Jista` l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti ta' Għawdex in konnessjoni ma' bejgħ ta' xorb lill-minorenni minn mindu giet in vigore l-ligi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn mindu ġiet in vigore l-Liġi, ma tressaq ħadd fil-Qorti ta' Għawdex in konnessjoni ma' bejgħ ta' xorb lil minorenni.
Jista` l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti ta' Għawdex in konnessjoni ma' tlajjar jew prostituzzjoni f'dawn l-aħħar sentejn u jindika l-etajiet u s-sess tal-persuni mressqa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li f'dawn l-aħħar sentejn ma tressaq ħadd fil-Qorti ta' Għawdex in konnessjoni ma' tlajjar jew prostituzzjoni.
Jista` l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti ta' Għawdex in konnessjoni ma' vjolenza domestika f'dawn l-aħħar sentejn u jagħti l-etajiet tal-persuni akkużati? Jista' jgħid kemm minnhom weħlu u kemm minnhom ġew liberati jew proċediment eżawrit stante rinunzja tal-vittma?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni għal din il-Mistoqsija Parlamentari għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista` l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti ta' Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn in konnessjoni ma' traffikar u użu ta' droga separatament u jindika l-eta' u sess tal-persuni mressqa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'dawn l-aħħar sentejn tressqu żewġ persuni fil-Qorti ta' Għawdex in konnessjoni ma' traffikar u użu ta' droga. Iż-żewġ persuni involuti fiż-żewġ każijiet huma t-tnejn maskili. L-eta' tagħhom hija ta' 38 u 41 sena.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex l-għassa tal-Mellieħa tkun tista' tintuża l-ħin kollu għall-iskop li hi maħsuba? Jista' fl-istess ħin jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex il-van li qed iservi ta' għassa jitneħħa minn fejn hu fl-iqsar żmien possibbli?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li qed tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex isiru x-xogħolijiet neċessarji fil-bini sabiex l-Għassa tal-Pulizija tal-Mellieħa tkun tista' terġa tibda tiffunzjona.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' impjegati ġodda matul l-ewwel tlitt xhur ta' din is-sena fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi kien ta' 7 impjegati f'Jannar, 87 fi Frar u 3 f'Marzu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm serq minn dipartimenti tal-Gvern, kumpaniji u korporazjonijiet parastatali li ġew rappurtati lill-pulizija f'Malta u Għawdex separtament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, is-serq minn bini tal-Gvern rrapurtat lill-Pulizija kien kif ġej :-
Malta
Għawdex
Total
Jannar
2
0
2
Frar
2
0
2
Marzu
1
0
1
April
3
0
3
8
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm serq fuq turisti li ġew rappurtati lill-pulizija f'Malta u Għawdex separtament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-taghrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli. Madankollu ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, is-serq rrapurtat lill-Pulizija minn persuni ta’ nazzjonalita barranija, kien:
Malta
Għawdex
Total
Jannar
118
1
119
Frar
97
1
98
Marzu
110
0
110
April
112
4
116
443
Jista' l-Ministru jgħid kemm sar serq minn ċentri sportivi nazzjonali li ġew rappurtati lill-pulizija f'Malta u Għawdex separtament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li rigward serq minn ċentri sportivi nazzjonali, dan it-tip ta' serq ma tinzammx fi klassifika għal fini ta' statistika. Għaldaqstant it-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant mhux disponibbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien sar serq minn mużewijiet nazzjonali li ġew rappurtati lill-pulizija f'Malta u Għawdex separtament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li rigward serq minn mużewijiet, l-informazzjoni dwar dan it-tip ta' serq ma tinżammx fi klassifika għaliha għal fini ta' statistika. Għaldaqstant it-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant mhux disponibbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li qed jiskontaw sentenza sospiża mill-Qrati ta' Malta fil-preżent? Kemm minn dawn il-każijiet huma ta' żgħażagħ taħt it-30 sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 16-il priġunier li qed jiskontaw sentenza sospiża għax kissru l-kundizzjoni. Minn dawn il-każijiet hemm 13-il persuna taħt it-tletin sena.
Jista' l-Ministru jgħid mill-elezzjoni ġenerali 2008 'l hawn min huma l-membri/diretturi tal-bord/entitajiet kollha li nħatru taħt il-ministeru tiegħu? Kif saret l-għażla? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal xi elezzjoni ġenerali? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal elezzjoni ta' xi kunsill lokali? Min minnhom kien u fil-preżent huwa Membru Parlamentari u min minnhom huwa kunsillier?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-Elezzjoni Ġenerali 2008 'l hawn ma nħatar l-ebda membru jew direttur ta' xi bord jew entita' li jiffurmaw parti mid-dekasteru tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija mill-1987 'l hawn li tressqu b'xi akkuża quddiem il-Qorti tal-Maġistrati? Kemm minnhom instabu ħatja? Kemm kien hemm minnhom li
(a) weħlu sentenzi ta' ħabs;
(b) weħlu sentenzi ta' ħabs sospiża
(ċ) weħlu multi
(d) weħlu sentenzi ta' conditional discharge?
X'inhi l-linja gwida li jadotta l-Korp tal-Pulizija meta membru tal-Korp jeħel :
(a) sentenza ta' ħabs
(b) sentenza sospiża
(c) multa
(d) conditional discharge
bħala dixxiplina interna?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
It-tweġiba għall-ewwel parti ta' din il-Mistoqsija Parlamentari għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’każ ta’ ħtija hekk kif imsemmi fit-tieni parti tal-mistoqsija, il-Korp tal-Pulizija jimxi skond kif jipprovdu r-Regolamenti tal-Proċedura ta’ Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008? Jista' jgħid ta' liema tip kienet, fejn inqabdet u kemm tressqu persuni akkużati b'pussess u/jew traffikar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ droga maqbuda mill-Pulizija matul l-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena minn diversi lokalitajiet f’Malta huwa kif ġej:
Jannar
Frar
Marzu
TOTAL
Cocaine
3.05gr
6kg005.5gr
1kg002.7gr
7kg011.25gr
Heroin
1.25gr
3kg128.3gr
5.55gr
3kg 135.1gr
Cannabis resin
6kg667.4gr
1.5gr
6.6gr
6kg 675.5gr
Ecstacy
47 tabs
Nil
4 tabs
51 tabs
Infurmat ukoll illi matul l-istess perjodu, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 44 persuna fuq akkużi relatati mad-droga.
Jista' l-Ministru jara li fl-istaġun tas-sajf fil-promenade ta' Buġibba u l-Qawra ikun hemm ronda ta' pulizija biex tkun ta' deterrent għal dawk li jippruvaw jisirqu kemm lill-Maltin kif ukoll lill-barranin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħal kull sajf, għal dawn l-aħħar snin, anke dan is-sajf il-Pulizija ser iżżid ir-ronda f'postijiet turistiċi, inkluż Buġibba u l-Qawra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa saret minn djar privati li ġiet rappurtata lill-pulizija f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
"Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, is-serq minn residenzi rrapurtat lill-Pulizija kien kif ġej:-
Malta
Għawdex
Total
Jannar
48
3
51
Frar
63
2
65
Marzu
61
3
64
April
56
6
62
242
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa saret minn stabilimenti kummerċjali li ġiet rappurtata lill-pulizija f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, is-serq minn stabbilimenti kummercjali rrapurtat lill-Pulizija kien kif ġej:-
Malta
Għawdex
Total
Jannar
57
1
58
Frar
48
2
50
Marzu
45
1
46
April
60
1
61
215
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa saret ta' karozzi privati u self drive li ġew rappurtati lill-pulizija f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, is-serq ta’ vetturi rrapurtat lill-Pulizija kien kif ġej:
Malta
Għawdex
Total
Jannar
42
1
43
Frar
34
0
34
Marzu
34
0
34
April
33
1
34
144
Infurmat ukoll illi ma’ tinżamx statistika kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.