Legislature:
Category:
Reset
Active:

Selmun Palace Hotel

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li l-Palazz ta’ Selmun (Selmun Palace) ma jkomplix jitfarrak u jiddeterjora?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li t-tħejjija biex isiru xogħlijiet ta’ restawr fuq it-Torri ta’ Selmun ilha għaddejja dawn l-aħħar xhur. Saru xogħlijiet ta’ emerġenza mid-Direttorat tar-Restawr waqt li saru ukoll is-surveys meħtieġa biex jibda l-proċess għat-talba tal-permessi neċessarji mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar. Inbdew ukoll it-tħejjijiet biex jiġu ppublikati s-sejħiet għall-offerti għar-restawr tal-Palazz, li għandu jinbeda iktar tard din is-sena. Il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Finanzi.

Telephone boxes ħomor

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li t-telephone boxes il-ħomor li kienu ta’ Żmien l-Ingliżi, jiġu mogħtija l-attenzjoni għaliex ladarba ma għadhomx jintużaw issa qed jispiċċaw jintużaw bħala latrina? Jista’ jara li t-telephone box fil-Pjazza tal-Mosta, li spiċċat dejjem bil-bieba miftuħa, spiċċat ukoll qed tiġi użata bħala latrina u kważi bdiet biex tiġi mkissra?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li t-telephone boxes imsemmija m’humiex la fir-responsabbilta’ u lanqas proprjetá tal-istess Kunsill. Il-Kunsill ser jinforma lil min hu responsabbli biex jieħdu ħsieb it-tindif u tiswijiet neċċessarji.

Mellieħa – ġonna pubbliċi – kameras tas-sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jżid l-investiment f'kameras tas-sigurtà (CCTVs) fil-ġonna pubbliċi fil-Mellieħa, speċjalment fil-Park tal-Familja, wara li fl-aħħar xhur kienu rappurtati numru ta’ inċidenti u attivitajiet mhux xierqa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li riċentement ħareġ sejħa għall-offerti biex jiġu nstallati numru ta' cameras tas-sigurtà f' diversi nħawi fil-lokalità, fosthom fil-Park tal-Familja u fi Ġnien Dun Anton Debono, li jinsabu fuq i¿-¿ewġ naħat ta’ Triq Ġuże’ Flores, fil-Mellieħa. Saret wkoll it-tielet laqgħa tal-Bord tal-Aġġudikar sabiex issir l-evalwazzjoni teknika tas-sottomissjonijiet li saru, liema proċess issa jinsab fi stadju avvanzat.

Proprjetà tal-privat użata bħala każini

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar xi żviluppi kien hemm mill-komunikazzjoni tal-Gvern dwar ix-xiri ta' postijiet użati bħala każini u li huma proprjetà tal-privat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li wara li saru evalwazzjonijiet indipendenti tal-propjetajiet inkwistjoni, twaqqaf ukoll kumitat li ser jkun qed jiskrutinja dan il-process. Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2022 ħarġet Espressjoni ta’ Interess għas-sidien ikkonċernati li għandhom interess li jidħlu f’diskussjonijiet sabiex li Gvern jipprovdi soluzzjoni ġusta għal sidien ta’ proprjetajiet privati li qed jintużaw bħala każini tal-banda. Permezz tal-kumpanija Malita Investments, il-Gvern ħareġ din is-sejħa biex sidien li jridu jbigħu din il-proprjetà jirreġistraw l-interess tagħhom mal-Gvern u b’hekk ikunu jistgħu jibdew negozjati bejn iż-żewġ naħat. Dib is-sejħa tal-interess kienet imnebbħa mill-fatt li skont sentenzi tal-Qorti, is-sidien tal-każini jistgħu jgħollu l-kera kemm iridu jew saħansitra jiżgumbraw lill-każini tal-banda. Għalhekk il-Gvern iddeċieda li jsalva t-tradizzjonijiet Maltin billi jidħol f’negozjati mas-sidien li jridu jbigħu proprjetà użata bħala każin tal-banda.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — organogramma

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-ka¿ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

Raħal Ġdid – Triq Għajn Dwieli – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’xogħlijiet ser isiru f'Triq Għajn Dwieli Raħal Ġdid senjatament fil-bidu tagħha tul dawn il-ġimgħat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li x-xogħol ser isir minn Infrastructure Malta peress li din hija triq arterjali.

Birżebbuġa – Triq Għar Dalam – xogħlijiet fuq public convenience

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir ix-xogħol ta' manutenzjoni neċessarja fuq il-Public Convenience li tinsab fi Triq Għar Dalam, Birżebbuġa faċċata tal-Bajja ta' San Ġorġ għax dan ix-xogħol ilu pendenti minn Ottubru tas-sena l-oħra u dan anke fid-dawl li din is-sitwazzjoni qed toħloq inkonvenjenzi kbar lil kull min jagħmel użu minn dawn il-faċilitajiet? Jista’ jgħid meta ser jibda u jitlesta dan ix-xogħol?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li dan ix-xogħol qed isir mid-Dipartiment għax-Xogħlijiet Publiċi.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23130, peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15870 l-informazzjoni tkopri sa Ġunju 2020, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba minn Lulju 2020 s'issa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

tweġiba tingħata f seduta oħra.

Fgura – parkeġġ – studji

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’studji saru tul dawn l-aħħar tliet snin dwar il-problema li qed isibu residenti fil-Fgura sabiex isibu post fejn jipparkjaw il-vettura tagħhom? Jista’ jindika x’miżuri ser jittieħdu dwar dan?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li l-proġett li għamel minħabba l-islow streets qiegħed inkorporat f’dan l-istudju.

Mosta – Triq Camillo Sciberras — patching

Question

Jista’ l-Ministru jitlob lill-Kunsill Lokali tal-Mosta biex isir l-patching f’Triq Camillo Sciberras fiż-Żona Ta’ Żokrija biex jonqos il-periklu li qed joħolqu l-ħofor li hemm fl-istess triq?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li kien ħareġ Works Order biex isir x-xogħol ta’ patching i¿da għadu qed jistenna biex il-kuntrattur jagħmel ix-xogħol li hemm b¿onn.

Tarxien – Triq l-Iskola – ġbir ta’ ilma

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi ser jittieħdu sabiex fil-parti fejn tispiċċa Triq l-Iskola Tarxien kantuniera ma’ Triq Ħal Tarxien Tarxien jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex ma jibqax jinġabar kwantità kbira ta’ ilma kif qed jiġri ma’ kull xita?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li ser jkunu qed jinvestigaw l-ilment imressaq lilhom sabiex jara kif jista jirrimedja.

Ħal Tarxien – Triq Lampuka – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk parti minn Triq Lampuka Ħal Tarxien hijiex ser tinbidel billi ma tinsabx fi stat tajjeb?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien diġa kellem lill-Infrastructure Malta sabiex tkun kkunsidrata mat-toroq li sejrin jsiru din is-sena u qegħdin jistennew risposta.

Gudja – Triq Santa Katerina u Triq id-Dejqa – xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24033, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk huwiex aċċettabbli li Toroq Santa Katerina u d-Dejqa, Gudja jibqgħu mhux lesti wara sentejn skorruti u jistax jinforma l-Kamra x’passi ttieħdu biex ikunu lesti? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kif ser ikunu l-ispazji għall-ipparkjar tal-vetturi tar-residenti?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li r-residenti jafu x`inhi sitwazzjoni u qed jifhmu li l-Kunsill qed jagħmel dak kollu possibli sabiex dawn ix-xogħlijiet isiru fl-iqsar ¿mien possibli għal ġid komuni ta` kulħadd. Il-Kunsill flimkien mall-kuntrattur u l-perit tiegħu qed jaħdmu kontinwament biex jitlesta xogħol. L-ispazji tal-parkeġġ ser ikunu b`tali mod li ma jostakolawx l-ebda bibien ta` residenzi u li jsiru ammont ta` parkeġġi possibli sabiex ir-residenti jkollhom fejn jipparkjaw.

Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule — xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24030 dwar Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jivverifika sewwa x’inhuwa jiġri u dan għax għall-kuntrarju ta’ dak indikat minnu, ebda xogħol ma beda kif ukoll li jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport għax fl-aħħar żewġ domandi ppreżenta l-istess rapport ta’ April 2021?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ewwel ċertifikat tax-xogħol li diġa beda. Iktar ċertifikazzjonijiet jistgħu jinħarġu hekk kif jiġi ċertifikat iktar xogħol matul il-ġimgħat li ġejjin.

Żejtun — Triq Xrobb l-Għaġin - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24108 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrasturttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u ġentilment jgħid x’xogħol qed isir u meta se titkompla Triq Xrobb l-Għaġin fiż-Żejtun li ilha snin li nbdiet u terġa’ tinqala b’konsegwenzi serji għar-residenti u bdiewa li jużaw din it triq?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta¿-¯ejtun li x-xogħol fi Triq Xrobb l-Għaġin hu f’idejn l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li jidher li għal raġunijiet differenti, fosthom tibdil fil-kuntrattur, il-progress kien kajman.

Għawdex – Ta’ Għajn Damma – tabelli

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament x'inhu s-sens wara t-tabelli li twaħħlu xi żmien ilu fit-triq magħrufa Ta' Għajn Damma jew Għajn Xejba (li mix-Xagħra tieħu lejn Marsalforn u li taqa' fil-konfini tal-Kunsill tax-Xagħra), liema tabelli qed jgħidu b'mod ċar li hemm il-periklu li t-triq tikkollassa? Jekk dan il-periklu jeżisti, għaliex ma saret ebda tiswija fuq it-triq? Fuq kollox għaliex it-triq baqgħet miftuħa għall-vetturi u n-nies bir-riskju t'inċidenti f'każ ta' kollass?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra li kienu twaħħlu tabelli ta' one-way li juru li fit-triq magħrufa Ta’ f'Għajn Damma jew Għajn Xejba hija temporanjament triq one-way l-isfel sakemm isiru x-xogħlijiet neċessarji. Dan sar f’konformità mal-parir tekniku li rċieva l-istess Kunsill mill-Perit li eżamina l-istess triq. Sa dan it-tant l-Perit inkarigat mill-Kunsill qed jagħmel rapport sħiħ dwar dak kollu li hemm bżonn isir.

Raħal Ġdid — Pjazza Antoine de Paule - studju dwar pavimentar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23493 u ċjoè: Wara t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23261, jista’ l-Ministru, jgħid min hija l-kumpanija magħżula li ser tistudja l-pavimentar ta’ Pjazza Antoine de Paule? Jista’ jgħid kemm hu maħsub li jdum dan l-istudju u kemm ser jiġi jiswa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li il-kumpaniji magħżula għall-istudju tal-pavimentar ta’ Pjazza Antoine de Paul huma Terracore Ltd li ser jagħmlu l-istudju fuq it-triq u CTP Consulting Engineers International Ltd li ser jagħmlu r-rapport dwar il-kawżi tal-ħsarat tat-triq, L-ispejjeż huma ta’: € 8,418.80 ex VAT u € 4,000 ex VAT rispettivament. L-istudju ser jieħu madwar tliet ġimgħat u r-rapport ser jieħu madwar erba’ ġimgħat. Fix-xahar ta’ Diċembru kien deċiż li ma jsirx l-istudju biex ma jkunx hemm disturbazzjoni fil-pjazza minħabba l-attivitajiet soċjali u kummerċjali relatati mal-Milied. L-istudju ser jibda hekk kif ikunu disponibli uffiċjali tat-Transport Malta li jiggwidaw il-fluss tat-traffiku waqt l-istudju.

Gudja – ipparkjar ta’ vetturi minn terzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi qed jittieħdu sabiex jiġi regolat l-inkonvenjent li qed jgħaddu minnu diversi residenti fil-Gudja minn ipparkjar ta’ vetturi ta’ terzi li jsiefru u jħallu l-istess hemm għall-ġimgħat sħaħ?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li qed jaħdem sabiex dan l-inkonvenjent jiġi regolarizzat permezz ta' bye law.

Fgura – studji dwar il-problema tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra xi studji saru fl-aħħar sentejn dwar il-problema dejjem akuta tat-traffiku li jgħaddi minn ġewwa l-Fgura? Jista’ jindika x’miżuri huma previsti sabiex il-volum jonqos ferm iktar milli huwa llum?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li għamel survey u qed jagħmel studju dwar slow streets fejn fil-jiem li ġejjin ser jipprezenta pjanti u dokumenti meħtieġa.

Ta’ Sannat Local Council — Provision of Cleaning Services - tender

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender (Re Issue) li għalqet fit-18 ta' Ġunju 2021 'Provision of Cleaning Services at Ta’ Sannat Local Council (Re-Issue) (CfT CA Unique ID: SNTLC 10/2021) u jgħid fiex wasal il-proċess ta' evalwazzjoni tal-imsemmija tender? Jista’ jgħid f'dawn l-aħħar xhur min kien qed jagħti dan is-servizz u kemm kien qed jitħallas xahar b'xahar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Sannat li l-kuntrattur għandu jiġi nfurmat sabiex jibda dan il-kuntratt minn Frar 2022.