Jista’ l-Ministru jgħid jekk meta jinstabu tankijiet tal-asbestos humiex jissejħu timijiet ta’ ħaddiema professjonali li jafu kif jiddisponu minn dan il-materjal tant perikoluż?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta tirrikonixxix l-emendi li ġew ippreżentati fil-World Health Assembly 75 f'Mejju 2022 li ġie approvat skont il-kostituzzjoni tal-World Health Organisation (WHO) u l-provvedimenti tal-International Health Regulations? Jekk hu hekk, Malta għandha prova tal-vot li kellu bżonn jittieħed?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija mhix ċar għal liema emendi qed issir referenza, peress li l-emendi li kienu proposti fil-World Health Assembly 75 f'Mejju 2022, sabiex jissaħħu ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa għadhom qed jiġu diskussi mill-Grupp ta’ Ħidma dwar Emendi għar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (WGIHR).
International Health Regulations – Emendi Proposti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta rċevietx l-emendi proposti fl-International Health Regulations (IHR) biex jiġu kkunsidrati fil-World Health Assembly 77 f'Mejju tal-2024 skont artiklu 55 tal-istess IHR? Jekk iva, meta waslu dawn l-emendi proposti u meta se jiġu ppreżentati għall-kunsiderazzjoni tal-Parlament?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-emendi rċevejniehom kif sar matul il-proċess kollu sa mill-WHA75 u għadhom qed jiġu diskussi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17773 u jgħid jekk sarux spezzjonijiet fid-djar tal-anzjani mill-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani? Jekk iva, meta saru u fejn saru u xi rriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-ikel li qiegħed jingħata lill-anzjani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. B’referenza għal din it-tabella, l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani bejn Jannar u Marzu tal-2024 għamlet total ta’ 254 spezzjonijiet fid-djar tal-anzjani. Minn dawn il-254 spezzjoni l-Awtorità rrimarkat 272 nuqqas li 20 minnhom kienu jirrigwardaw is-servizz tal-ikel fid-djar tal-anzjani.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm pool ta' ambulanzi fil-Paola Regional Health Centre sabiex iservu lil-lokalitajiet tal-viċin? Jekk iva, jista’ jara li, sakemm ma jkunx strettament neċessarju, dawn l-ambulanzi ma jgħaddux minn Triq Mater Boni Consilii fil-Fgura / Paola li hija triq residenzjali dejqa sabiex ma jkunx hemm inkonvenjent għar-residenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-ambulanza li illum qeda stazzjonata quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid ħa tiġi rilokata quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa Reġjonali Vincent Moran meta jinfetaħ.
L-ambulanzi huma iggwidati min teknoloġija ta’ GPS u algorithms li jisapportjaw din is-sistema. Skond il-proċeduri operattivi is-sewwieq irid isegwi d-direzzjoni li tingħata min din is-sistema skond is-sitwazzjoni tat-traffiku ta’ dak il-ħin u l-urġenza tal-kas.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun jesa’ karrozzi l-parkeġġ ta' Paola Regional Health Centre? Minħabba l-problema ta' parkeġġ li teżisti fl-inħawi, huwa possibbli li toħroġ direttiva lill-ħaddiema kollha li se jkunu assenjati hemmhekk sabiex meta jkunu xogħol, jipparkjaw f'dan il-parkeġġ u b’hekk iħallu l-parkeġġ tat-triq liberu għar-residenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-parkeġġ se jkun jesa 224 post. L-impjegati li se jkunu assenjati fiċ-Ċentru Reġjonali għas-Saħħa Vincent Moran se jkollhom aċċess esklussiv biex jużaw dan il-parkeġġ ħalli ma jkunux ta’ piż fuq il-parkeġġi li hemm fiż-żona għal residenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol relatat mas-sigurtà tal-ikel hux se jitneħħa minn taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali u se jaqa’ taħt ir-reponsabbilità tal-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd, u d-Drittijiet tal-Annimali?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk numru ta’ Spetturi tas-Saħħa hux se jkunu mitluba jmorru jaħdmu mal-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd, u d-Drittijiet tal-Annimali minħabba li hemm il-pjan li titwaqqaf awtorità tal-ikel u li dawn l-ispetturi jkunu jiffurmaw parti minnha?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Raħal Ġdid — Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran f’Raħal Ġdid hux lest? Jista’ jgħid ukoll jekk hux se jkun lest sa meta jiftaħ l-imsemmi ċentru f’Mejju 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-proġett taċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa Ċensu Moran f’Raħal Ġdid, jinsab fl-aħħar stadju fejn qed isiru xi testijiet tas-sistemi sabiex jinħarġu ċ-ċertifikazzjonijiiet neċessarji qabel ma jibda’ jopera.
Jista’ l-Minstru jgħid jekk il-Gvern hux qed jippjana li jittrasferixxi d-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar San Luqa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm ebda pjan biex d-Dipartiment tal-Emerġenza jiġi ttrasferit fl-Isptar San Luqa. Anzi rrid nefasizza li t-tmexxija tal-Isptar Mater Dei qed jaħdmu flimkien mal-FMS biex jiffinalizzaw pjanijiet sabiex tiġi estiża l-footprint tad-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei sabiex jiġu rdoppjati n-numru ta’ cubicles fejn idewwu l-pazjenti.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Programmi tar-radju - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tar-radju li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika wkoll liema minn dawn il-programmi kienu intervisti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li minn Jannar sallum, ma kienx hemm nefqa fuq programmi tar-radju.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li jinbnew jew jinfetħu iktar night shelters? Jekk iva, fejn hemm ħsieb li jinbnew jew jinfetħu dawn in-night shelters? Jista' jgħid ukoll f'liema stadju jinsab il-pjan għal kull night shelter?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qed tinkludi ftehim għal sodod għall-użu ta’ servizz ta’ Night Shelter f’kull ftehim għal xiri ta’ sodod li qed tagħmel. Dan sabiex dan is-servizz ikun aktar aċċessibbli għall-anzjani.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm idumu jistennew il-persuni li jitolbu appuntament għall-GU Clinic minn meta japplikaw sa meta jingħataw l-appuntament? Jista’ jgħid ukoll dawk li applikaw f’Diċembru 2023 u f’Jannar u Frar 2024 kemm damu jistennew sabiex ingħataw appuntament?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18337, jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jieħu biex jara li ma titkompliex issir ħsara fiżika minħabba l-abbuż ta’ din is-sustanza sintetika?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jerġa’ jiġi lura għan-normal it-tqassim tal-prodott alternattiv għal Energie Shake b’mod li t-tqassim isir fi kwantitajiet ikbar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17811.
Jista' l-Ministru jgħid liema togħmiet (flavours) qed jitqassamu tal-prodott alternattiv għal Energie Shake? Jista' jassigura li l-pazjenti li minħabba raġuni jew oħra jistgħu jieħdu biss dan il-prodott b'togħma tal-vanilla jew naturali jingħataw il-prodott f'dawn it-togħmiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li qed jingħataw it-togħmiet tal-frawli u tal-vanilla.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2023?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kienx awtorizzat biex jaħdem xogħol privat fid-dati hawn taħt imsemmija:
23 ta’ Marzu 2022,
6 ta’ April 2022,
25 ta’ Mejju 2022,
15 ta’ Ġunju 2022,
22 ta’ Ġunju 2022,
3 ta’ Awwissu 2022,
19 ta’ Ottubru 2022,
26 ta’ Ottubru 2022,
16 ta’ Novembru 2022 u
23 ta’ Novembru 2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17784.