Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #10380 Sitting 234 2019-06-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — reklamar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10235 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella hawn annessa: Gazzetti Lokali u Internazzjonali Magazines Lokali u Internazzjonali TV Radio Social Media MFSA €5.20 €1,682.40 MCA €962.20 MITA €341.00 €5,783.30 €8,112.90 MIIPA €453.90 €3,125.0 MCST €900.00 €378.00 €1,926.90 €1,683.30 MRVA €6,706.80 €4,500 MDIA €12,250 ID MALTA €840 €400 NDSF €2,096.20
Leg 13 PQ #10381 Sitting 234 2019-06-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni - reklamar

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni, jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10236 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10380.
Leg 13 PQ #10382 Sitting 234 2019-06-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni - reklamar

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10237 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10380.
Leg 13 PQ #10409 Sitting 234 2019-06-10 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Safar – Dubai — Delegazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk iċ-Chief of Staff tiegħu kienx parti mid-delegazzjoni governattiva li żarat Dubai f’Awwissu tal-2015 u li kienet tinkludi wkoll lill-Ministru għat-Turiżmu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Le ma kienx.
Leg 13 PQ #10153 Sitting 232 2019-06-04 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — kumpanija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-mistqosija parlamentari 7828.
Leg 13 PQ #10201 Sitting 231 2019-06-03 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju Permanenti Ewlieni – vjaġġar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta’ vjaġġar barra minn Malta li sar mis-Segretarju Permanenti Ewlieni mill-elezzjoni tal-2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija, inkluż il-pajjiż li fih saret iż-żjara, l-għan taż-żjara, id-dati taż-żjara, u f’kull każ, min kien qed jakkumpanja lis-Segretarju Permanenti Ewlieni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif qed jitpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #10141 Sitting 230 2019-06-03 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kodiċi Ċivili – Tibdil ta’ isem il-ġenituri fl-Att ta’ Twelid

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li tiġi emendata t-Taqsima III tal-Ewwel Skeda li tinsab mal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16 tal-Liġijiet ta' Malta) sabiex f'każ ta' żball jew bżonn ta' tibdil fl-isem u kunjom tal-ġenituri fl-Att ta' Twelid ta' persuna, dan ikun jista' jsir mill-Qorti ta’ Reviżjoni tal-Atti Nutarili u għalhekk persuna ma jkollhiex bilfors tipproċedi b'kawża fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kontra d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni pprovduta lili jirriżulta illi qed tiġi kkunsidrata emenda tat-Taqsima III tal-Ewwel Skeda li tinsab mal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16 tal-Liġijiet ta' Malta) sabiex f'każ ta' żball fl-isem u kunjom tal-ġenituri fl-Att ta' Twelid ta' persuna, dan ikun jista' jsir mill-Qorti ta’ Reviżjoni tal-Atti Nutarili u għalhekk persuna ma jkollhiex bilfors tipproċedi b'kawża fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kontra d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku.
Leg 13 PQ #10200 Sitting 230 2019-06-03 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni — uffiċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tan-numru ta’ uffiċjali li jaħdmu fl-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni u l-grad tagħhom f’kull każ? Jista’ jgħid, f’kull każ, jekk il-postijiet humiex mimlija, meta mtlew, u jekk imtlewx wara sejħa pubblika?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li in-numru ta’ uffiċjali fi ħdan l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni huma dawk kif murija fit-tabella hawn taħt. Grad Data ta' ingaġġ Ingaġġ wara sejħa għall-applikazzjonijiet Direttur (Management Support) 21/07/2004 ✔ Assistent Personali 09/12/2014 Uffiċjal tas-Segretarjat 22/12/2014 Uffiċjal tas-Segretarjat 22/06/2015 Head (Projects Implementation) 13/06/2018 ✔ Senior Coordinator 05/09/2018 ✔ Manager I (Compliance) 05/11/2018 ✔ Senior Manager (Project Management) 25/03/2019 ✔ Assistent fl-Uffiċċju / Sewwieq 02/05/2019
Leg 13 PQ #10267 Sitting 230 2019-06-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — aċċessibilità għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 2023 u 9554.
Leg 13 PQ #10237 Sitting 229 2019-05-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni - reklamar

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #10054 Sitting 228 2019-05-28 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dikjarazzjoni ta’ Emerġenza Pubblika

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 1963 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il dikjarazzjoni ta' emerġenza pubblika saret permezz ta' Proklama skont dak li jipprovdi l-artikolu 3 tal-Att dwar Setgħat ta' Emerġenza (Kap. 178 tal-Liġijiet ta' Malta)? Għal kull Proklama, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li għaliha saret u għal liema parti jew partijiet ta' Malta kienet tapplika?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Fil-perjodu li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, ma kien hemm ebda dikjarazzjoni ta' emerġenza pubblika saret permezz ta' Proklama skont dak li jipprovdi l-artikolu 3 tal-Att dwar Setgħat ta' Emerġenza (Kap. 178 tal-Liġijiet ta' Malta).
Leg 13 PQ #10055 Sitting 228 2019-05-28 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċittadinanza Maltija taħt Il-Programm ta’ Investitur Individwali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ingħatax iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta' Investitur Individwali (IIP) tar-Repubblika ta' Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2547.
Leg 13 PQ #10069 Sitting 228 2019-05-28 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

UN Global Compact for Migration Document

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux ser imur Marrakesh il-Marokk bejn l-10 u l-11 ta' Diċembru 2019 u jiffirma l-UN Global Compact for Migration Document? Liema huma l-klawsoli li l-Gvern Malti biħsiebu jirrikonoxxi? Hemm klawsoli fid-dokument li jistgħu jaffetwaw is-Sovranità ta' Malta b'kundizzjonijiet ambigwi u nieqsa minn spjegazzjoni u għalhekk jistgħu jġibu riperkussjonijiet bl-iffirmar ta' tali dokument?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-konferenza ta’ Marrakesh dwar il-Global Compact for Safe, Orderly and Regular Migration saret fl-10 u l-11 ta’ Dicembru 2018. Kif ilu magħruf pubblikament il-Ministru ghall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela rrapreżenta lil Malta waqt din il-Konferenza. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-compact ma jorbotx legalment waqt li prinċipju fundamentali tiegħu jirrikonoxxi s-sovranita u l-prerogattiva tal-istati li jiddeterminaw huma l-politika migratorja taghhom f’rispett lejn il-liġijiet internazzjonali.
Leg 13 PQ #10131 Sitting 228 2019-05-28 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Interċettazzjoni / interferenza fi trasmissjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il mandat ħareġ biex issir interċettazzjoni ta’ jew interferenza ma’ komunikazzjonijiet fil-kors tat-trasmissjoni tagħhom bil-posta jew bil-mezz ta’ sistema ta’ radjokomunikazzjoni jew ta’ telekomunikazzjoni jew b’kull mezz ieħor?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 9881 tal-legiżlatura XII.
Leg 13 PQ #10235 Sitting 228 2019-05-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — reklamar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #10236 Sitting 228 2019-05-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni - reklamar

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #10049 Sitting 227 2019-05-13 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistratur tal-Midja — kopja tar-Reġistru

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-Reġistru tal-Midja li r-Reġistratur tal-Midja hu obbligat li jżomm skont dak li jipprovdi l-artikolu 20 tal-Att dwar il-Midja u l-Malafama (Kap. 579 tal-Liġijiet ta' Malta)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba.
Leg 13 PQ #10050 Sitting 227 2019-05-13 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċittadinanza Maltija b’reġistrazzjoni — lista ta’ persuni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern il-lista ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni, inkluż dawk il-persuni illi jkunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta' Investitur Individwali tar-Repubblika ta' Malta, matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 u dan skont dak li jipprovdi s-sub-regolament 14(2) tar-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta (Avviż Legali 47 tal-2014 - Leġiżlazzjoni Sussidjarja 188.03)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li huwa ​obbligu li din il-lista tkun ippubblikata kull sena. Hekk se jsir għall-perjodu li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant, kif sar drabi oħra.
Leg 13 PQ #10057 Sitting 227 2019-05-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Eżamijiet għall-Executive Officers u Clerks — appointment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fadal persuni li għamlu l-aħħar eżami għall-Executive Officers u Clerks u li għaddew iżda għadhom ma ġewx imsejħa biex jingħataw l-appointment f'din il-kariga? Jista' jgħid sa meta għandha tispiċċa l-validità ta' dan l-eżami?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #10028 Sitting 226 2019-05-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Principles, Assistant Principles, Executive Officers u Clerk trasferiti Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid fil-preżent, kemm hemm Għawdxin fil-kariga ta’ Principle, Assistant Principle, Executives Officer, u Clerk ġewwa Malta? Jista’ jgħid kemm minn dawn jiġifieri mill-Principles, Assistant Principles, Executives Officers u Clerks ġew transferred biex jibdew jaħdmu ġewwa Għawdex sad-data ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm hemm ippjanati li jinġiebu ħaddiema Għawdxin jaħdmu f’Għawdex f'dawn il-gradi matul is-sena 2019?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li hemm tlieta u għoxrin (23) Skrivan, tnejn u għoxrin( (22) Uffiċjal Eżekuttiv, sittax-il (16) Assistent Uffiċjal Prinċipali, u wieħed u għoxrin (21) Uffiċjal Prinċipali, li jgħixu b’mod permanenti Għawdex imma jaħdmu Malta. Qed isiru tħejjijiet biex iktar xogħol jittella Għawdex minn Malta, u allura jkunu jistgħu jittellgħu aktar uffiċjali f’Għawdex.