Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pjazza San Ġorġ — Ċerimonja tal-ftuħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet l-organizzazzjoni taċ-ċerimonja tal-ftuħ ta' Pjazza San Ġorġ u l-materjal pubbliċitarju konness magħha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li kif ġa ntqal pubblikament l-ispiża għall-organizzazzjoni taċ-ċerimonja tal-ftuħ ta' Pjazza San Ġorġ ġiet tiswa madwar €85,000 li jinkludu fost affarijiet oħra, ħlas tal-produzzjoni u trasmissjoni fuq it-televiżjoni nazzjonali, ħlas lill-artisti u armar.

Bejjiegħa tal-laħam li bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm individwi fil-qasam tal-bejgħ tal-laħam li bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea? Jekk iva, kemm kienu dawn l-individwi bħala numru u kemm ibbenefikaw b'mod individwali f'kull każ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Pitkalija — complement ta’skrivani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-complement ta’ skrivani fil-Pitkalija ta' Malta li huma addetti biex jagħmlu monitoring ta' xi jkun dieħel fil-Pitkalija? Dan hu biżżejjed? Jekk le, x’inhuma l-passi li se jittieħdu mill-Pitkalija biex tirrimedja din is-sitwazzjoni fl-interess ta' kulħadd mhux l-inqas il-bdiewa? X’inhi s-sitwazzjoni fil-Pitkalija t’Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li bħalisssa għaddejjin diskussjonijiet mal-istakeholders kollha li joperaw fil-Pitkalija bil-għan li jintlaħaq ftehim dwar x’miżuri huma meħtieġa u kif jiġu implementati biex din ir-riforma tidħol fis-seħħ mingħajr skossi fis-settur. Huwa mistenni lid-diskussjonijiet jintemmu fil-bidu tas-sena d-dieħla. u wara jibdew jiġu implimentati t-tibdiliet neċessarji. Bħalissa l-complement tal-iskrivani fil-Pitkali hu ta’ tmienja (8) imma dan se jiġi ttrattat ukoll bħala parti mir-riforma globali u wieħed ma jistax jgħid f’dan l-istadju kemm għandu jkun il-complement ta’ din il-kategorija ta’ ħaddiema. Dwar il-Pitkalija f’Għawdex nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li din taqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru għal Għawdex u għalhekk nitolbu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Belt Valletta — Pjazza San Ġorġ - Disinnji tal-mini

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13336 u 12999 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-mappa/disinnji li juru l-pożizzjoni tal-mini li jinsabu taħt l-art fi pjazza San Ġorġ u li huma mitqiesa bħala parti mill-wirt storiku nazzjonali? Tista tpoġġi ukoll mappa/disinnji tal-konnessjonjiet li għandhom dawn il-mini ma' partijiet oħra tal-Belt Valletta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta li tajt għall-mistoqsija nru 9741.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — materjal stampat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13135 u 11149 u jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kolla tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bollards fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-bollards li hemm fi Triq it-Teatru l-Antik ma’ Triq l-Ifran, il-Belt Valletta, jibdew jitneħħew fil-ħinijiet miftehma mal-komunità kummerċjali tal-Belt bħalma jiġri f’inħawi oħra fil-Belt fejn hemm bollards, peress li minn meta t-traffiku ma baqax jgħaddi mit-Triq it-Teatru l-Antik, għadhom qatt ma tneħħew fil-ħinijiet miftehma? Kopja ta’ ittra li kienet intbagħtet mill-Ministeru lill-komunità kummerċjali fejn speċifikat il-ħinijiet tat-tneħħija tal-bollards imsemmija qed tintbagħat separatament.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Irziezet Liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12777 u 12331 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa u komprensiva tal-irziezet kollha liċenzjati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Food security and safety regulations

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12775 u 12323 u jgħid kemm mill-irziezet f'pajjiżna huma compliant ma' Food Security and Safety Regulations tal-Unjoni Ewropea? X'għajnuna qed jagħti l-Gvern biex jgħinhom jagħmlu l-investimenti meħtieġa sabiex jiġu compliant? Kemm minn dawn il-farms ġew mibdula għall-użu ieħor? X'ser jiġri minn dawn il-farms meta l-għajnuna finanzjarja diretta tieqaf fi tmiem is-sena d-dieħla? Jista' jikkonferma li f'żoni bħall-Magħtab hemm tmienja biss minn 24 razzett li għadhom joperaw bħala farms u li ħafna minn dawn jinsabu f'qagħda ħażina ferm? Ma jaħsibx il-Ministru li dawn għandhom jitħallew ikomplu joperaw minħabba fil-kundizzjonijiet li jinsabu fihom? X'garanzija għandu l-konsumatur li l-Gvern qed jpoġġi l-interessi u l-kunsiderazzjonijiet tal-istess konsumaturi dwar il-food security and safety l-ewwel u qabel kollox?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga frisk f'Malta u Għawdex separatament matul din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li jsib l-informazzjoni mitluba fuq il-website tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika.

Produzzjoni tal-ħalib frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ħalib frisk f'Malta u Għawdex separatament matul din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li peress li l-produzzjoni tal-ħalib ssir minn ditta privata, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata għax hi ta’ natura kunfidenzjali.

Monument tas-Sette Giugno

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li sakemm jinstab post ieħor adattat, il-monument tas-Sette Giugno, jerġa' jitpoġġa fejn kien peress li dan is-sit għandu sinifikat partikolari għax wieħed mill-persuni li nqatlu miet propju f'dan il-post?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Kif għidt fir-risposta għall-mistoqsija nru 13337 il-monument tas-Sette Giugno se jiġi inkluż fis-sit tal-parlament il-gdid u għaldaqstant id-disinn tal-pjazza mhux maħsub biex jippermetti li l-monument jerġa’ jitpoġġa fejn kien.

Environment Impact Assessment dwar l-inċineratur il-ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir Environment Impact Assessment dwar l-inċineratur prospettiv fin-naħa tan-Nofsinhar ta’ Malta? Jekk inbeda, fiex wasal u jekk għadu ma ntgħażilx, saret xi sejħa għall-offerti? Il-Gvern min-naħa tiegħu ser jistenna r-riforma fis-sistema tal-Environment Impact Assessments fil-MEPA Reform qabel jibda l-proċess?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 11539.

feasibility study fuq dokument A Proposal for an Energy Policy For Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12819 u 12361 u ċioe: B’referenza għad-dokument riċenti ‘A Proposal for an Energy Policy For Malta’ jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-feasibility study li għamlet l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi fejn din qalet li kkonsidrat diversi għażliet dwar il-provvista ta’ gass naturali fosthom permezz ta’ pipeline interconnection bejn Gela u Delimara, liquified natural gas terminal f’Delimara Power Station bi trasport via sea vessels u compressed natural gas li jinvolvi l-ħażna u t-trasport ta’ gass kompressat f’pipes ġewwa sea vessels? Jista' jara li jiġu inklużi wkoll ir-rakkmandazzjonijiet finali fejn jintqal li skond l-istudju, liquified natural gas terminal bi storage capacity ta’ 600,000 cubic m tkun l-aħjar għażla u li l-introduzzjoni tal-gass naturali apparti milli jgħin fid-diversifikazzjoni, fil-ġenerazzjoni tal- fuel jikkontribwixxi sostanzjalment fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal- carbon dioxide flimkien ma' pollutants oħrajn ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Produzzjoni tal-laħam u l-Majjal frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tal-majjal frisk f'Malta u Għawdex separatament matul din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-produzjoni tal-Majjal frisk sa l-aħħar ta' Ottubru 2009 kienet ta' 6,008,517 kilo li minnhom 5,749,249 kilos oriġinaw minn irziezet f'Malta u 259,268 kilos oriġinaw minn irziezet f'Għawdex.

produzzjoni tal-laħam tat-tjur frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tat-tjur frisk f'Malta u Għawdex separatament matul din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-produzzjoni ta' laħam tat-tjur sa l-aħħar ta’ Ottubru 2009 kienet ta' 5,614,791 kg. li minnhom, 4,637,931 kg oriġinaw minn irziezet f’Malta u 976,860 kg oriġinaw minn irziezet f'Għawdex.

Ħruq tal-palm attakkat mill-bumunqar l-aħmar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi l-palm li qed jinqata' minħabba l-bumunqar l-aħmar u li qed jiddaħħal il-Magħtab mhux qed jiġi distrutt bin-nar meta dan suppost qed isir sabiex tiġi kkontrollata l-problema?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li skond l-aħħar linji gwida maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa tal-Pjanti, l-proċedura użata hi, li l-palm jinqata’ sħiħ, u l-parti nfettata tiġi distrutta billi tigi shredded bi shredder apposta. Il-materjal li jkun ġie shredded jintbagħat l-inċineratur tal-Marsa biex jinħaraq. Il-parti safja tiġi landfilled fil-faċilità ta’ l-Għallis.

Belt Valletta — Pjazza San Ġorġ - Disinnji tal-mini

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12999 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-mappa/disinnji li juru l-pożizzjoni tal-mini li jinsabu taħt l-art fi pjazza San Ġorġ u li huma mitqiesa bħala parti mill-wirt storiku nazzjonali? Tista tpoġġi ukoll mappa/disinnji tal-konnessjonjiet li għandhom dawn il-mini ma' partijiet oħra tal-Belt Valletta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Monument Sette Giugno

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-Monument tas-Sette Giugno mhux ser jerġa' jitpoġġa fi Pjazza San Ġorġ, ġaladarba hemm dan l-obbligu skond il-kundizzjonijiet tal-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-Monument tas-Sette Giugno hu monument li għandu rabta ntrinsika mal-istorja tat-twelid tal-Parlament Malti. Għalhekk kif kien diġà ddikjarat pubblikament il-ħsieb hu li dan il-monument jiġi rilokat ukoll ħdejn il-binja tal-Parlament il-gdid minħabba li l-istorja tas-Sette Giugno hija minsuġa mal-istorja tal-Parlament Malti. Għaldaqstant il-ħsieb hu, li l-monument tas-Sette Giugno jiġi ntegrat fl-applikazzjoni għar-rilokazzjoni tal-Parlament.

Belt Valletta — pjan għar-riġenerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11891, 11499, 9659, 9485 u 8997 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jindika liema huma dawk il-proġetti li bdew jew hu maħsub li se jibdew sal-aħħar ta’ din is-sena fil-pjan għar-riġenerazzjoni tal-Belt Valletta? Kemm hu stmat li se jintnefaq fuq dawn il-proġetti f’din is-sena finanzjarja? Jista' jgħid ukoll kemm se jdumu d-direttivi mogħtija lill-periti u x'inhi r-raġuni għal tali direttivi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.