Tista' l-Ministru tispjega fid-dettal x'inhi r-raġuni li studenti b'diżabilità li għandhom facilitator mhumiex qed jitħallew jipparteċipaw fi Klabb Sajf ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Klabb Sajf qiegħed biss għal tfal li jattendu l-Complimentary Education.
Tfal li għandhom diżabilità jipparteċipaw bħal tfal oħra fi Skola Sajf u dawn jiġu ssapportjati mill-
Learning Support Assistant
ukoll.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-iskejjel li se jingħalqu? Għaliex se jingħalqu u x'inhuwa l-ħsieb li jintużaw dawn il-binjiet meta mhumiex se jibqgħu jintużaw bħala skejjel? Veru li fost l-iskejjel li se jingħalqu hemm dik tal-Imtarfa u oħra fir-Rabat Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru għandu pjan għall-bini ta’skejjel ġodda li qiegħed iwassal għal ċaqlieq ta’ studenti. Id-deċizjonijiet jittieħdu b’mod għaqli mingħajr ma jħarbtu l-ħajja skolastika tal-istudenti.
Kull sena d-Direttorat jieħu deċizjonijiet dwar liema skejjel sejrin jibqgħu jiffunzjonaw b’mod normali fis-sena skolastika li tkun tmiss.
Skola tingħalaq meta d-Direttorat ikun f’pożizzjoni li joffri faċilitajiet edukattivi aħjar għall-istudenti tagħha. Ħafna mill-binjiet se jintużaw għal servizzi amministrattivi u appoġġ lill-iskejjel stess.
L-iskejjel sekondarji tal-Imtarfa u tar-Rabat se jingħalqu fis-snin li ġejjin.
Appartamenti tal-Gvern — ħlas tal-konsum tad-dawl fil-partijiet komuni
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li l-appartamenti tal-gvern ma jħallsux tal-konsum tad-dawl tal-partijiet komuni? Jista' jikkonferma li m'hawnx blokok ta' appartamenti li huma eżentati minn dan il-ħlas?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għadhiex torganizza l-korsijiet li kienet torganizza flimkien mal-Adult Training Centres għal dawk il-persuni li kienu jridu jaħdmu fil-qasam tad-diżabilità? Jekk le, x’inhija r-raġuni li dawn il-korsijiet twaqqfu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-kors provdut mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) ta’ Care-Workers for Disabled Persons, ninfurmah illi tali kors se jibda fil-bidu ta’ Settembru li ġej.
Dan il-kors flimkien ma’ korsijiet oħra, kien ġie mwaqqaf peress li l-korsijiet ta’ taħriġ tal-ETC ġew integrati fil-proġett tal-European Social Fund (ESF) magħruf bħala
Employability Programme
, fejn kellu jsir eżerċizzju sħiħ ta’reklutaġġ għat-
Trainers
.
Tista’ l-Ministru tgħid minn mindu l-Adult Training Centres marru mal-Aġenzija Sapport jekk sarux audits (interni jew esterni) f’dawn iċ-Ċentri u x’kienu l-konklużjonijiet li waslu għalihom l-awdituri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-audits li saru fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’Diżabilità minn meta dawn iċ-Ċentri marru mal-Agenzija SAPPORT kienu dawn li ġejjin:
·
Skills Audit
– fejn fih sar
training needs
analysis
ta’ kull impjegat. Dawn qed jiġu indirizzati billi nħoloq
training
apposta skont il-bżonn akkumulattiv tal-impjegati kif ukoll b’korsijiet oħra li jingħataw fuq bażi individwali skont il-bżonnijiet tal-individwu. Ġew identifikati ukoll talenti u kapaċitajiet f’ċertu impjegati biex b’hekk jiġu kreati programmi għall-benefiċċju tal-klijenti.
·
Audits
oħra huma:
audits
interni u informali tas-servizzi provduti miċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’Diżabilità. Dan wassal għar-ristrutturar tal-programmi sabiex jingħataw opportunitajiet indaqs lil kull klijent f’kull Ċentru ta’ Matul il-Jum. Dan ifisser illi l-programmi ristrutturati qed jiġu offruti lill-klijenti kollha f’kull Ċentru li l-Agenzija SAPPORT għandha.
Tista' l-Ministru tara li dawk li jirreġistraw jagħżlu huma x’korsijiet jixtiequ jattendu u mhux jiġu mgħajta mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ biex jattendu korsijiet li jista' jkun li ma jkunux interessati fihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-rwol tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) huwa li toffri servizz ta’ taħriġ u gwida bl-għan prinċipali li tikkontribwixxi għall-iżvilupp soċjali kif ukoll ekonomiku tal-komunità.
B’hekk huwa importanti li t-tip ta’ taħriġ li toffri l-Korporazzjoni jkun skont il-bżonnijiet li hemm fis-suq tax-xogħol. Għaldaqstant, il-korsijiet li toffri l-Korporazzjoni mhux dejjem ikunu korsijiet kif jixtiequ jattendu għalihom dawk li jirreġistraw għax-xogħol. Huwa importanti li niggwidaw in-nies biex jirreġistraw għal taħriġ fejn hemm bżonn.
Biex it-taħriġ li toffri l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ ikun ta’ suċċess għall-persuna li qed tirreġistra u biex dik il-persuna tasal issib xogħol kif tixtieq, huwa importanti li dawk li jattendu għal ċerti korsijiet jilħqu r-rekwiżiti bażiċi għal dak il-kors. Għalhekk hemm ċerti każijiet fejn l-
Employment Advisors
jiggwidaw lil dawk li qed jirreġistraw biex jieħdu korsijiet aktar bażiċi biex jgħinuhom jilħqu l-livell meħtieġ biex b’hekk ikunu jistgħu jattendu korsijiet li jkunu ta’ aktar interess u benefiċċju għalihom.
Hemm ukoll każijiet fejn il-persuna, li jkollha bżonn ta’ għajnuna fil-kitba u fil-qari, tiġi ggwidata biex tattendi kors ta’ ‘Basic Literacy’ sabiex ikun aktar possibli li ssib xogħol.
Hemm ukoll numru ta’ nies li jew ma jafux x’tip ta’ taħriġ jixtiequ jieħdu jew ma jridux jattendu għalih għal raġuni jew oħra. Fost ħafna minn dawn, hemm nies li m’għandhomx il-ħiliet bażiċi u minħabba dan in-nuqqas isibuha diffiċli biex isibu xogħol. Huwa importanti li nfakkru wkoll li fost dawn in-nies hemm dawk li ilhom ifittxu xogħol għal numru ta’ snin u jidher biċ-ċar li d-deċiżjonijiet tagħhom għat-taħriġ kif ukoll it-tfittxija għax-xogħol ma kinux pożittivi. Ir-rwol tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ huwa li twassal nies għax-xogħol .
Huwa importanti wkoll li kull persuna li tintbagħat għall-kors tiffirma li hija lesta li tattendi għal dan il-kors.
Tista' l-Ministru tgħid il-kampanja tat-tqassim ta' frott fl-iskejjel tal-istat fiex waslet? Kemm qegħdin jitqassmu frott fil-ġimgħa? X'kien l-iskop ta' din l-kampanja? Dan l-iskop qiegħed jintlaħaq?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet jistgħu jingħataw mill-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali bħala paying agents li qed jagħmlu moniteraġġ tal-iskema u l-punti mressqa jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja qiegħed involut biss fil-ġbir ta’ informazzjoni mingħand l-iskejjel u kif l-iskema tista’ tidħol fil-Kurrikulu tal-iskola.
uffiċjali tal-gvern li se jattendu għall-World Cup
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il uffiċjal tal-gvern, inkluż kwalunkwe persuna li għandha rabta diretta mal-gvern, se jattendi għall-World Cup fis-South Africa? F'liema kapaċità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
M’hemm ebda uffiċjal tal-Gvern jew persuna li għandha rabta diretta mal-Gvern fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja li se tattendi għall-World Cup fis-South Africa, f’kapaċità uffiċjali.
B'referenza għall-atletika, tista' l- Ministru tgħid:
a) Kemm attendew nies matul il-
weekend
tal-kampjonat nazzjonali tal-ateltika organizzati mill-MAAA;
b) Kemm ipparteċipaw atleti b'kollox? Ta' liema età u sess? Minn liema raħal kienu ġejjin;
ċ) Kemm kienu l-premjijiet fi flus għal dawk li rebħu l-kategoriji rispettivi;
d) Kemm hu l-complement ta' coaches u staff tekniku fil-qasam tal-ateltika li jitħallsu mill-gvern? X'jisimhom? X'nazzjonalità għandhom? Kemm jitħallsu? X'jgħallmu;
e) X'inċentivi hemm għat-tfal u żgħażagħ tagħna u għall-ġenituri tagħhom biex l-istess tfal u żgħażagħ jipparteċipaw fl-atletika;
f) Kemm intnefqu flus f'marketing biex jiġi promoss l-avveniment tal-kampjonati nazzjonali tal-atletika;
g) Kif jgħin il-gvern fil-qasam tal-atletika;
ġ) X'sar minnu l-pjan li t-track tal-atletika tal-Marsa tiġi rijabilitata u mtejba;
h) Kemm jiswa x-xogħol ta' rranġar fit-track li qed isir bħalissa? Għaliex qed isir dan ix-xogħol? Min se jħallsu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsijiet A, B, C, D, F u H jikkonċernaw direttament lill-Assoċċazzjoni tal-Atletika li hija entità awtonoma u indipendenti.
E) Il-ġenituri tat-tfal li jattendu għal taħriġ tal-atletika ma’ klabbs reġistrati mal-Kunsil Malti għall-Isport igawdu minn benefiċċji fiskali fuq il-ħlas li jitolbu l-klabbs tal-assoċjazzjoni.
g) Il-Kunsill Malti għall-iSport sabiex jinkoraġixxi l-isport tal-atletika joffri taħriġ fl-atletika bħala parti mid-diversi programmi tiegħu fosthom KMS SkolaSport, KMS Girls on the Move, KMS Active Youngsters. Għajnuna oħra mill-Gvern fil-qasam tal-Atletika tingħata permezz tal-iskemi tal-KMS iddedikati għal klabbs u assoċjazzjonijiet sportivi, fosthom l-iskema 20/20 Sport Training Leave għall-atleti biex itejbu l-prestazzjonijiet tagħhom b’aktar ħin dedikat għat-taħriġ tagħhom, ħlas ta’
memberships
fil-Fitness Centre Tal-Qroqq għall-Atleti elite skont l-għażla tal-assoċjazzjoni konċernata, art u proprjetà tal-Gvern, fondi għal titjib fil-faċilitajiet.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni li se jkunu qed jintlaqtu pożittivament bid-deċizjoni li l-proġetti taħt il-Youth in Action Programme li laħqu ġew approvati taħt il-ftehim tal-2010, jibqgħu għaddejin kif ippjanat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lil Onor. Joe, Mizzi li n-numru li jintlaqtu pożittivament bid-deċiżjoni li ttieħdet dwar il-Youth in Action huwa ta’ 351 persuna.
Tista' l-Ministru tgħid meta se terġa' tinfetaħ l-iskema li biha l-Awtorità tad-Djar tkun tista' terġa' tbiegħ proprjetà tal-gvern okkupata mill-inkwilini u dan b'referenza b'mod spjeċali għall-flats li l-Awtorità tad-Djar għandha f'Taċ-Ċawla, Rabat Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-present l-Awtorità tad-Djar m’għandiex skema fejn inkwilini li qed jikru l-post tar-residenza tagħhom mingħand il-Gvern ikunu jistgħu japplikaw biex jixtru dan l-istess post. Barra minn hekk, m’hemmx ippjanat li din l-iskema terġa' tiftaħ fil-futur qrib.
Billi x-xogħol fuq il-lift fi Blokk D4 Ta' Xbiex ilu wieqaf xi żmien, tista' l-Ministru tagħti indikazzjoni meta l-istallazzjoni mistennija tkun kompluta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-blokk imsemmi, s’issa nbniet it-tromba kollha tal-ġebel minn fuq s’isfel biex takkomoda l-lift propost. Il-makkinarju tal-lift huwa pprogrammat li jibda’ jiġi istallat f’qasir żmien u nbeda ukoll il-proċess biex jinkiseb is-supply ta’ dawl meħtieġ biex jitħaddem il-lift. L-awtorità qiegħda ssegwi s-sitwazzjoni mal-kuntrattur ħalli l-progress fl-istallar ta’ dan il-lift jerġa’ jaqbad ir-ritmu kemm jista’ jkun malajr.
Tista' l-Ministru tgħid jekk tafx li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ filwaqt li tinforma lil dawk li jistaqsu biex jagħmlu refresher course ta' gwardjani lokali li mhix qed torganizzah hi, qed tirreferihom għand kumpaniji privati li qed jorganizzawh? Tista' tgħid jekk din id-deċiżjoni tteħditx f'kuntest anke ta' dawk li m'għandhomx mezzi finanzjarji biex iħallsu għal dan il-kors privatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ m'hijiex qed toffri il-programm imsemmi minħabba nuqqas ta' Trejners għal suġġetti partikolari. F’dawn l-aħħar xhur il-Korporazzjoni ftit li xejn kellha talbiet biex torganizza dan il-kors u m'hijiex qed tirreferi lil dawk li jistaqsu biex jagħmlu refresher course ta' gwardjani lokali għand kumpaniji privati li qed jorganizzawh.
Fil-ġimgħat li ġejjin il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ se terġa’ toħroġ sejħa għat-trejners meħtieġa għal dan il-
course.
Tista' l-Ministru telenka l-kotba storiċi li jinsabu fil-pussess tal-gvern li jeħtieġu tiswija urġenti? Kemm tiswa din it-tiswija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Bibljoteka Nazzjonali bħalissa qed tagħmel eżerċizzju fejn qed tinġabar l-informazzjoni dwar il-kotba storiċi li jinsabu fil-pussess tal-Gvern li jeħtieġu tiswija urġenti u kemm tiswa din it-tiswija.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kotba li jeħtieġu restawr urġenti, li nġabret s’issa.
Life Long Learning u Youth In Action — sospensjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta kienet il-ġurnata li hi saret taf li l-Unjoni Ewropea kienet qed thedded li tissospendi l-fondi għall-programmi Life Long Learning u Youth In Action? Kif saret taf? Qabel dik il-ġurnata ħadd mill-uffiċjali tal-aġenzija nazzjonali jew l-Awtorità Nazzjonali jew xi ħadd ieħor ma nfurmaha li Malta kienet fix-xifer li titlef dawn il-fondi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministru saret taf li l-Unjoni Ewropea kienet qed thedded li tissospendi l-fondi għall-programmi Youth in Action u Lifelong Learning, fit-3 ta’ Mejju 2010 mill-Aġenzija Nazzjonali, waqt laqgħa li talab b’urġenza l-Ko-Ordinatur tal-Aġenzija. Qabel din id-data ma waslet l-ebda nformazzjoni għand il-Ministru li kienet tindika li Malta kienet riesqa lejn sospenzjoni temporanja tal-programmi.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ mhix torganizza r-refresher courses tal-Private Guards u li b'konsegwenza għal dawk li m'ghandhomx mezzi finanzjarji biex jagħmluh privat qed jitilfu l-liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija numru 18113.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki jirrikonoxxix it-tliet korsijiet tal-Grenoble Graduate School of Business (ċioe il-korsijiet f'Master in Business Administration, Master in International Business u Bachelor in International Business) li se jiġu offruti f'Malta f'Settembru li ġej mill-International Institute of Studies tal-Computer Domain?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Wara eżerċizzju ta’ komparabilita’ li sar fl-2009 ma’ standards ta’ Masters in Business Administration (MBAs) rikonoxxuti f’Malta, il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki jirrikonnoxxi l- MBA ta’ Grenonble Graduate School of Business. L-eżerċizzju ta’ komparabilita’ fl-KMK huwa proċess kontinwu biex jassigura standards għoljin għall-kwalifiki kollha barranin ipprovduti f’Malta.
Ma saret l-ebda talba lill-Kunsill Malti għall-Kwalifiki biex jiġu rikkonoxxuta l-
Bachelor in International Business
u l-
Master in International Business
.
Tista' l-Ministru tgħid kemm staff tal-Istitut tal-Informazzjoni Teknologika u Kommunikazzjoni fl-MCAST ingħataw borża ta’ studju biex jistudjaw f’xi kors akkademiku fil-livell ta’ Baċellerat u/jew fil-livell ta’ Masters? Jekk kien hemm min ingħata din il-borża ta’ studju, tista’ telenka ma’ liema universitajiet (u l-aġenti tagħhom f’Malta) dawn qegħdin jistudjaw? Kif saret l-għażla ta' dawn l-universitajiet? Kien hemm xi sejħa għal offerti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa hemm disa’ (9) impjegati fl-Istitut tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-MCAST li qed isegwu kors ta’ studju fil-livell ta’ Masters. Ħadd m'hu qed jagħmel kors fil-livell ta’ Baċellerat.
Tmienja (8) minn dawn id-disa’ (9) impjegati qed jistudjaw mal-Università ta’ Hertfordshire. L-impjegat l-ieħor qed jistudja mal-Università ta’ Sheffield Hallam.
L-impjegati kollha applikaw direttament mal-Università u mhux permezz ta’ aġent f’Malta.
L-għażla tal-Università ssir mill-impjegati nfushom u għaldaqstant m'hemmx lok li l-MCAST joħroġ sejħa għal offerti.