tintbagħtilhom denunzja oħra, kif isir f’cirkustanzi simili.

VAT returns — inkonvenjent

Question

Jista' l-Ministru jagħti raġuni kif VAT returns li jagħlqu fil-15 t'Awwissu 2011 għadhom ma ntbagħtux meta bħalissa suppost diġà ntbagħtu? Ma jaħsibx li dan se joħloq inkonvenjent lil diversi u jista' jkun il-każ li dawn se jiġu ntaxxati multi għaliex ma jkunux laħqu bagħtu l-formola fiż-żmien?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda obbligu legali mid-Dipartiment tal-VAT li jintbagħtu d-denunzji tal-VAT lill-persuni reġistrati ħafna ġimgħat qabel l-għeluq ta’ dawn id-Denunzji. Id-denunzji tal-VAT illum qed ikollhom ukoll magħhom l-istatement li juri l-bilanċ dovut tal-persuna reġistrata, sabiex kull persuna tkun taf fiċ-ċert il-pożizzjoni tagħha mad-Dipartiment. Għaldaqstant dan l-istatement ma jistax jinħareg qabel ċerti proċessi fis-sistema jsiru kollha. L-aħħar grupp ta’ denunzji li jagħlqu fil-15 t’ Awissu 2011 ġew impustati fil-11 ta’ Lulju 2011. Għaldaqstant jifdal żmien biżżejjed sabiex wieħed jilħaq jimla’ u jibgħat id-denunzja tiegħu saż-żmien stipulat. Barraminhekk, id-Dipartiment tal-VAT joffri wkoll servizz lil kulħadd li permezz tiegħu wieħed jista’ jibgħat id-denunzja online fi xħin irid.

Direttorat tat-Trade — fixed hawkers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direttorat ta' trade ħareġ permessi ta' hawkers fuq bażi ta' fixed hawkers?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kemm ilu li d-Dipartiment tat-Trade ħa f'idejh il-liċenzji ta' fixed hawkers mill-2002 'l hawn, ma ngħatawx liċenzji ta' dan it-tip.

Dipartiment tat-trade — bajjiet - mobile fixed kiosks

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-dipartiment tat-trade, jippermettix li kiosks tal-bajjiet u areas turistiċi jkollhom permess ta' mobile fixed kiosks?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-permessi għall-mobile fixed kiosks jinħarġu mill-Awtorità Maltija tat-Turizmu b'kollaborazzjoni mal-Government Property Department.

Dipartiment tal-Artijiet — mobile fixed kiosks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi mid-Dipartiment tal-Artijiet għall-mobile fixed kiosks?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27582.

Direttorat tal-Property Division — permess biex kiosks jarmaw fuq bajja

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma mad-Direttorat tal-Property Division, kemm huma l-kiosks li ngħataw permess jarmaw fil-bajjiet fuq ir-ramel u għal kemm-il xahar jistgħu jarmaw? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi maħruġa?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba l-fatt li d–Dipartiment tal-Artijiet flimkien mal-Awtorità tat-Turiżmu u l-MEPA qegħdin ifasslu policy ġdida fuq il-kjosks, sa issa, din is-sena ħarġu biss il-permessi tal-kjosks fil-Bajja tal-Għadira. Dan peress li l-policy għal din il-bajja hija konkluża u dawn il-kjosks qegħdin jiġu moniterjati mill-Awtorità tat-Turiżmu. Fl-Għadira inħarġu 7 permessi għall-kjosks u dawn għandhom permess li joperaw mill-15 ta’ Mejju sal-15 t’Ottubru 2011. Kopji tal-permessi maħruġa ma jistgħux jingħataw minħabba raġuni ta’ kunfidenzjalità.

Bank of Valetta — Chairman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27497 u ċioe: Peress li l-Ministru gie kkwotat minn The Times tal-5 ta’ Lulju 2011 li ma jara l-ebda konflitt ta’ interess fir-rwol tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, bħala Chairman tal-Bank of Valetta u tal-famuża Valletta Management Fund Ltd, kif ukoll ta’ direttur tal-Air Malta, jista' l-Ministru jikkonferma li ma jezistu l-ebda faċilitajiet ta’ kreditu teknikament unsecured li l-Bank jista’ qed jestendi lil Air Malta bi ksur ta’ dak li jipprovdi Artiklu 15(1) tal-Banking Act, taħt it-titlu Prohibited Transactions?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

exposure tal-gvern Malti — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni b'mod dettaljat kemm huwa sal-lum u kemm se jkun l-exposure tal-Gvern Malti f'loans, garanziji jew f'kull forma oħra minħabba l-kriżi ta' Sovreign Debt li bħalissa qed tolqot lill-Ewropa u fid-dawl tal-aħħar żvilupp fl-EUFIN jew Kunsill tal-Ministri?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, għall-fini tal-kriżi ta’ Sovereign Debt, Malta qegħda tagħti sehma f’żewġ faċilitajiet differenti, li huma il-facilita tas-self lill-Greċja u l-garanziji fi ħdan l-European Financial Stability Facility. Fuq bażi tal-faċilita tas-self lill-Greċja, Malta ser tislef lill-Greċja l-ammont ta’ €74,543,025.89 sa l-2013. Sal-lum 14 ta’ Lulju 2011, Malta silfet lill-Greċja €39,801,080.75. L-ammont li jmissu jigi misluf ser ikun ta’ €5,087,666.25 u ser jigi misluf għada, 15 ta’ Lulju 2011. Rigward l- exposure ta’ garanziji fil- European Financial Stability Facility, Malta qegħda tagħti garanzija fuq self lill-żewġ pajjizi fiż-żona Ewro illi huma l-Irlanda u l-Portugall. L- exposure ta’ Malta f’garanzija lill-Irlanda tammonta għal €6,536,763.05. Filwaqt li l- exposure ta’ Malta f’garanzija lill-Portugall tammonta għal €11,839,470.60.

banek lokali esposti għad-dejn tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni b'mod dettaljat ta' kemm huma l-banek lokali esposti għad-dejn tal-gvern li llum ilaħħaq madwar €5 biljun?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi sa l-aħħar ta’ Mejju 2011, il-banek lokali kellhom EUR 1,730,211,742 fi strumenti finanzjarji (Stocks tal-Gvern [MGSs] u T-Bills) maħruġa mill-Gvern Ċentrali fis-suq.

KSI — Sistema tad-drenaġġ

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 27143, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx pjan biex l-areas indikati fir-risposta b'mod partikolari l-inħawi residenzjali li qegħdin f'din il-lista bħala li m'għandhomx drenaġġ, fil-fatt jitwasslilhom dan is-servizz, biex kemm jista' jkun dan is-servizz jaqdi l-bżonnijiet ta' dawk li joqogħdu f'dawn l-inħawi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-areas indikati fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 27143, huma fil-pjan tal-Korporazzjoni biex jitwasslilhom id-drenaġġ meta l-finanzi jippermettu. Sadanittant il-Korporazzjoni toffri servizz ta’ tbattil ta’ fosos f’dawn l-inħawi, bla ħlas.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' stabbiliment kummerċjali li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 għal dawk li huma l-kontijiet kummerċjali? Kemm fil-fatt hija ċ-ċifra ta' flus globali li trid titħallas mill-komunità in kwestjoni biex tkun konformi mal-kontijiet attwali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Ħlas tan-National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpaniji kummerċjali li fl-ewwel sitt xhur tas-sena waqgħu lura fil-ħlas tan-national insurance tal-ħaddiema tagħhom? Kemm hija s-somma globali li jirrikjedu li jħallsu? Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li jinvolvi dan il-pagamenti pendenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhux possibbli li tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija peress li minħabba diversi raġunijiet, bħal pereżempju staġunalità, numru ta’ employers ma jkunux qed iħaddmu nies bejn Jannar u Ġunju, u għalhekk ma jkollhomx bżonn jagħmlu pagamenti f'dawn ix-xhur. Barra dan, l-ammont ta' kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali dovut minn dawn l-employers dwar l-impjegati tagħhom ma jistax jiġi kwantifikat f'dan l-istadju minħabba li l-informazzjoni tidħol fid-Dipartiment lejn l-aħħar tas-sena jew fil-bidu tas-sena ta’ wara. L-istess jingħad rigward l-ammont ta’ ħaddiema involuti, jiġifieri din l-informazzjoni tidħol fid-Dipartiment lejn l-aħħar tas-sena jew fil-bidu tas-sena ta’ wara. Għaldaqstant kwalunkwe tweġiba f’dan l-istadju tkun prematura u parzjali ħafna.