B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27492, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex id-dħul mill-bejgħ tal-proprjetà tal-gvern fis-snin 2009 u 2010, kien anqas min-nofs ta' dak li kien jiddaħħal fis-snin 2005, 2006 u 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ċirkostanzi li wasslu għal dan it-tnaqqis kien dovut primarjament minħabba l-fatt li fl-aħħar tal-2008 u bidu tal-2009, l-Iskema tal-Bejgħ ta’ fondi użati għal residenza jew villeġġatura kienet temporanjament sospiża minħabba li kienu qed jiġu riveduti l-kundizzjonijiet ta’ din l-Iskema. F’dan il-perjodu, kien hemm ukoll modifika tar-regoli dwar bejgħ ta’ ċnus temporanji ta’ proprjetajiet kummerċjali u għaldaqstant, dawn it-talbiet ġew miżmuma. Barra minn hekk, mhix aktar politika tal-Gvern li jiddisponi b’bejgħ, artijiet ta’ ċertu kobor, iżda minflok qed jiġi preferut li dawn l-artijiet, jingħataw kirjiet jew ċnus bi skopijiet speċifiċi.
Jista' l-Ministru jgħid kif il-Korporazzjoni Enemalta qed tħallas ir-refund lil dawk li qed jiġġeneraw enerġija mill-pannelli solari li daħlu fl-iskema u għandhom export of energy iktar milli użaw għall-ħtiġijiet tagħhom? Jista' jgħid kif qed taħdem din is-sistema?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Leġislazzjoni Sussidjarja Numru 423.46 Tariffi feed-in (‘L-Elettriku minn fotovoltajka solari stallazzjonijiet) – Regolamenti li jġibu d-data 10 ta’ Settembru 2010, Avviż Legali 422 ta’ 2010, kif emendat bl-Avviż Legali 70 tal-2011. Kopja ta’ dawn ir-regolamenti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Papers Laid 1 - PQ 27800.pdfPapers Laid 2 - PQ 27800.pdf
Jista' l-Ministru jikkonsidra t-talba tal-armla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li xtaqet li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li ntbagħtulha dan l-aħħar tħallashom bin-nifs bħala parti mill-agreement li hi għandha mal-ARMS Ltd fuq arretrati ta' kontijiet pendenti, peress li mhijiex tlaħħaq finanzjarjament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Jista' l-Ministru ġentilment jiċċekja l-istallazzjoni ta' lampa f'29, Rose, Triq Ġuże Ellul Mercer, Qormi minħabba li l-wires li hemm mal-faċċata ta' din id-dar qed jikkawżaw xi ħsara lill-bini u jekk jistgħux isiru alterazzjonijiet biex jiġu rranġati dawn il-wires eżistenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta marru fuq il-post u, wara li identifikaw x’inhi l-problema, se jagħmlu x-xogħol neċessarju.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-diriġenti tal-MFCC liberalment qed jitħallew jikkapparaw art tal-gvern f'Ta' Qali mingħajr titolu u jitħallew jikkummerċjaw bi qligħ l-istess art illegalment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-MFCC kienet kwalifikat għal dan il-proġett wara sejħa li kienet saret mill-Ministeru responsabbli għall-Proġetti tal-Gvern snin ilu. Il-kumpanija qiegħda tokkupa l-art taħt titlu ta’ encroachment sakemm il-MEPA tistabbilixxi l-konfini tal-proġett. Malli dan jiġi stabbilit il-kumpanija tingħata titolu aktar sod skont il-provedimenti tal-Kapitolu 268 (Disposal of Government Act) tal-liġijiet ta’ Malta.
Jaf il-Ministru li l-fond li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ilu li ġie akkwiżizzjonat żmien twil ilu? Jaf li sal-lum għadu ma tħallas l-ebda kumpens lill-eredi tal-persuna konċernata? Jista' jindika jekk kenitx ħarġet ordni to treat fuq il-fond in kwistjoni u jekk fl-affermattiv jindika f'liema stadju waslu l-proċeduri? Jekk fin-negattiv, jista' jispjega għaliex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li l-ħsara li hemm f'kanna tal-ilma li ilha għal diversi ġranet fi Triq San Girgor iż-Żejtun, kantuniera ma' Triq San Piju X quddiem ħanut, tiġi rranġata ħalli ma tkomplix issir ħsara?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minħabba illi l-ħsara fi triq prinċipali tar-raħal, kien hemm bżonn li tingħalaq it-triq sabiex issir it-tiswija meħtieġa.
Għalhekk dan ix-xogħol sar nhar il-Ħamis 18 t’Awwissu 2011 bil-lejl sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent.
Wied il-Għajn — Triq il-Baħħara - ħsara fid-drenaġġ
Question
Jista l-Ministru jara li l-ħsara fid-drenaġġ fi Triq il-Baħħara f'Wied il-Għajn tiġi rranġata minħabba li qed ikun hemm ħsarat u inkonvenjent fi djar privati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-postijiet proprjetà tal-gvern li jinsabu mikrija lil terzi fil-oqsma tal-gvern f'Wied il-Għajn humiex possibbli li jixtraw mill-kerrejja stess bħalma jiġri f'housing estates governattivi oħra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ Housing Estates tal-gvern ġewwa Wied il-Għajn, li huma magħrufa bħala Ġebel Anxur u taż-Żonqor. Il-postijiet proprjetà tal-gvern li hemm mibnija fil-qasam ta’ Ġebel Anxur huma mibnija fuq art li ġiet akkwistata mill-Gvern iżda li l-kuntratt tal-akkwist mas-sidien oriġinali tal-art għadu ma sarx. Għaldaqstant il-postijiet mikrija fil-qasam ta’ Ġebel Anxur ma jistgħux jinxtraw mill-kerrejja.
Rigward il-postijiet proprjetà tal-Gvern fil-Qasam taż-Żonqor, dawn huma kollha mgħoddija lill-Awtorità tad-Djar u għaldaqstant il-kerrejja ta’ dawn il-proprjetajiet jistgħu jagħmlu t-talba tagħhom għax-xiri ta’ dawn il-proprjetajiet, lill-istess awtorità.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex numru ta' bozoz li ilhom maqtugħa ġimgħat sħaħ, fit-toroq prinċipali li mill-Mellieħa jwasslu sal-Mosta, jiġu msewwija għaliex qed ikunu ta' inkonvenjent kbir għal dawk li jużaw dawn l-istess toroq?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-manutenzjoni meħtieġa fit-toroq li jwasslu mill-Mosta sal-Mellieħa qiegħda ssir.
San Pawl il-Baħar — xogħlijiet marbut mas-sistema tad-drenaġġ fit-toroq
Question
Billi iktar kmieni din is-sena kelli risposta għall-mistoqsija parlametnari li kienu jindikaw li fit-toroq Port Ruman, Tamar u Andrew Cunningham, kollha f'San Pawl il-Baħar se jitkompla x-xogħol marbut mas-sistema tad-drenaġġ f'dawn l-inħawi, u dan qabel ix-xhur tax-xitwa, jista' l-Ministru jassigura li dan ix-xogħol flimkien max-xogħol marbut mas-sistema tal-ilma jitwettaq fl-iqsar żmien possibbli biex ikun jista' jsir ix-xogħol neċessarju minn Transport Malta fuq dawn l-istess toroq?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol ġie assenjat, wara li ħarġet sejħa għall-offerti.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-ipproċessar ta' talba li kienet saret lill-Uffiċċju Konġunt li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, sabiex jinfeda ċens fuq garaxx fir-Rabat? Jista' jara li dawn il-proċeduri jiġu mħaffa kemm jista' jkun malajr?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-talba li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament għadha qed tiġi kkunsidrata.
talba sabiex jinxtara jew jinkera garaxx proprjetà tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-ipproċessar tat-talba li kienet saret lil Government Property Division fil-bidu tas-sena 2010 sabiex jinxtara jew jinkera garaxx proprjetà tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li bħalissa għandu pussess battal, fl-Imtarfa? Jista' jara li dawn il-proċeduri jiġu mħaffa kemm jista' jkun malajr?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li t-talba tal-applikant li dettalji dwarha ntbagħtu separatament qiegħda fil-proċess li tittellà bħala proposta għall-approvazzjoni quddiem it-Tenders Committee tad-Dipartiment sabiex jiġi deċiz tinħariġx sejħa għall-offerti għat-trasferiment tal-proprjetà mitluba.
Prodott Gross Domestiku — spiża totali għas-settur tas-saħħa
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26612, jista' l-Ministru:
a) jaqsam l-ispiża ikkwotata fil-mistoqsija parlamentari 26612 f'spiża pubblika u f'dik privata għas-settur tas-saħħa;
b) jelenka l-ispiża pubblikata għal Malta u Għawdex b'mod separat; u
ċ) jispjega l-figuri kkwotati ma' dawk li qed jidhru fil-Financial Estimates ippreżentati mill-gvern fl-aħħar budget?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li l-Finlandja talbet lill-Gvern Grieg garanziji għat-tieni tranche ta' self minnha mogħtija lill-Greċja, jista' l-gvern jgħid x'garanziji ntalbu min-naħa tal-Gvern Malti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern Malti ukoll talab il-garanziji għall-proposta ta’ pakkett ġdid ta’ self lill-Greċja. Id-diskussjonijiet tekniċi dwar din il-materja għadhom għaddejjin u s’issa għad m’hemm xejn maqbul.
Malta Industrial Parks — Kumpaniji li ngħataw grants
Question
Jista' l-Ministru jinformana:
(i) kemm kien hemm kumpaniji li ġew rilokati mill-Malta Industrial Parks Ltd f'dawn l-aħħar ħmistax-il sena;
(ii) kemm minnhom ingħataw xi forma ta' għajnuna, inkluż billi l-Malta Industrial Parks Ltd fornitilhom sit ġdid li kien komplet u lest biex jirrilokaw fih u jibdew l-business tagħhom mill-ewwel;
(iii) kemm minnhom ingħataw grants jew għajnuna oħra finanzjarja; u
(iv) kemm kien l-ammont ta' għajnuna jew grants li ngħatat kull waħda minn dawn il-kumpaniji u liema kienu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi id-definizzjoni ta’ ‘rilokazzjoni’ hija wiesa’, u għalhekk ngħati xi interpretazzjonijiet li l-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks Ltd jużaw għal dan it-terminu:
A. Kumpaniji li naqsilhom ix-xogħol u għalhekk kellhom jingħataw fabbrika iżgħar.
B. Kumpaniji li kienu f’fabbrika żgħira u kellhom bżonn jespandu. Ta’ min jinnota li dawn in-negozji normalment jew tinbnielhom estensjoni maġenb il-fabbrika eżistenti, jew jieħdu x’imkien viċin biex joperaw minnu ukoll. Però hemm każi bħal dawk tal-Playmobil u t-Trelleborg fejn biex tiġi aġevolata l-espansjoni tan-negozju kellhom jirrilokaw f’żona industrijali oħra.
C. Fabbriki li kellhom jiġu rilokati minħabba proġetti oħra bħal Smart City Malta u il-Life Sciences Centre.
Fil-każ ta’ tip A, dawn ma jiġux mgħotija għajnuna finanzjarja. Però ġieli kien hemm każi fejn dawn ingħataw kumpens biex jagħmel tajjeb għal assi li jkunu ħallew warajhom, partikolarment installazzjonijiet elettriċi.
Fil-każ ta’ tip C il-maġġoranza ta’ dawn il-fabbriki ġew mgħotija kumpens biex ikunu jistgħu jirrilokaw għal żoni oħra. Il-kumpens jiġi negozjat fuq bażi individwali u ivarja skont id-daqs tal-kumpanija, l-impjieg, l-istat finanzjarju tan-negozju, il-viabilita’ kummerċjali, l-istat tal-fabbrika mogħtija u fatturi oħrajn.
Mill-2004 sal-lum, kien hemm 74 rilokazzjoni. Minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità u sensittività kummerċjali l-ammont tal-kumpens ma jistgħax jingħata.. Fil-każi imsemmija, fabbriki, huts u artijiet żgħar ħafna bħal dawk ta’ Ta’ Qali u Hal Luqa huma esklużi mill-ammonti.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Air Malta qiegħda tqabbad konsulenti barranin fuq bażi temporanja jew taħt kuntratt definit biex jagħmlu rapporti ad hoc fuq diversi taqsimiet tal-kumpanija? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-iskop ta' dawn l-ingaġġi? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn il-konsulenti barranin b' tagħrif tar-renumerazzjoni tagħhom konsulent, konsulent?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'oħra.
Jista' l-Ministru jinvestiga kif il-familja, li d-dettalji taghha qed jintbagħtu separatament, qed tilmenta li l-ħlas tas-sussidju tal-kont tad-dawl u l-ilma li ngħataw matul is-sena li għaddiet qatt ma ngħata minħabba li dan kien inħareġ fuq il-ġenituri li kienu ġew nieqsa? Jista' jara għaliex iċ-ċekk li suppost kellu jinħareġ fuq is-sid il-ġdid ma nħariġx?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Enemalta — uffiċjali li jagħmlu użu mill-credit card
Question
Jista' l-Ministru jindika min huma l-uffiċjali tal-Korporazzjoni Enemalta li jagħmlu użu tal-credit card tal-Korporazzjoni Enemalta li tiġi maħruġa miċ-chairman? Jekk hemm iżjed minn credit card waħda li tintuża, jista' jagħti breakdown sħiħ tal-ispejjeż tal-credit cards tal-Korporazzoni Enemalta għall-ewwel tmien xhur tal-2011 u jagħti r-raġunijiet wara kull spiża?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li l-Arms Ltd tiċċekkja kont ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li m'għadhiex tgħix id-dar tagħha għax tinsab ġo home u l-kont tad-dawl ġie ħafna għoli paragunat ma' dawk tas-snin l-imgħoddija u peress li din tinsab ġo home issa mhux tuża iżjed dan is-servizz?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.