Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun lest ix-xogħol fi Triq il-Belt Valletta, f’Raħal Ġdid? Jista' jgħid ukoll fiex kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien stmat li jiswa fl-għoti tat-tender, u kemm ġie jiswa sa issa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq il-Belt Valletta, Raħal Ġdid, ingħata l-ewwel saff ta' Tarmac u x-xogħol mistenni jkun lest jkun lest fil-ġranet li ġejjin. Ix-xogħlijiet proposti f’din it-triq kienu l-konnessjonijiet għad-djar, bini u tibdil ta’ tappieri tad-drenaġġ, trinek u tqegħid ta’ servizz ta’ telekomunikazzjoni, tibdil ta’ bankini fuq iż-żewġ naħat, skavar u bini tat-triq.
Matul ix-xogħlijiet infrastrutturali ġie nnutat li l-kundizzjoni tal-materjal eżistenti tat-triq kien ta’ kwalita’ inferjuri u dan wassal għal iktar attenzjoni fix-xogħol, kif ukoll xi tibdil ta’ servizzi eżistenti minħabba riżultat li parti mit-triq kienet ċediet. Għaldaqstant ittieħdet deċiżjoni li jsiru xogħlijiet oħra, inkluż xogħlijiet ta’ trinek u tqegħid ta’ servizzi tal- Elettriku u tal-ilma.
Oriġinarjament, dan il-proġett kellu jsir b’investiment ta’ EUR 885,000.00. Iżda wara xogħlijiet infrastrutturali addizzjonali, inkluż fi triq Triq is-Sultana, l-investiment laħħaq madwar miljun ewro.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun lest ix-xogħol fi Triq il-Pitiross, il-Fgura? Jista' jgħid ukoll fiex kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien stmat li jiswa fl-għoti tat-tender, u kemm ġie jiswa sa issa?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16362, jista' l-Ministru jgħid x'inhi d-definizzjoni ta' "Kundizzjoni Inkontrollabbli" taħt din il-policy u taħt l-Avviż Legali 174 tal-2018?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill Onor. Interpellant li d-definizzjoni ta “Kundizzjoni Inkontrollabbli” qegħda spjegata f’dan l-artiklu mehud mill-avviz legali 174 ta’ l-2018 li qieghed anness ma din it-tweġiba.
(4) L-Awtorità tista’ wkoll tirri¿erva post ta’ parkeġġ personalizzat għal persuni b’di¿abilità biex tiġi parkeġġjata ġewwa fih vettura bil-mutur partikolari reġistrata f’isem detentur ta’
Blue Badge
jew f’isem persuna fdata bil-kura tiegħu, sakemm dak id-detentur tal
Blue Badge
ikollu ċertifikat mediku maħruġ f’ismu li juri li jkun ibati minn kondizzjoni severa ta’ komportament inkontrollabbli, li tista’ tkun ta’ periklu għalih innifsu jew għal ħaddieħor u għalhekk ikun jeħtieġ superviżjoni kontinwa.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16365, jista' l-Ministru jispjega d-diskrepanzi fil-figuri mogħtija fit-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 12028 u 12538 (eż. għas-sena 2022 it-tabella fit-tweġiba tal-mistoqsija 12538 tgħid li nħarġu 122 parkeġġ komunali u 595 personalizzati għal total ta' 717, mentri fit-tweġiba tal-mistoqsija 12028 għall-istess sena 2022 qed jingħad li nħarġu total ta' 917-il permess li 326 minnhom kienu komunali)? Jekk hemm bżonn, jista' jara li jsiru l-korrezzjonijiet meħtieġa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella korretta hija dik li ingħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12538 li kienet tirreferi għall-ammonti ta’ parkeġġi riservati ġodda matul is-sena 2022.
Parkeġġi peronalizzati 595
Parkeġġi komuni 122
Total ta’ 717 il-parkeġġ
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16365, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u ċjoè jagħti l-figuri mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari peress li r-risposti riferuti jmorru lura sas-sena 2019 biss?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill Onor. Interpellant li parkeġġi riservati personalizzati bdew isiru legalizzati wara li daħal fis-seħħ avviż legali 174 ta’ l-2018 u allura ma jistax ikun hemm data qabel din il-ġurnata.
Birkirkara — Triq Ganu - Miżura biex titnaqqas il-veloċità
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm konsultazzjoni ma' Transport Malta (TM) mill-Kunsill Lokali ta' Birkirkara biex saret sleeping police waħda biss fi Triq Ganu bħala miżura biex titnaqqas il-veloċità? Jista' jgħid ukoll jekk TM tapprovax din il-miżura ta' traffic calming measure li tista' tikkawża periklu u inkonvenjent ladarba tqiegħdet waħda biss fi triq li ttul aktar minn 250 metru?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-awtorita’ rċeviet talba mingħand il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara għal Road Hump fi Triq Ganu Birkirkara, fejn ġie irrapurtat illi qed ikun ‘’hemm problema li vetturi jgħaddu volum għoli ta’ sewqan.
Din it-talba qiegħda tiġi proċessata skond it-talbiet kif magħmulha mill-kunsill rispettiv.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16074, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq il-promenades u l-postijiet fejn jistgħu jinsaqu l-E-scooters minn Mejju 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kuljum l-Awtorità, permezz tal-uffiċjali tal-infurzar tagħha, tagħmel spezzjonijiet f’diversi toroq madwar Malta u Għawdex inkluż spezzjonijiet f’toroq u żoni pedonali fejn jinstaqu l-e-kickscooters. Inżid li fil-perjodu bejn Mejju 2023 sal-31 ta’ Jannar 2024 waqt dawn l-ispezzjonijiet l-Awtorità kkonfiskat 150 e-Kickscooters.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm latrini pubbliċi fil-Belt Valletta? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx sar studju dwar il-bżonn ta’ aktar latrini pubbliċi marbut man-numru dejjem jiżdied ta’ turisti li jżuru l-Belt Valletta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm latrini pubbliċi fl-Imdina? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx sar studju dwar il-bżonn ta’ aktar latrini pubbliċi marbut man-numru dejjem jiżdied ta’ turisti li jżuru l-Imdina?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Infrastructure Malta tagħmel xi proġett fil-Housing Estate ta’ Marsaxlokk relatat mal-mod ta’ provvista ta’ dawl f’dan il-Housing Estate?
Response (BONETT, CHRIS)
Infrastructure Malta hija kommessa biex tkompli ttejjeb il-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin billi tkompli tinvesti fl-infrastruttura ta’ pajjiżna. Madanakollu nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari 16330 lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’dawk it-toroq kollha li sarilhom xi xogħol fis-sena 2023 imma kellhom jerġgħu jinqalgħu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lill-Onor. Interpellant li huwa kumpless biex wieħed jestrapola din l-informazzjoni peress li d-‘data’ tal-permessi tinkorpora bosta interventi li jvarjaw minn kostruzzjoni ta’ triq totalment ġdida jiġifieri li kienet għalqa u saret triq, jew triq li reġgħet ġiet asfaltata sa trinka privata għal servizz ġdid tad-drenaġġ jew servizz tal-ilma. Għalhekk, jekk l-Onor. Interpellant ikun speċifiku għal triq jew toroq partikolari, Transport Malta tkun tista’ tagħti tali informazzjoni li għandha.
Jista' l-Ministru jelenka lista li turi kemm hemm irmiġġi liċenzjati minn Transport Malta f'Malta, f’Għawdex u f’Kemmuna u kemm minnhom għadhom mhux okkupati? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità u żona żona?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għal mistoqsija Parlamentari Numru 15148, ninformah li l-lista bin-numru ta’ irmiġġi lokalita’ b’lokalita’ hija kif ġej:
Locality
Permits
Anchor Bay
1
Armier
8
Balluta
11
Beachaven
60
Birzebbugia General
31
Birzebbugia San Gorg
224
Bugibba Gillieru
286
Cirkewwa/Paradise Bay
19
Floriana
1
Gnejna
13
Golden Bay
3
Gzira Lido
39
Kalkara
355
Marfa
50
Marsaskala
562
Marsaxlokk - General
212
Mellieha
64
Mistra
12
Msida
273
Pieta
163
Qawra
531
Exiles, Sliema, Gzira up to Manoel Island Bridge
52
Spinola
176
St Julians General
113
St Paul’s Bay - General
34
St Thomas Bay
22
Ta’ Xbiex
94
Tunny Net Jetty
2
Wied il-Buni
180
Wied il-Buni Inner
36
Xemxija
173
Birżebbuġa — Triq iż-Żurrieq - Kappella tas-Sagra Familja - Proġett tal-bini mill-ġdid tal-portiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-bini mill-ġdid tal-portiku tal-Kappella tas-Sagra Familja fi Triq iż-Żurrieq, Birżebbuġa u meta huwa ppjanat li dan il-proġett jibda u jitlesta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni għall-permess għall-bini mill-ġdid tal-portiku u l-kampnari tal-Kappella tas-Sagra Familja għandha tiġi deċiża mill-Awtorità tal-Ippjanar fil-ġimgħat li ġejjin.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16111, peress li t-tweġiba tagħmel referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11727 li tipprovdi biss lista ta' toroq li fihom sar l-asfaltar, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16111 fl-intier tagħha u mal-lista jgħid ukoll min kien il-kuntrattur li ħa ħsieb ix-xogħlijiet, kemm kien stmat li ser jiswa l-proġett, kemm finalment sewa l-proġett, kemm minnhom kienu ffinanzjati minn fondi Ewropej (f'każ li kienu), kif ukoll meta beda u meta tlesta x-xogħol, kif ukoll jagħti l-lokalità ta' kull triq imsemmija, hekk kif jeżistu diversi toroq bl-istess isem f'lokalitajiet differenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta, minn meta bdiet topera, investiet il-fuq min mitt miljun ewro fis-sena f’interventi infrastrutturali madwar il-pajjiż, b’iżjed min 1200 proġett differenti jiġu konklużi bejn 2019 u 2023.
Infrastructure Malta tibqa’ twettaq proġett wara ieħor li jkompli jipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġetti li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellux ir-rieda u l-viżjoni li jwettaqhom u dejjem ħares band’oħra meta affaċjat bi pressjoni Malta tagħmel il-pass li jmiss. Ser nibqgħu nieħdu deċiżjonijiet li ħaddieħor evita b’mod konvenjenti.
Protokoll dwar l-użu ta’ sireni mill-uffiċjali ta’ Transport Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali tal-infurzar ta' Transport Malta humiex koperti mil-liġi jekk jiksru xi sinjali jew regolamenti tat-traffiku f'każ ta' emerġenza u jkunu qed jużaw is-sirena/dawl blue, bħalma huma koperti l-Pulizija u l-Ambulanzi? Jekk iva, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra liema Avviż Legali jew artikolu fil-Liġi joffri din il-protezzjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ufficjali tal-Awtorità huma koperti bl-L.S. 65.11 Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur sabiex jintervjenu f’każ ta’ emerġenza u jużaw il-mezzi ta’ twissija akustiċi u dawl blu li jteptep.
Malta u Għawdex — Pedestrian overpass lifts - Rapporti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15807 u 16182 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15417, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid għal kull wieħed mill-pedestrian overpass lifts li hawn f'Malta u f’Għawdex, kemm kien hemm rapporti li ma kienx qed jiffunzjona minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Il-Belt Valletta – Triq Żakkarija – Tindif ta’ Spralli
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16373 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jara li l-ispralli fi Triq Żakkarija, il-Belt Valletta jitnaddfu u dan peress illi ħierġa riħa qawwija minnhom ikkawżata mill-ilma li jinġema’ matul iż-żmien?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.