Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #3937 Sitting 55 2008-11-17 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Polikliniċi — numru ta' tobba

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tobba li jaħdmu fil-polikliniċi tal-gvern illum? Kemm hu maħsub li jkunu meħtieġa tobba biex jintlaħaq il-full complement fil-polikliniċi?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #3954 Sitting 55 2008-11-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata — master plan propost

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) X'kien qed jagħmel sa ftit żmien ilu l-makkinarju tal-iskavazzjoni fuq il-post fejn kellha ssir l-estensjoni taċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata? b) Jekk instabx xi materjal tossiku fuq il-post fejn kellu jibda t-tħammil? ċ) Jekk il-master plan propost u li jsemmi l-Ministru jirrigwardjax ir-re-engineering tal-landfill jew taċ-ċimiterju li jinkludi wkoll r-restawrar taċ-ċimiterju? d)X'jinkludi l-master plan propost? e) Jekk hux il-fatt li l-master plan propost ser jintbagħat għand id-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali minħabba li nstab xi materjal tossiku? f) Meta ġie propost dan il-master plan? g) Minn min ġie propost? ġ) Jekk teżistix target date li fiha l-pjanti riveduti skond il-master plan propost għandhom jaslu fid-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Tibdil strutturali fid-djar ta' persuni anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fi ħdan id-dipartiment tiegħu teżistix sezzjoni ta' ħaddiema li x-xogħol tagħhom huwa li jagħmlu tibdil strutturali fi djar ta' persuni anzjani ħalli d-djar tagħhom jibqgħu aċċessibbli? Jekk iva, kemm-il biċċa xogħol saret matul is-sena 2007 u kemm hemm talbiet li għadhom jistennew din l-għajnuna?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li, taħt id-dekasteru tiegħi, ma teżisti ebda sezzjoni tat-tip indikata mill-Onorevoli Interpellant. Iżda, id-Direttorat tal-Bini u Tiswija ta’ Djar fi ħdan l-Awtorita' tad-Djar jilqa’ talbiet għal tiswijiet li jinvolvu l-introduzzjoni ta’ ranep biex jagħtu aċċess għal appartamenti tal-Gvern fejn jgħixu persuni b’diżabilita’ fiżika. Ma tinżammx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant.

MCAST — Private training providers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2481 li oriġinarjament saret lill-Minsitru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sports u li issa ġiet irreferuta lilu u jgħid x'passi se tieħu biex tiżgura li l-proċess tal-għażla tal-private training providers għal studenti li jridu jsegwu korsijiet fl-ITC mill-MCAST kien wieħed nadif, trasparenti u ġust u ġew użati l-kriterji stabbiliti f'kull stadju tal-proċess?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Flus dovuti fuq sussidju ta' djar privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitħallsu l-flus dovuti (€2632.42) lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, bħala sussidju fuq xogħlijiet ta' rranġar fi djar privati?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-ħlas dovut lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant intbagħat fl-20 ta’ Ottubru 2008.

Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika — problemi u nuqqasijiet fil-qasam tal-vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti qed jittieħdu biex jiġu indirizzati problemi u nuqqasijiet fil-qasam tal-vjolenza domestika msemmija f'paġni 23 u 24 taħt is-sottotitlu 12.2 "Żjarat ta' Familjarizzazzjoni fix-Xelters", fir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika (Marzu 2007 - Frar 2008) li jaqgħu fl-ambitu tal-qrati u tal-pulizija?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika kitbet lill-Kummissjoni dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja biex telenka fejn jidher li jinħtieġ tibdil fil-liġi jew proċeduri u talbet laqgħa mal-Ministeru tal-Gustizzja u Intern sabiex jiġu diskussi l-punti ndikati mill-Onor. Interpellent.

Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika — Problemi u nuqqasijiet identifikati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir konkretalment biex jiġu indirizzati l-problemi u nuqqasijiet identifikati f'paġni 23 u 24 fir-rapport tagħha (Marzu 2007 - Frar 2008) mill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika f'dawk l-oqsma li jaqgħu fl-ambitu tal-Ministru tal-Politika Soċjali?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-Kummissjoni diġa’ ltaqat mad-Direttur tad-Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali fejn ġie diskuss il-ħolqien ta’ standards dwar is-suġġett. Ninsab infurmat ukoll li l-Kummissjoni ħolqot Sottokumitat dwar l-Iżvilupp tas-Servizz li, fil-jiem li ġejjin, ser jiltaqa’ sabiex jiddiskuti policies li diga’ jeżistu fix-Xelters u kif dawn jistgħu jiġu mtejba bil-ħsieb li dawn jiffurmaw il-bażi ta gwida għas-settur sħiħ.
Leg 11 PQ #3794 Sitting 54 2008-11-17 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni self-employed

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li kienu jaħdmu bħala self-employed fl-aħħar tal-2007? Kemm kien in-numru ta' persuni li kienu self-employed fl-aħħar ta' Settembru 2008? F'liema kategoriji ta' ħaddiema huma maqsuma dawn il-ħaddiema?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li sa l-aħħar ta’ Diċembru 2007 kien hemm 16,806 persuni li skond l-ETC kienu reġistrati bħala self-employed, filwaqt li sa l-aħħar ta’ Ġunju 2008 kien hemm 17,007. Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi f’liema settur dawn il-ħaddiema kienu qed jaħdmu. Nixtieq ninforma lil Onorevoli Interpellant, li l-aħħar statistika ppubblikata hi dik ta’ Ġunju 2008.

Penzjoni tal-Wens — Kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies li qed jieħdu l-penzjoni tal-wens talli qed jieħdu ħsieb lill-ġenituri tagħhom? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma irġiel? Jista' jagħti l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom wieħed jieħu din il-penzjoni? Hemm il-ħsieb li dawn l-kundizzjonijiet jiġu modifikati?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li qegħdin jieħdu l-Pensjoni tal-Wens hu 174, maqsuma eżatt bejn irġiel u nisa. Ikunu ntitolati għal din il-pensjoni persuni xebbiet, ġuvintur jew romol, li m’għandhomx impjieg u li qegħdin jieħdu ħsieb, fuq bażi full-time, persuna anzjana jew marida, kostretta li tgħix f’sodda jew f’wheel-chair u li tkun relatata mal-persuna li qegħda tieħu ħsiebha bħala ġenitur/nannu/a , aħwa, zijiet, aħwa tar-rispett jew kunjati. F’dan l-istadju, t-tweġiba għall-aħħar parti tal-Mistoqsija hi fin-negattiv.

Twaħħil ta' lifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna biex isir twaħħil ta' lifts fi djar privati biex issir iktar faċli għall-anzjani biex jużaw id-dar kollha tagħhom, tul dawn l-aħħar ħames snin? Kemm attwalment twaħħlu lifts fi djar privati permezz ta' din l-għajnuna? Hemm xi waiting list biex isiru dawn l-istalazzjonijijet

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar ħames snin l-Awtorita’ tad-Djar tat għajnuna finanzjarja lil 9 anzjani (persuni ‘l fuq minn 60 sena) li jgħixu f’dar privata biex jistallaw lift. Din l-għajnuna swiet € 48,013. Ninsab infurmat ukoll li hemm 3 applikazzjonijet pendenti l-pagament. L-għotjiet dwarhom huma diġa’ approvati. Dawn jammonta għall-madwar € 30,000. L-istallazzjoni f’dawn il-każijiet hi responsabbilita’ tal-applikant. Il-pagament isir wara verifika mill-Awtorita’ li x-xogħol ikun sar u l-produzzjoni tal-irċevuti fiskali.

Flats għaċ-ċittadini anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex jibni flats speċifikament għaċ-ċittadini anzjani li għandhom 'l fuq minn sittin sena? Kemm bena minn dawn il-flats tul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ tad-Djar fasslet programm ta’ bini ta’ appartamenti biex jiġu utilizzati bħala sheltered housing. Dawn jikkonsistu fi blokki ta’ appartamenti f’lokalitajiet ċentrali li jkunu addattati għall-bżonnijiet speċifiċi ta’ persuni jew koppji anzjani li għadhom jistgħu jgħixu ħajja indipendenti. L-appartamenti ikunu allokati b’kera lill-persuni anzjani li għandhom bżonn akkomodazzjoni alternattiva. Diġa tlestew u ġew allokati 8 appartamenti ta’ dan it-tip fil-Furjana u bħalissa hemm 23 appartament ieħor fil-fażi ta’ kostruzzjoni, għall-istess skop.

Studenti — National Diploma u Journeyman's Certificate

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2607 u jgħid minn l-istudenti li ġabu l-Btec National Diploma, dejjem matul dawn l-aħħar ħames snin u minn kull institute, kemm kienu l-istudenti kull sena li għamlu t-test tal- ETC biex jakwistaw l- Journeyman’ s certificate u jgħid kemm għaddew u kemm weħlu minn dan it-test? Jista' jagħti breakdown ta’ kull sena f’kull institute?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #3333 Sitting 53 2008-11-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Skema ta' l-Ispizjar ta' l-Għażla Tiegħek — Introdotta f'Malta u f'Għawdex kollha

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jinsabx f'pożizzjoni li jagħti assigurazzjoni li l-iskema ta' l-Ispizjar ta' l-Għażla Tiegħek sa tmiem din is-sena tkun iddaħħlet madwar Malta u Għawdex kollha?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l–Onor. Interpellanti jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija parlamentari numru 2532.
Leg 11 PQ #3909 Sitting 53 2008-11-15 Oral · Final From: JOSEPH MUSCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Households li bbenefikaw minn sussidju fuq il-kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena, mill-2005 sal-2008 (30 ta' Ottubru 2008) kemm huma n-numri ta' familji u households li bbenefikaw minn xi forma ta' għajununa (irrespettivament kenitx toħroġx mill-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma jew mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali) biex tagħmel tajjeb għat-tnaqqis fil-kont tad-dawl u l-ilma minħabba d-dħul tas-surcharge fl-2005? Jista' jikklassifika l-informazzjoni mitluba f'kategoriji skond in-numri ta' membri li kull familja benefiċjarja kienet komposta minnhom għas-snin 2005-2008? Jista' jikklassifika l-informazzjoni mitluba f'kategoriji skond il-kriterji li familja tkun issodisfat biex ikkwalifikat għall-benefiċċju għas-snin 2005-2008?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #3910 Sitting 53 2008-11-15 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Spiżerija ta' l-għażla tiegħek

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani liema postijiet li jagħmlu parti mid-9 u mill-10 distrett għandhom diġa' l-iskema tal-Ispiżerija tal-għażla tiegħek? Rigward dawk il-postijiet fejn is-sistema għadha ma bdietx, jista' jinfurmani d-dati meta din l-iskema se tibda tintuża?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Residenzi tal-gvern għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew sabiex jidħlu f'xi residenza tal-Gvern sa Settmebru 2008? Jista' jagħti l-istatistika home b'home? Jista' jgħid x'inhuma l-kriterji li jintużaw sabiex jintgħażlu l-anzjani biex jidħlu f'dawn il-homes? Kemm ġeneralment idumu jistennew qabel ma jidħlu f'home? Hemm xi pjan li jinbnew iktar homes tal-Gvern għal dawn l-anzjani?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Residenti — flus

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni ta' kemm jiġi jiswa' ras għar-ras, resident li qed jgħix ġewwa residenza tal-gvern, pubbliku u San Vincent de Paule Residence?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #3326 Sitting 52 2008-11-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Breast Screening — Programm Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex ikun introdott programm nazzjonali ta' Breast Screening?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Gvern lesta pjan ta’ azzjoni biex jiġi mniedi programm ta’ breast screening għan-nisa Maltin u Għawdxin skond kriterji dwar Quality Assurance kif stabbiliti mill-Unjoni Ewropeja. Hu maħsub li fl-ewwel 3 snin jiġu mistiedna nisa ta’ bejn il-50 u d-59 sena, iżda mhux eskluż li aktar ‘l quddiem il-programm jiġi estiż biex jinkludi medda ta’ età aktar wiesgħa. Sadanittant qed jiġi finaliżżat ukoll Pjan Nazzjonali fuq il-Kanċer. Dan il-pjan qed jieħu in kunsiderazzjoni l-problema tal-kanċer b'mod ħolistiku u jittratta proċess wiesgħa mill-prevenzjoni, għad-dijanjozi, kif ukoll l-aspetti tal-kura kollha involuta, inkluż il-kura palljattiva.
Leg 11 PQ #3330 Sitting 52 2008-11-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Pazjent jistenna operazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex jiġu stabbiliti targets definiti ta' kemm pazjent jista' jdum jistenna għall-operazzjoni li jkollu bżonn fl-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li flimkien mad-diretturi klinici, qed isir eżercizzju biex jiġu evalwati s-servizzi dijanjostici (Radjoloġija u Patoloġija) li jinħtieġu pazjenti qabel ma ssirilhom operazzjoni bil-għan li jitnaqqas iż-żmien ta’ stennija. Wara jridu jsiru diskussjonijiet biex jiġu stabbiliti kriterji u protokolli dwar proceduri f’kull Dipartiment individwali ġewwa l-iSptar Mater Dei bil-għan li eventwalment jiġi stabbilit iż-żmien massimu ta’ stennija. L-Onorevoli Interpellant japprezza li dan irid jintrabat ukoll mar-riżorsi umani u finanzjarji addizzjonali meħtieġa. F’każijiet ta’ emergenza dawn it-targets mhumiex applikabbli għaliex f’kazijiet simili il-pazjent jingħata attenzjoni / kura immedjata.
Leg 11 PQ #3331 Sitting 52 2008-11-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

San Vinċenz de Paule — Child care centre għall-istaff

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex jitwaqqaf child care centre għall-istaff li jaħdmu San Vinċenz de Paule?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.