Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ix-Xagħra Għawdex – Trejqet Ġużeppi Sultana – wiċċ ta’ triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23026 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta hemm il-ħsieb li jagħti wiċċ ġdid lill-Trejqet Ġużeppi Sultana ġewwa x-Xagħra Għawdex flimkien mas-servizzi li hemm bżonn?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra li ser ikun qed jeżamina u jevalwa l-istat ta’ Trejqet Ġużeppi Sultana.

San Pawl il-Baħar – Triq tal-Katidral – xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23675 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se titkompla u titlesta Triq tal-Katidral f’San Pawl il-Baħar, peress li bħalissa tqiegħdu xi pjanċi fit-tarf tat-triq li huma ta’ inkonvenjent għar-residenti speċjalment mal-lejl bl-istorbju li jagħmlu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar li qed jaħdem flimkien mal-Koperazzjoni għas-Servizz tal-Ilma sabiex jara meta se jitkomplew u jitlestu x-xogħlijiet fi Triq tal-Katidral filwaqt li jneħħi kull storbju u nkonvenjent li nħolqu għar-residenti.

Raħal il-Ġdid – Ġnien Pawlu Boffa – xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija palamentari 21546 fir-rigward il-Ġnien Pawlu Boffa, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’xogħol sar fih tul is-sena li għaddiet u x’ser isir din is-sena?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li b’żieda mar-risposti preċedenti li ta, ż-żamma tal-Ġnien Pawlu Boffa baqgħet għaddejja b’mod normali sakemm fis-snin li ġejjin isir xogħol ta’ tisbiħ fil-ġnien.

Raħal Ġdid – Ġnien San Alwiġi – xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21547 fir-rigward il-Ġnien San Alwiġi, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’xogħol sar fih tul is-sena li għaddiet u x’ser isir din is-sena?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Paola li l-Ġnien ta’ San Alwiġi ġie imbarrat biex jitneħħa periklu li hemm sabiex fiż-żmien li ġej isir proġett fil-ġnien.

Gudja – Triq iż-Żebbuġa – xogħol ta’ pavimentar

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra meta tul din is-sena ser isir ix-xogħol ġewwa Triq iż-Żebbuġa kantuniera ma’ Triq San Mark il-Gudja u ċjoè tal-pavimentar tagħha?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li x-xogħlijiet infrastrutturali fuq it-triq imsemmija ser ikunu qegħdin jinbdew matul din is-sena.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali l-Arti u l-Gvern Lokali — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li kien hemm donazzjoni ta’ €750 għall-Pink October mill-Arts Council Malta.

Allokazzjoni diretta għal kull kunsill lokali f’Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-allokazzjoni diretta għal kull Kunsill Lokali f'Malta u Għawdex fis-sena 2021 u jgħid kemm ser tkun l-istess allokazzjoni għal kull Kunsill Lokali għas-sena 2022? Jista' jagħti ż-żieda li ser ikollu kull Kunsill Lokali mis-sena 2021 għas-sena 2022 f'allokazzjoni diretta?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-informanzzjoni mitluba tinsab fit-tabella ‘A’ li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min jirrimarka li għall-ewwel darba għas-sena 2021, fir-rigward tal-fondi ta’ aġġustament, il-Kunsilli Lokali intalbu biex qabel ma jingħata l-ammont, jibagħtu lid-Divi¿joni pjan ta’ kif ser jintefqu. Il-maġġoranza tal-Kunsilli Lokali bgħatu l-pjan rikjest u ingħataw l-ammont allokat bħala fond ta’ aġġustament. Madanakollu kien hemm xi Kunsilli Lokali illi ma bgħatux il-pjan u l-ammont allokat għal fondi ta’ aġġustament ma ingħatax, liema informazzjoni tinsab fit-tabella ‘B’.

Heritage Malta – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Heritage Malta?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-aħħar financial statements ta’Heritage Malta ġew impoggija fuq il-mejda tal-kamra u spjegati nhar it-Tnejn 28 ta’ Ġunju 2021.

Kunsill Lokali ta' Marsaskala: Konsultazzjoni mar-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23713 u jindika kemm-il konsultazzjoni saret mar-residenti ta’ Marsaskala mis-sena 2018 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Fuqiex kienu dawn il-konsultazzjonijiet?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li ma kien hemm l-ebda konsultazzjoni mar-residenti ta’ Marsaskala mis-sena 2018 sal-lum.

Kunsill Lokali ta' Marsaskala: Rivisti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23714 u jindika meta l-aħħar li ntbagħtu r-rivisti lir-residenti ta’ Marsaskala sabiex ikunu jafu x’qiegħed isir fil-lokalità tagħhom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li l-aħħar rivista li ntbagħtet lir-residenti kienet f’Diċembru 2019.

Imqabba – Triq il-Fjuri — ħamiem

Question

Peress li fi Triq il-Fjuri u t-toroq tal-madwar fl-Imqabba hemm invażjoni ta' ħamiem salvaġġ li bil-ħmieġ tiegħu, apparti li jista’ jxerred mard relatat fost ir-residenti, qed joħloq inkonvenjent kbir għall-istess residenti kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jara x'passi jistgħu jittieħdu anke mill-Kunsill Lokali tal-istess lokalità biex dan il-periklu għas-saħħa ta' dawn ir-residenti jitneħħa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Imqabba huwa mgħarraf bl-inkonvenjent li qed jinħoloq f’din l-area u flimkien mal-assistenza tal-Assoċjazzjoni għall-Kunsilli Lokali ser jibda dalwaqt l-għalf ikkontrollat tal-ħamiem bil-għan li titnaqqas il-popolazzjoni tagħhom. Il-Kunsill intrabat wkoll li l-indafa trid issir fuq ba¿i regolari fl-interess tar-residenti tal-area. Din il-materja ser tiġi diskussa wkoll waqt il-laqgħa tal-Kunsill sabiex jittieħdu d-deċi¿jonijiet li hemm b¿onn.

Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule — xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22656 u dawk preċedenti, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi ttieħdu u meta ser jibda x-xogħol fuq il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid? Jista’ jippre¿enta fuq il-Mejda tal-Kamra rapport aġġornat tal-istess ħsarat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat ix-xogħol fuq il-pjazza beda u jinvolvi titjib u tiswijiet li qegħdin isiru mill-kuntrattur oriġinali u huma sorveljati mill-perit tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta u segwiti mill-Kunsill Lokali Paola. Rigward l-ittestjar tal-porfido, il-kumpanija magħ¿ula qiegħda tagħmel l-aħħar preparamenti flimkien ma’uffiċjal ta’Transport Malta sabiex fi ftit ġranet oħra jibda l-ittestjar. Ta’ min jaċċenna li dan l-ittestjar ma sarx f’Diċembru biex ma jiddisturbax il-kummerċ u attivitajiet tal-Milied. Qiegħed ukoll inpoġġi rapport li jaġġorna l-istess ħsarat fuq il-mejda tal-Kamra.

Santa Luċija – Triq Dawret it-Torri – tneħħija ta’ blokok tal-konkos

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex il-blokok tal-konkos li tqiegħdu fi Triq Dawret it-Torri Santa Luċija għadhom ma tneħħewx, b’inkonvenjent?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li l-blokok f'din it-triq tqiegħdu minn Infrastructure Malta minħabba x-xogħlijiet li ser jibdew fit-triq imsemmija.

Gudja – Triq Santa Katerina u Triq id-Dejqa – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex ix-xogħol fi Triq Santa Katerina u Triq id-Dejqa fil-Gudja li kellhom ikunu lesti sal-aħħar tas-sena, għadhom ma humiex lesti?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li x-xogħlijiet għadhom mhux lesti minħabba l-waqfa ta¿-¿mien tal-festi u l-kundizzjoni tat-temp li mhux dejjem jippermetti li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa.

Santa Luċija – Triq il-Qronfol – tindif

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba Triq il-Qronfol f’Santa Luċija hiex tiġi mnaddfa regolarment għax jidher li hemm b¿onn?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li Triq il-Qronfol qiegħda tiġi mnaddfa skond l-iskeda.

Santa Luċija – Triq Mari de Domenicis – tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara u jinforma l-Kamra meta ser tiġi msewwija Triq Mari de Domenicis f’Santa Luċija quddiem il-Flats Indipendenza?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija Triq Mari De Domenicis għandha tiġi rranġata minn Infrastructure Malta.

Ministeru għall-Wirt Nazzjnali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Tiġdid ta' telework/remote working

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 23717.

Raħal Ġdid — Studju fuq il-Porfido tal-Pjazza Antoine de Paule - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu mistenni li jiswa (jew kemm kienet il-quote li ġiet magħżula) l-istudju li ser isir dalwaqt fuq il-porfido tal-Pjazza Antoine de Paule f’Raħal Ġdid?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li il-kumpaniji magħżula għall-istudju tal-pavimentar ta’ Pjazza Antoine de Paule huma Terracore Ltd li ser jagħmlu l-istudju fuq it-triq u CTP Consulting Engineers International Ltd li ser jagħmlu r-rapport dwar il-kawżi tal-ħsarat tal-istess triq. L-ispejjeż huma ta’ € 8,418.80 ex VAT u € 4,000 ex VAT rispettivament.

Raħal Ġdid — Pjazza Antoine de Paule - studju dwar pavimentar

Question

Wara t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23261, jista’ l-Ministru, jgħid min hija l-kumpanija magħżula li ser tistudja l-pavimentar ta’ Pjazza Antoine de Paule? Jista’ jgħid kemm hu maħsub li jdum dan l-istudju u kemm ser jiġi jiswa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

tweġiba tingħata f'seduta oħra

Kunsill Lokali ta' Marsaskala: Konsultazzjoni mar-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm-il konsultazzjoni saret mar-residenti ta’ Marsaskala mis-sena 2018 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Fuqiex kienu dawn il-konsultazzjonijiet?

Response (HERRERA, JOSÈ)

tweġiba tingħata f'seduta oħra