Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #6962 Sitting 148 2018-10-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – taqsimiet f’dipartimenti tal-Gvern fejn ix-xogħol ta’ back-office isir f’Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid mill-1998 sal-lum, maqsmuma sena b'sena, kemm tniżżlu minn Malta lejn Għawdex taqsimiet ta' xogħol ta' back-office u tgħid f’liema sena tniżżlu? X'inhu x-xogħol ta' kull taqsima ta' back-office? Kemm kien in-numru ta' impjegati f'kull taqsima fl-ewwel ġurnata li bdiet topera f'Għawdex u kemm hu n-numru ta' impjegati f'kull taqsima llum? X'inhi r-raġuni għal dan it-tibdil fin-numru ta’ impjegati f'kull każ?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #6963 Sitting 148 2018-10-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Bini ta’ Qorti ġdida

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5456, tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess għall-bini ta' Qorti ġdid f'Għawdex? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tal-applikazzjoni mal-Awtorità għall-Ippjanar biex isir dan il-proġett u kopja tal-istess applikazzjoni li saret kif wkoll min hu l-perit inkarigat minn dan il-proġett, kif intgħażel u kemm tħallas s’issa? Tista' tgħid meta hu ppjanat li dan il-Qorti ġdid jibda jiffunzjona?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peres li l-perit tal-Ministeru li kien inkarigat mill-proġett ħareġ b’unpaid leave, ġie maħtur perit magħżul wara li ħarġet Expression of Interest, Wara li saret il-konsultazzjoni pubblika, ġew riveduti il-pjanti u ġiet sottomessa l-applikazzjoni li għadha fi stadju ta’ tracking number.
Leg 13 PQ #6964 Sitting 148 2018-10-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – ħaddiema fit-taqsima ta’ Eko Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid fit-Taqsima ta' Eko Għawdex kemm hemm ħaddiema u x’inhu l-grad tagħhom? Tista' tgħid kemm-il proġett sar mit-taqsima ta’ Eko Għawdex matul is-sena 2018 u x'hemm ippjanat sal-aħħar tas-sena? Tista', f'kull każ, tgħid kemm intefqu flus fuq kull proġett jew inizjattiva?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #6965 Sitting 148 2018-10-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – bini ta’ yacht marina u cruise liner terminal ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar minn waħda mill-wegħdiet prinċipali għal Għawdex li saret aktar minn ħames snin ilu u li ssemmiet kważi f'kull baġit li sar mill-Gvern preżenti u ċjoè, dik ta' yacht marina u cruise liner terminal ġodda f'Għawdex? Meta huma mistennija li jkunu lesti dawn il-proġetti meħtieġa għal Għawdex? X’inhu jagħmel il-Ministeru għal Għawdex biex dawn isiru?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tramite l-Privatisation Unit, qed jistenna l-eżitu ta’ diskussjonijiet bejn il-proponent u terzi.
Leg 13 PQ #6966 Sitting 148 2018-10-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena, kemm kien hemm impjegati fl-aħħar ta' kull sena, f'kull taqsima jew uffiċċju ta' kull Direttorat u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha? Tista' tagħti dan it-tagħrif skont il-grad u n-numru ta' impjegati f'kull grad?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #6967 Sitting 148 2018-10-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ingaġġ ta’ periti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sal-lum, kemm ġew ingaġġati periti ġodda mal-Ministeru għal Għawdex? Tista' tgħid fl-istess perjodu kemm minnhom ingħataw promozzjonijiet u kemm hemm ippjanati li jidħlu periti ġodda fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 sal-lum ġew ingaġġati tliet periti ġodda. Dawn daħlu fis-snin 2013, 2016 u 2017 rispettivament. Fl-istess perjodu ma kien hemm ħadd minnhom li ngħata promozzjoni. F’Settembru 2018 ħarġet sejħa għal ingaġġ ta’ periti ġodda.
Leg 13 PQ #4314 Sitting 147 2018-10-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Konsulenti ngaġġati – ismijiet u ħlasijiet

Question

Tista’ l-Ministru telenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta’ kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hi responsabbli?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #6956 Sitting 147 2018-10-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – wirjiet u attivitajiet fis-sala tal-esebizzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid, mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena, kemm saru wirjiet u attivitajiet fis-sala tal-esebizzjonijiet tal-Ministeru għal Għawdex? Tista' tagħti lista tal-wirjiet u attivitajiet li saru sena b'sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #6957 Sitting 147 2018-10-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema klerikali Għawdxin li jaħdmu Malta u ntbagħtu Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta nġabu l-aħħar clerks Għawdxin li kienu jaħdmu Malta biex jaħdmu f'Għawdex? Kemm kien in-numru ta' clerks li nġabu lejn Għawdex fis-sena 2017 u fis-sena 2018? Tista' tgħid meta hu maħsub li jinġabu aktar ħaddiema klerikali minn Malta lejn Għawdex? Tista' tgħid kemm-il vacancy ta' ħaddiema klerikali hemm mad-Dipartimenti tal-Gvern f'Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2017, kien hemm 12-il skrivan li nġabu jaħdmu Għawdex u din is-sena nġab skrivan wieħed. Dan il-Ministeru jagħmel eżerċizzju kontinwu u laqgħat ma’ diversi Ministeri u Entitajiet biex jinġieb Għawdex kemm xogħol ta’ Front Office kif ukoll ta’ Back Office. Diġà abbart l-uffiċċju f’Għawdex tal-Malta Competition and Consumer Affairs Authority u bħalissa għaddej proċess biex toħroġ sejħa għall-propjetajiet ta’ 2 entitajiet oħra.
Leg 13 PQ #6881 Sitting 146 2018-10-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija ta’ Għawdex – ingaġġ ta’ biċċiera

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati biċċiera ġodda fil-Biċċerija ta' Għawdex, sena b'sena mis-sena 2013 sal-lum? Tista' tgħid kemm ingħataw promozzjonijiet għal grad ta' Biċċier ġewwa l-Biċċerija ta' Għawdex fl-istess perjodu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan il-perjodu ġew ingaġġati tmien (8) biċċiera fit- 8 ta’ Jannar, 2015 u persuna oħra ġiet promossa mill-grad ta’ farmer għal dak ta’ biċċier fl-24 ta’ Jannar, 2017.
Leg 13 PQ #6882 Sitting 146 2018-10-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Heritage items fl-uffiċċji u dipartimenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'kull uffiċċju u dipartiment u entità li jaqa' fid-dekasteru tagħha kemm hemm oġġetti fl-inventarji rispettivi li huma meqjusa bħala heritage items minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? X'inhu l-valur mogħti għal kull wieħed minn dawn il-heritage items?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #6780 Sitting 145 2018-10-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex — Gozo Museum - xogħlijiet infrastrutturali

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema xahar ta' din is-sena huwa ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali fuq il-Gozo Museum ġewwa r-Rabat Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-Mużew t’Għawdex beda.
Leg 13 PQ #6714 Sitting 144 2018-10-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Wied ix-Xlendi – Sejħa għall-offerti — tindif

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex is-sejħa għall-offerti (tender) biex jitnaddaf parti mill-Wied tax-Xlendi, ġiet ikkanċellata? Tista' tgħid min ħa d-deċiżjoni li tiġi kkanċellata? Tista' tgħid jekk din it-tender hijiex se terġa’ tinħareġ u jekk iva meta hu maħsub li ser isir dan it-tindif fil-Wied tax-Xlendi?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-offerti biex jitnaddaf parti mill-Wied tax-Xlendi ġiet ikkanċellata għax kienet overbudget. Id-deċiżjoni biex tiġi kkanċellata s-sejħa għall-offerti ġiet meħuda mill-Evaluation Committee u kkonfermata mid-Departmental Contracts Committee. Din it-tender reġgħet ħarġet fit-2 t’Awwissu 2018 u għalqet fit-23 t’Awwissu 2018. Ix-xogħol mistenni jibda meta tiġi awarded it-tender.
Leg 13 PQ #6716 Sitting 144 2018-10-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija tax-Xewkija – security officers

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni għaliex f'dawn l-aħħar ġranet ġew ingaġġati security officers ta' kuntrattur privat fil-biċċerija fix-Xewkija, Għawdex meta sa ftit ilu dan ix-xogħol kien isir minn ħaddiema tal-Gvern? Tista' tgħid jekk dan is-servizz hux qed jiġi pprovdut mill-kuntrattur 24 siegħa kuljum u jekk le għal kemm-il siegħa kuljum qed jingħata? Tista' tgħid jekk saritx sejħa għall-offerti biex ingħata dan ix-xogħol lill-kumpanija privata u jekk iva, meta ħarġet, kemm damet miftuħa u fejn ġiet ippubblikata?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara inċidenti li seħħu fil-biċċerija l-impjegati talbu li jkollhom aktar sigurtà. It-talba ġiet aċċettata.
Leg 13 PQ #6668 Sitting 143 2018-10-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġett tal-Port tal-Imġarr għas-sajjieda Għawdxin

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett imħabbar minnha f’Jannar li għadda u li kien ukoll imħabbar fl-aħħar baġit li kellu jiswa madwar €4 miljun ġewwa l-Port tal-Mġarr għas-sajjieda Għawdxin? Tista’ tgħid jekk it-tenders għal dan il-proġett ħarġux u ġewx awarded? Jekk le x'inhi r-raġuni li għadhom ma ħarġux u meta hu ppjanat li joħorġu t-tenders u jibda x-xogħol infrastrutturali?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

L-evalwazzjoni tat-tender relatat mal-pontoon qed jiġi konkluż. L-ewwel abbozz tat-tender relatat mas-civil works ġie ppreparat u bħalissa qed jiġi evalwat mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Leg 13 PQ #6709 Sitting 143 2018-10-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – Triq Għajn Qatet — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk max-xogħol li qed issir bħalissa fit-tieni parti ta’ Triq Għajn Qatet ġewwa r-Rabat Għawdex humiex se jsiru l-affarijiet kollha bl-ammonti kollha mniżżla fil-Bill of Quantities bħal: a. BRC Fabric; b. Concrete Hard Shoulder; c. Precast Concrete Curb; u d. bini tal-bankini? Jekk le, x'inhi r-raġuni, u min ħa d-deċiżjoni u assuma r-responsabilità ta' dan kollu biex ma jsirux?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull fejn kien meħtieġ, l-items imsemmija, cioe` mill- “A” sa “D”, ġew attwati, u llum ix-xogħol kollu fuq Triq Għajn Qatet huwa konkluż.
Leg 13 PQ #6711 Sitting 143 2018-10-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Hot asphalt — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fejn sar xogħol ta’ major patching bil-hot asphalt ġewwa Għawdex mit-3 ta’ Ġunju 2017 sal-lum? Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża fuq kull waħda minn dawn ix-xogħlijiet? Tista' tgħid fejn hemm ippjanati li jsiru interventi ta’ major patching ġewwa Għawdex fil-ġimgħat li ġejjin (sal-aħħar tas-sena)?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li xogħol bil-Hot Asphalt jsir madwar Għawdex kollu, skont fejn ikun meħtieġ. Mill-aħħar tender tal-Hot Asphalt li ħarġet, sar xogħol maġġuri fi Triq Għajn Ħosna, Xagħra.
Leg 13 PQ #7107 Sitting 143 2018-10-10 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — avukati u ditti legali – ħlas

Question

Tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni kollha li għandha disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi, il-Ministeru għal Għawdex għamel użu mid-ditta legali mniżżla n-numru ħamsa (5) fil-lista mogħtija mill-Onor. Interpellant separatament. Fl-2010, id-ditta legali in kwestjoni tħallset l-ammont ta’ EUR 755.20 għall-servizz legali u attendenza in konnessjoni m’appel għall-offerta 10/09 Supply, Delivery and Installation of Solar PV Colelction System at ITS, Qala, Gozo.
Leg 13 PQ #6661 Sitting 142 2018-10-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex – Għajnuna għal ġbir tal-Iskart minn Marsalforn

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk għas-Sajf 2018 hemmx l-intenzjoni li l-Ministeru jgħin finanzjarjament lill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ sabiex matul ix-xhur sajfin jagħmel it-tieni ġabra tal-iskart mil-lokalità ta' Marsalforn fejn f'dawn ix-xhur il-popolazzjoni tiżdied sew? Jekk iva, kemm se tkun l-għajnuna li se tingħata u jekk le, għaliex mhux ser tingħata għajnuna?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tieni ġabra tal-iskart mil-lokalità ta' Marsalforn diġà bdiet. Din qiegħda ssir b’għajnuna finanzjarja mill-Ministeru u li tammonta bejn it- €13,000 u l- €14,000 VAT inkluż.
Leg 13 PQ #3945 Sitting 141 2018-10-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — car leasing

Question

Tista’ l-Ministru telenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa’ taħtha, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b’sena? F’kull każ tista’ tgħid liema kienu b’direct order?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.