Legislature:
Category:
Reset
Active:

Riformi ta' kif il-bidwi għandu jdaħħal il-prodotti fil-Pitkalija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11951 u jgħid meta ser issir ir-riforma li ilha tissemma dwar kif il-bidwi għandu jdaħħal il-prodotti tiegħu fil-Pitkalija u dwar il-qligħ ġust tiegħu? Jista’ jgħid ukoll kemm sar bejgħ ta’ ħaxix u frott separatament u globalment s’issa din is-sena mill-Pitkalija? Kif jikkompara mal-istess żmien tas-sena li għaddiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Titjib ta' toroq fir-raba'

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux maħsub li matul is-sena li ġejja tinbeda xi skema li permezz tagħha t-toroq fir-raba' jkunu jistgħu jingħataw wiċċ aħjar minn dak li għandhom għall-benefiċċju tal-biedja?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Iffirmar ta' ftehim mal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kull fejn intervjena l-gvern, liema kunsilli lokali ffirmaw ftehim mal-Ministeru tiegħu bħala gwida ta' kif għandu jibqa' jintuża l-post? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha li l-Ministeru tiegħu ffirma ma' xi kunsilli lokali minn Mejju 2008?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Żerriegħa tal-patata mportata

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru tal-persuni li huma awtorizzati jimportaw żerriegħa tal-patata hawn Malta u Għawdex? Liema tip ta' żerriegħa tal-patata ġiet importata, jew ġiet awtorrizzata li tiġi mportata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Wied il-Għajn — Upgrade fuq il-promenade

Question

Stante li fil-ġurnal The Malta Independent on Sunday f'paġna 4 tal-ħarga tat-22 ta' Novembru 2009, il-Ministru ġie rapportat li qal li saru promenade upgrades f'Wied il-Għajn, jista' l-Ministru jgħid eżattament x'upgrade sar fil-promenade ? Kemm intnefqu flus f'dan l-allegat upgrade?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Centre Strips u roundabouts

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12104 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm u fejn huma s-centre strips u roundabouts li ngħataw lil ditti privati biex jieħdu ħsiebhom? Dawn saru b’xi sejħa għall-offerti? Jekk iva, meta saru l-aħħar offerti u lil min ingħataw? Jekk le, kif ingħataw u xi ħlas isir?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li l-management ta’ centre strips u roundabouts li jaqaw taħt il-Gvern Ċentrali qed isir mill-konsorzju ELC Ltd. Dan il-konsorzju qiegħed taħt kuntratt fil-Malta Embellishment and Landscaping Project li sar fl-2002 wara sejħa għall-offerti.

Farms tal-ħalib — spezzjonijiet uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tad-dipartiment konċernat fil-farms tal-ħalib li għandna f'Malta u Għawdex? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk instabux problemi partikolari f'dawn iż-żjarat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li għal-fini ta' approvazjoni saru aktar minn 120 żjara fuq farms tal-ħalib tal-baqar u 55 żjara fuq farms tan-ngħaġ u l-mogħoż li jipproduċu l-ġbejniet. Ma rriżultawx problemi partikulari.

Ħaddiema bit-teleworking

Question

Għal dak jirrigwarda l-assenjazzjoni ta' xogħol magħruf aħjar bħala telework, u ċioe xogħol li jista' jsir mid-dar minflok ma wieħed jattendi fuq il-post tax-xogħol, jgħid l-Ministru jgħid fuq liema kriterji qed jingħata dan it-tip ta' xogħol? Jista' jgħid jekk kienx hemm talbiet għal dan it-tip ta' xogħol u x'inhi r-raġuni li dawn it-talbiet għadhom ma ġewx milqugħa allavolja ilhom pendenti għal aktar minn sena? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu taħt din l-iskema? Minn liema partijiet tal-Gżejjer Maltin dawn il-persuni jemanu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li t-telework qed jingħata fuq il-kriterji stabbiliti f’Sezzjoni 3.1.7. tal-Public Service Management Code, kif ukoll fuq il-Policy dwar l-Għoti ta’ Telework li tinsab fl-Appendiċi 3.X ta’ l-istess Kodiċi. Kull għotja ta’ Telework tiġi regolata minn Linji Gwida dwar l-Implimentazzjoni tat-Telework fis-Servizz Pubbliku u fis-Settur Pubbliku, li tinsab f’Appendiċi 3.X.I tal-istess Kodiċi msemmija aktar ‘il fuq. Sal-lum, dan il-Ministeru kellu ħamsa u tletin (35) talba għall-telework, li minnhom ġew milqugħa u bdew jaħdmu b’din is-sistema ħamsa u għoxrin (25) impjegat/a. L-għaxar applikazzjonijiet l-oħra jinkludu impjegati li minn jeddhom waqqfu l-proċess tat-talba tagħhom għat-telework b’dikjarazzjonijiet iffirmati minnhom stess, u oħrajn li peress li bidlu d-dipartiment/unit fejn jaħdmu, twaqqaf il-proċess għax inbidlilhom ix-xogħol. Illum hemm ħames (5) applikazzjonijiet pendenti fosthom, applikazzjoni waħda (1) li ilha aktar minn sena pendenti, peress li din hi ta’ impjegata li ma resqitx il-ftehim għall-approvazzjoni tal-Ministeru. Preżentement hemm ħamsa u għoxrin (25) ħaddiem/a jaħdmu taħt l-iskema ta’ telework. Dawn ġejjin minn partijiet diversi lokalitajiet tal-Gzejjer Maltin kif indikat hawn taħt: San Pawl il-Baħar 1 Rabat Malta 1 Attard 1 Qawra 1 Baħrija 1 Raħal Ġdid 1 Sliema 1 Dingli 1 Tarxien 1 Swieqi 2 Ħaż-Żebbug 1 Fgura 1 Pembroke 1 Siġġiewi 2 Birżebbuġa 1 San Ġwann 1 Mosta 2 Marsaxlokk 2 Wied il-Għajn 3

problema ta' ilma fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12866 u 12523 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11808, jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex diversi toroq f’diversi inħawi li jegħrqu ma’ kull ħalba xita ma jibqgħux jingħalqu għat-traffiku u jkunu ta’ periklu? Kif se jinġabar l-ilma li jifqa' dawn it-toroq fix-xita?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li qed jitlestew l-istudji u disinji neċessarji, għall-ħruġ ta’ permessi tal-MEPA u ħruġ ta’ tenders għal xogħlijiet fuq proġetti għal-kontra l-għargħar fl-inħawi l-aktar milquta f’Malta, bħaż-żoni ta’ bejn il-Mosta, B’Kara, Msida, dawk ta’ Żebbug – Qormi – Marsa, dik tal-Gżira u Żabbar-Marsaskala. F’dan il-proġett hu maħsub li l-ilma tax-xita jiġi mitfuħ ġewwa sistema ta’ mini taħt l-art li jkollhom żbokk f’Ta’ Xbiex, fil-Marsa u fix-Xgħajra. Barra minn dan il-proġett, saru u jkomplu jsiru numru ta’ interventi oħra f’toroq lokali f’diversi partijiet madwar Malta.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — materjal stampat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11149 u jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kolla tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

skema ta' frott b'xejn fl-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12781 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma li l-iskema tal-frott b'xejn fl-iskejjel twaqqfet? Jekk iva, x'kienet ir-raġuni għal din id-deċiżjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-iskema tal-frott u ħaxix b’xejn fl-iskejjel ma twaqqfitx iżda ser tibda kmieni s-sena d-dieħla kif kien ġie spjegat pubblikament.

Raħħala reġistrati bħala full-time jew part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn raħħala rreġistrati mad-Dipartiment tal-Agrikoltura u/jew tal-Veterinarju? Jista' jiddistingwixxi bejn raħħala full-time u raħħala part-time? Jista' jgħid dawn ir-raħħala f'liema settur joperaw? Jista' jagħti din l-informazzjoni lokalità b'lokalità?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta li tajt għall-mistoqsija nru 3731.

Electric and land transport

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12395, jista' l-Ministru jinforma jekk l-istudju hemmx referenza għalih fil-proposta tal-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta dwar l-enerġija f'kuntest ta' pjan nazzjonali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Energy Assessors course

Question

Jista' l-Ministru jgħid dwar il-korsijiet li saru għal energy assessors (for dwellings) Kemm saru korsijiet? Kemm kienet l-attendenza? Kemm għaddew u weħħlu mill-eżami? Kemm ħallas kull persuna għal kors? Kemm tħallsu l-persuni li għamlu l-kors għal kull kors u sabiex jikkoreġu l-eżami? Kemm ġie jiswa l-programm tas-softwareli l-assessors ħadmu fuqu waqt il-kors?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li s’ issa saru għaxar korsijiet għall-assessuri dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. L-attendenza kienet ta’ 135 li ħdax minnhom kienu uffiċjali tal-Building Regulations Office. Minn dawn weħlu 5 parteċipanti li qagħdu għal resit u għaddew. Kull persuna bl-esklużjoni tal-Uffiċjali tal-Building Regulation Office ħallas € 825. Il-persuni li għamlu l-kors tħallsu € 18,880 biex ippreparaw il-kontenut tal-kors u noti li tqassmu lill-parteċipanti, € 2950 għal kull kors li taw, € 2360 għal kull sezzjoni ta’ eżami (f’kull sezzjoni, saru tlett karti differenti tal-eżami li minnhom intgħażlet waħda), organizzazzjoni u supervizjoni tal-eżami, u korrezzjoni tal-karti tal-eżami. Il- program tas- software ġie jiswa € 23,659.

Sliema/Gżira — Rue d'Argens - pompa tal-petrol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-operatur tal-pompa tal-petrol fin-naħa ta’ fuq ta’ Rue D’Argens Sliema/Gżira għandux il-permessi kollha meħtiega biex jopera skond il-liġi ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — skemi u inizjattivi għall-Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-ministeru tiegħu fejn jidħlu kunsilli lokali? X'kuntatt hemm bejn il-ministeru tiegħu u l-kunsilli lokali? X'inizjattivi/skemi għandu l-ministeru tiegħu vis-a-vis il-kunsilli lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Kampanja Tree4U — skemi differenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema skemi differenti huma mħaddma fil-kampanja Tree4U f'Malta? Kull waħda minn dawn l-iskema meta bdiet titħaddem u sal-lum kemm tħawlu siġar f'kull waħda minn dawn l-iskema differenti? F'dawn l-iskemi, x'tip ta' inkoraġġament qed jingħata biex familji Maltin jipparteċipaw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.