Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Boffa — ħsarat fil-Linear Accelerator

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-elezzjoni tal-2008 sal-lum, kemm-il darba ġrat ħsara lil-linear accelerator? F'kull każ, kemm dam wieqaf is-servizz ta' radjuterapija fil-kura tal-kanċer fl-Isptar Sir Paul Boffa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Infermiera barranin

Question

Jista' l-Ministru jassigura li infermiera barranin li se jiġu impjegati ma jkollhom l-ebda kuntratt jew ftehim ma' aġenziji li jekk ikunu impjegati jkunu jridu jagħmlu xi ħlas lil dawn l-aġenziji?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Sptarijiet — pjanti għall-units

Question

Fl-aħħar tnax-il sena, jista' l-Ministru jgħid kemm saru pjanti differenti għall-units tal-onkoloġija: a) fl-Isptar Mater Dei; b) fl-Isptar Zammit Clapp; ċ) fl-Isptar Sir Paul Boffa? Min kienu l-periti f'kull każ? Kemm tħallsu dawn il-periti f'kull każ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Sptar Monte Carmeli — Trasport għal outpatients għal Occupational Therapy

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk outpatient li dettajli tiegħu qed jingħataw separatament u li jkollu bżonn ta' occupational therapy fl-Isptar Monte Carmeli jingħatax is-servizz ta' trasport biex jagħmel dan, bħalma kien jiġri sa ftit żmien ilu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Jekk il-każ jimmerita, il-pazjent għandu jiġbed l-attenzjoni tal-Occupational Therapist li tieħu ħsieb il-kura tiegħu.

Injection tal-influwenza HINI

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li ħadu l-injection tal-influwenza pandemika għas-sena 2009-2010 H1N1? Jista' jgħid kemm kien fadallu injections żejda d-Dipartiment tas-Saħħa? X'se jsir minn dawn l-injections u kemm ġiet tiswa kull injection u allura kemm hija l-ispiża tal-injections li ma ntużawx?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li in-numru ta’ dożi ta vaċċin kontra l-influwenza pandemika li ingħataw bejn l-2009 u l-2010 kien ta’ 92,043. In numru ta’ dożi li għadhom maħżuna huwa ta 239,620. Bħalissa għadu qed jiġi evalwat x’jista’ jsir minn dawn id-dożi u deċiżjoni tkun tista’ tittieħed wara li l-informazzjoni neċessarja minn sorsi internazzjonali dwar fatturi ta’ riskju tkun stabbilita. Peress li il-kuntratt mal-kumpannija GSK jistabbilixxi li tali prezz ma jiġix magħmul pubbliku, mhux possibbli li tigħata l-informazzjoni dwar l-ispiża involuta iżda nista ngħid li n-nefqa totali kienet ta’ bejn iż-€2,500,000 u t-€3,000,000.

pilloli Lyrica għall-Multiple Sclerosis

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-pilloli Lyrica għall-kundizzjoni ta' Multiple Sclerosis mhux qed jingħataw mill-isptar lill-persuni li jgħixu bil-pensjoni tal-invalidità meta dawn il-pilloli jqumu €519.00 għal kull erba' ġimgħat?

Response (CASSAR, JOSEPH)

It-talba għall-mediċina Pregabalin (Lyrica) fil-mument qed tiġi evalwata teknikament biex tiġi ntrodotta fil-Formularju tas-Servizzi Governattivi tas-Saħħa biex imbgħad tkun tista’ tingħata lill-persuni intitolati għaliha.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Kuntratti ta' Konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tiegħu u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni għadħa qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Orthopedic Outpatients

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk xi membri tal-istaff għandhomx il-permess sabiex iħallu l-post tax-xogħol (Sptar Mater Dei, Orthopedic Outpatients) qabel il-ħin stabbilit u ċioè 14:30 pm, jew li xi persuna iffirmat l-attendenza f'ġurnata partikolari għall-ġimgħa kollha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-ebda membru tal-istaff tal-Isptar Mater Dei ma għandu permess biex jitlaq mill-post tax-xogħol qabel il-ħin stipulat fil-legend tiegħu, jekk mhux fuq bażi ta’ Time Off in Lieu jew Vacation Leave, f’liema każ irid ikun approvat minn qabel mill-management. Kull membru tal-istaff għandu jiffirma l-attendenza tiegħu kuljum u ħadd ma għandu permess jiffirma f’xi ġurnata partikolari għall-ġimgħa kollha. Il-membri kollha tal-istaff għandhom struzzjonijiet stretti f’dan ir-rigward. Barra minn hekk isiru wkoll spot checks regolari. Kull każ ta’ abbuż magħruf jiġi nvestigat. Jekk l-Onor. Interpellant jaf b’xi każ partikolari, nitolbu biex jgħaddili d-dettalji b’mod kunfidenzjali sabiex jiġi mistħarreġ il-każ.

Helicopter tal-Armata — Sptar Ġenerali t'Għawdex u Sptar Mater Dei

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ntuża s-servizz tal-helicopter tal-Armata biex pazjenti ttieħdu mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-Isptar Mater Dei kull sena mill-1999 sal-lum? X’kienet in-nefqa kull sena fuq dan is-servizz?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta’ drabi li s-servizz tal-helicopter tal-Armata nutża biex pazjenti ttieħdu mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-Isptar Mater Dei matul il-perjodu indikat huwa kif jidher hawn taħt: € 1999 - 69 trasferimenti € 2000 - 63 trasferimenti € 2001 - 71 trasferimenti € 2002 - 60 trasferimenti € 2003 - 76 trasferimenti € 2004 - 44 trasferimenti € 2005 - 67 trasferimenti € 2006 - 48 trasferimenti € 2007 - 55 trasferimenti € 2008 - 34 trasferimenti € 2009 - 29 trasferimenti € 2010 - 18 trasferimenti (l-aħħar trasferiment kien fis-17 ta’ Ġunju) Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija l-Onor. Interpellant huwa mitlub biex jagħmilha lill-Ministru konċernat.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — ilmenti f'isem il-kostitwenti

Question

Peress li fost il-ħidmiet tal-membri parlamentari hemm li jiltaqgħu, jisimgħu u jitkellmu f'isem il-kostitwenti tagħhom, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċerti dipartimenti jirrifjutaw li jirrispondu għal talbiet, ilmenti u mistoqsijiet li jsiru minn żmien għal żmien minn deputati f'isem il-kostitwenti? Ma jikkunsidrax li jinħoloq punt ta' referenza f'kull dipartiment, fejn id-deputat ikun jista' jitkellem f'isem u għall-kostitwent?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ għandu taqsima ta’ Customer Care fejn wiehed jista’ jirrikori skont il-ħtiega tiegħu. Kull komunikazzjoni li ssir mal-uffiċċjali f’din it-taqsima, tingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Limbordin u l-Miżieb — manfestazzjoni ta' ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jirraporta lill-Kamra dwar rapporti li wasluli mingħand għadd ta’ persuni dwar kif żona ekoloġikament sensittiva bħal Limbordin u l-Miżieb tinsab infestata bil-ġrieden u x’qed jsir dwar dan? Ittieħdu passi biex ma jintużax velenu li jista' jagħmel ħsara lill-endangered species bħax-shrew? Hemm xi inizjattivi kkontemplati flimkien mal-ministeri l-oħra kkonċernati biex titnaddaf din il-picnic area tal-Miżieb?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infumat li matul is-sena 2009 u l-ewwel xhur ta’ din is-sena d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ma rċieva l-ebda lment rigward infestazzjoni ta’ ġrieden jew firien mill-lokalitajiet indikati. Għaldaqstant matul l-istess żmien ma tqiegħed l-ebda velenu għal kontra l-ġrieden jew firien fl-istess inħawi. Meta lmenti ta’ din ix-xorta jaslu għand dan id-Direttorat u jkun indikat li din tkun żona ta’ importanza ekoloġika, dan id-Direttorat jitlob parir mill-awtorita’ kompitenti, li f’dan il-każ huwa d-Direttorat għall-Ambjent fi ħdan l-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar, bil-għan li jsir trattament sensittiv u addattat. Rigward it-tindif tal- picnic area f’tal-Miżieb, minn investigazzjoni li saret minn uffiċjal ta’ dan id-Direttorat nhar it-Tlieta 22 ta’ Ġunju 2010, jirriżulta li ma’ hemmx xi akkumulu kbir ta’ żibel imma ftit materjal imxerred mitfuħ minn dawk li jagħmlu użu minn din il- picnic area . Dan id-Direttorat qiegħed f’kuntatt mal-kunsilli lokali rispettivi biex din iż-żona tiġi miżmuma f’kundizzjoni aħjar.

Isptar Zammit Clapp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ġie deċiż li se jsir mill-Isptar Zammit Clapp issa li l-pazjenti li kien hemm ittieħdu fl-Isptar Boffa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Wara li l-pazjenti tal-Isptar Zammit Clapp ġew integrati fl-Isptar tar-Rijabilitazzjoni Karen Grech, se jsiru xogħlijiet strutturali biex l-Isptar Zammit Clapp jinbidel f’faċilità fejn jinżammu anzjani li jkollhom bżonn kura fit-tul.

pjanijiet għal Sptar Boffa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-Isptar Boffa wara li jinbena l-isptar tal-cancerġewwa l-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid x’se jsir mill-Isptar San Luqa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Sa issa m'hemm ebda pjanijiet dwar l-użu fil-futur tal-Istpar Boffa u tal-Isptar San Luqa.

Servizzi ta' Home Help

Question

Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ ta' home help ta' żewġt aħwa anzjani li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li xhur ilu applikaw għall-home help?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fil-każ tal-anzjani li qiegħed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant, is-sezzjoni tal-Home Help kienet irċeviet rapport mediku bid-data tat-28 ta’ Settembru 2009, liema rapport kien f’isem iż-żewġ anzjani u ma kienx jindika ta’ min huma l-kundizzjonijiet mediċi li t-tabib inkluda f’dan ir-rapport. Fl-1 t’Ottubru 2009, is-sezzjoni bagħtet 2 formoli tar-rapporti mediċi biex jimtlew mit-tabib kif suppost, jiġifieri għal kull klijent. Iżda dawn qatt ma ntbgħatu lura lid-dipartiment. Fl-1 ta’ Frar 2010 iż-żewġ anzjani ġew ikkuntatjati u s-sezzjoni reġgħet bgħatet 2 formoli oħra biex jimtlew mit-tabib u li wkoll qatt ma waslu lura lid-Dipartiment. Is-sezzjoni tal- home help ma tistax tipproċedi b’din l-applikazzjoni qabel ma dawn id-dokumenti jaslu lura lid-Dipartiment, mimlija kif suppost.

Residenza San Vinċenz de Paule

Question

Jista' l-Ministru jara kif jista' jiġi rimedjat il-każ tal-anzjana, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li bidlula l-kamra ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule u issa qegħda tagħmel f'qalbha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant inbidlitilha l-kamra minn Room 15 għal Room 14 minħabba li kienet qed tkun diżorjentata matul il-lejl u kienet qed tiddisturba residenti oħrajn fl-istess kamra. Din il-persuna indikata ġiet trasferita għall-kamra biswit fejn hemm persuni oħra bl-istess kundizzjoni tagħha.

Anzjana fir-residenza san vinċenz de paule

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tinsab ma' oħtha ta' 82 sena u peress li hija problema għaliha li tgħix id-dar u anke għamlet żmien in respite, tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule minħabba l-każ ġenwin tagħha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant daħlet fir-Residenza San Vinċenz de Paule nhar l-Erbgħa 23 ta’ Ġunju 2010.

St Philip Hospital

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qiegħed f'negozjati mal-Golden Shepherd Company Limited jew xi soċjetà sussidjarja tagħha sabiex jixtri l-Isptar Saint Philip? X'inhi l-intenzjoni tal-Gvern għal dan l-isptar? F'liema fażi waslu n-negozjati? X'inhi t-talba tas-sidien għal dan l-isptar? X'inhuma d-djun u min huma l-kredituri li għandhom is-sidien?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant li fit-3 ta’ Marzu 2010, fuq t-Times of Malta dehret Expression of Interest for the acquisition of property suitable for the Hospitality or Health Sector, maħruġa min Galea Salamone & Associates. Billi l-Ministeru qiegħed f’fazi ta’ ippjannar ta’ faċilità ġdida ta’ riabilitazzjoni, il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità ippropona lill- Cabinet li l-Gvern jesplora il-faċilità li qed tiġi proposta u li jekk finanzjarjament toffrix soluzzjoni aktar vantaġġuza milli tinbena faċilità ġdida kompletament. Wara li l-Gvern esprima formalment interess ġejna mgħarrfa li l-proprjetà inkwestjoni hija s-St Philips Hospital. F’dan l-istadju l-Gvern qed jagħmel evalwazzjoni teknika tal-propjetà inkwestjoni, l-istat tal-faċilita’ nfisa, il-potenzjal ta’ espansjoni billi l-Isptar St Philips hu sptar ta’ madwar 100 sodda, u l-ispiża biex tagħmel dan. Wieħed irid jikkonsidra wkoll il-valur tal-art inkwestjoni, biex la darba l-Gvern jidħol f’xi forma ta’ negozjati, il-gvern ikun f’pożizzjoni li jqabbel bejn il-konsiderazzjoni li tinbena faċilita’ ta’ riabilitazzjoni mill-ġdid u li tinxtara faċilità li tkun tista tigi konvertita għal dan il-għan u li tista toffri soluzzjoni finanzjarja aktar vantaġġuza. Il-Gvern waqqaf team magħmul minn uffiċjali fil-Ministeru tal-Finanzi u u oħrajn mill-Ministeru tas-Saħħa biex imexxu dan il-proċess.

Sezzjoni tal-Orthopaedic Outpatients — ilbies ta' oġġetti ornamentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-regola li l-istaff feminili ma jistax jilbes oġġetti ornamentali bħal body piercing, nail varnish, make up, nail extensions, eċċ ħlief għaċ-ċurkett tat-tieġ, għadhiex applikabbli għar-rigward tas-Sezzjoni tal-Orthopaedic Outpatients?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ir-regoli tal-Uniform Policy ikkwotati mill-Onorevoli Interpellant japplikaw għad-dipartimenti u sezzjonijiet kollha fl-Isptar Mater Dei. Ninsab infurmat li l-management tal-Isptar Mater Dei ħareġ diversi struzzjonijiet biex kulħadd josserva dawn ir-regolamenti. Fejn ikun ippruvat li hemm abbużi, jittieħdu passi dixxiplinari.

Orthopedic Outpatients — Ħaddiema ma rrapportawx għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn staff mill-Orthopedic Outpatients ma rraportawx għax-xogħol sabiex jattendu għal seduti tal-Qorti? Kemm minn dawn ma rraportawx lura qabel nofsinhar? Kemm minn dawn li allegatament baqgħu fil-bini tal-Qorti wara nofsinhar, ħadmu time-in-lieu sabiex jagħmlu tajjeb għall-ħin li baqgħu wara nofsinhar? Kemm minn dawn ħadu tali ġurnata leave?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Peress li l-Onorevoli Interpellant ma speċifikax għal-liema perjodu qiegħed jirreferi, qed jingħataw dettalji ta’ każijiet fejn staff mill-Orthopaedic Outpatients ma rappurtawx għax-xogħol biex jattendu għal seduti l-Qorti, matul din is-sena 2010. Id-dettalji huma kif jidher hawn taħt: 21 ta’ April 2010: 2 persuni 29 ta’ April 2010: 2 persuni Peress li dawn il-każijiet kienu relatati kollha max-xogħol, l-i staff jiġi rilaxxat mid-doveri tiegħu sabiex jattendi il-qorti u ma hemmx għalfejn jieħdu ġurnata leave . Skont ir- records tal-Isptar Mater Dei ma kienx hemm siegħat imnaqqsa mit- time-in-lieu .