Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Vinċenż de Paule — persuna terġa' tmur lura lejn darha

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-affarijiet sabiex persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, isiru l-preparamenti kollha neċessarji biex flok jibqa' jgħix ġewwa l-isptar San Vinċenż de Paule jerġa' jmur lura d-dar tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li għal dawn l-aħħar ġimgħat żewġ professjionisti tal-Aġenzija SAPPORT kienu qed jaħdmu mal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant biex eventwalment jiġu mħarġa dawk li jkunu jridu jaħdmu miegħu fir-residenza tiegħu. Sakemm jitlesta dan ix-xogħol, jiġu identifikati ħaddiema u jsir it-taħriġ neċessarju, mhux possibbli li jingħad meta l-persuna tkun tista’ tmur lura d-dar. Ninsab infuramat ukoll li, sadattant, il-professjonisti tal-isptar San Vinċenż de Paule wkoll qed jaħdmu mal-persuna konċernata biex jindirizzaw il-bżonnijiet tagħha.

Freeport — ħaddiema part-time/full-time/casual workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu jaħdmu nies part-time/full-time jew casual workers mal-kumpannija Freeport fl-aħħar tliet xhur ta' qabel l-elezzjoni ġenerali ta' Marzu 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Testijiet tad-demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-każ ta' min għandu low income, meta jmur għand tabib li jaħdem fiċ-ċentri tas-saħħa jista' jordnalu t-testijiet kollha, filwaqt li tabib li jaħdem fil-privat ma jistax jordnalu t-testijiet tad-demm tal-PSA u TFT fost oħrajn?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-testijiet li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant m’humiex inklużi fil-lista tat-testijiet li jistgħu jiġu ordnati minn tabib li jaħdem fil-privat.

Waiting list u waiting time — Appuntament fl-out patient tad-diabete

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-waiting list u waiting time biex pazjent isirlu appuntament fl-out patient tad-diabete? Kemm għandna speċjalisti f'dan il-qasam? Kemm jaraw pazjenti kull klinika li jagħmlu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ appuntamenti li hemm ibbukkjati għad-Dipartiment ta’ l-Out-patients tad-Dijabete fl-Isptar Mater Dei sat-13 ta’ Ottubru 2008 huwa 1,478. Il-medja ta’ stennija kienet ta’ 350 ġurnata. Rigward iż-żmien ta’ stennija ninsab infurmat li f’każijiet urġenti il-pazjenti jaraw il-konsulent mil-lum għall-għada jew fl-ewwel out-patients clinic li jmiss. Ninsab informat ukoll li l-iSptar Mater Dei hemm 4 Konsulenti specjalizzati f’dan il-qasam. Dawn il-Konsulenti bejniethom jaraw madwar 45 New cases kull ġimgħa. Wieħed għandu jkun jaf ukoll li t-team ta’ kull konsulent jaraw ukoll medja ta’ bejn 25 u 35 follow-ups kull ġimgħa.

Sptar Mater Dei — każijiet li ma kenux t'emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlametari 2636 u jgħid x'kienu il-kriterji li permezz tagħhom ġiet żviluppata l-idea li jekk ma tkunx gravi m'għandekx tmur l-emerġenza tal-Isptar Mater Dei? Permezz ta' dan kollu bdiet kampanja sabiex pażjenti ma jżurux l-emerġenza jekk jaħsbu li mhux emerġenza? Kemm fil-fatt matul is-sena 2007 u xhur ta' qabel ma bdiet din il-kampanja, kien hemm każijiet li ma kinux emerġenza u għamlu użu mis-servizz tal-emerġenza?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li mill-istatistika miġbura permezz tal-A&E Module tal-Patient Administration System jirriżulta li l-persentaġġ ta’ pazjenti li jiġu ammessi fl-iSptar Mater Dei minn fost dawk li attendew id-Dipartiment ta’ l-Emerġenza u klassifikati bħala Triage III kien minimu. Kien dan il-fatt li wassal biex tiġi żviluppata din il-kampanja biex il-pubbliku jagħmel użu tajjeb tad-Dipartiment ta’ l-Emerġenza u jirrikori hemm meta fil-fatt tkun emerġenza. Ninsab informat ukoll li bejn Jannar 2007 u Ġunju 2008 attendew 166,325 pazjent fid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza, li minnhom 35,209 ħtieġu li jiddaħħlu l-iSptar Mater Dei / San Luqa bħala in patients . Minn fost dawn l- in patients, kienu biss 638 li kienu klassifikati bħala Triage III, jiġifieri 1.8% tal- admissions totali mid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza.

Homes jew residenza tal-gvern — Waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-waiting list biex persuna tidħol f'home jew residenza tal-gvern hijiex pubblika jew le? Jista' persuna jara fejn jkun wasal f'din il-lista? Kemm huwa l-wating time li persuna ddum tistenna bħala medja qabel ma tiġi admitted ġewwa home jew residenza?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-waiting list biex persuna tidħol f'Dar ta' l-Anzjani jew residenza tal-gvern mhijiex pubblika. Madankollu persuna li tkun fuq il-waiting list tista' tistaqsi dwar il-pożizzjoni tagħha billi tirrikori fiċ-Ċentru tas-Servizz Anzjan f'Nru 3, Triq iz-Zekka, Valletta jew ċċempel fuq Nru 25575000. Il-waiting time biex persuna tidħol f'home jew residenza jiddependi fuq l-urġenza tal-każ u l-priorita' skond il-waiting list.

Ċentri għall-persuni ta' anqas minn 60 sena — rijabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix ċentru fejn persuna li għandha inqas minn 60 sena tista' tmur ġewwa fih għal rijabilitazzjoni? Peress li anzjani u persuni li għandhom iktar minn 60 sena jistgħu jmuru Żammit Clapp, hemm il-ħsieb li fil-futur jinbnew ċentri oħrajn bħal dan?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #3578 Sitting 56 2008-11-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Xiri ta' fond

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħjiel meta l-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tista' tikkonkludu x-xiri tal-fond li tgħix fih li baqa' fuq il-konvenju minħabba li minkejja li għadda ż-żmien it-titlu tal-art baqa' m'għaddiex għal għand il-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li ebda Dipartiment jew entita’ taħt il-Ministeru tiegħi ma jkollha informazzjoni dwar meta t-titolu tal-art, li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, ser jgħaddi għal għand il-Gvern u wara għand l-Awtorita’ tad-Djar biex ikun jista’ jiġi ffirmat il-kuntratt tal-bejgħ.
Leg 11 PQ #3657 Sitting 56 2008-11-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każ ta' nurse

Question

B'referenza għall-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jingħataw separatament (a), li kiseb id-degree fin-nursing fis-sajf tas-sena 2003, baqa' jaħdem mad-Dipartiment tas-Saħħa, minn dak iż-żmien sa Jannar 2006 ħadem fid-dipartiment tal-emerġenza, talab għall-emigration leave u kiseb awtorizzazzjoni għal sitt xhur. Lejn tmien is-sitt xhur applika għal estensjoni ta' unpaidstudy leave billi kien għadu qed jagħmel xi studji. It-talba tiegħu kienet ġiet rifjutata, b'hekk f'Lulju 2007 ikkunsidrawh li rreżenja. F'Jannar 2008 il-MUMN kienu għarrfu lill-membri tagħhom li kien intlaħaq ftehim mal-OPM li nurses li rriżenjaw kienu ser jiġu appuntati lura b'salary scale li kellhom qabel irreżenjaw. F'dan il-każ scale9. Fid-dawl ta' dan l-iżvilupp il-persuna indikata ġiet lura Malta. L-persuna li dettalji dwarha qed jinagħtaw separatament(b), kien ikkonfermalu li seta' jkompli jaħdem mill-ġdid bi salary scale li kellu qabel ir-reżenja. Meta beda xogħlu fit-3/3/08, sab li ngħata xogħol ta' casual nurse bi scale 12. It-tweġiba li ngħata mingħand il-persuna li dettalji dwaraha qed jintbagħtu separatament (ċ) kienet li n-nurses impjegati mal-Gvern mill-ġdid, jitpoġġew fuq casual basis - scale 12 - sakemm jiġu proċessati l-karti u l-paperwork kollu. Għalkemm huwa ffirma bl-understanding li wara ftit jiem kien ser jitpoġġa mill-ġdid fuq scale 9 u ankè jieħu d-differenza fil-paga back dated kif wegħditu il-human resources manager, sal-lum għadu ma sema' xejn ġdid. Jista' l-Ministru jinvestiga dan il-każ?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #3662 Sitting 56 2008-11-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Qajjenza — Applikazzjoni għal Spiżerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx bażi biex jinħareġ permesss għal spiżerija fl-inħawi tal-Qajjenza? Jista' jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Hruġ tal-liċenzji għall-spiżeriji jsir skond l-Avviż Legali numru 279/2007 ‘Regolamenti ta’ l-2007 dwar il-Liċenzi għall-Ispiżeriji’ kif amendata mill-Avviż Legali 81/2008. Skond regolament numru 4(2) ta’ dan l-avviż legali, f’kull belt jew raħal l-għadd ta’ spiżeriji m’għandux jeċċedi l-proporzjon ta’ spiżerija għal kull elfejn u ħames mitt abitant. Skond l-istess avviż legali “ ‘belt’ tfisser lokalita, inlużi l-irħula żgħar kollha u żoni ċirkostanzi, li jkollhom kunsill lokali jew kumitat hekk appuntant taħt l-Att dwar Kunsilli Lokali, u ‘raħal’ għandha tiftiehem bl-istess mod.” Għal din il-fini iż-żona tal–Qajjenza tagħmel parti mill- lokalita u għalhekk mal-kunsill lokali ta’ Birżebbugia. Informat ukoll li skond rapport ta’ l-Uffiċju ta’ l-Istatistika Nazzjonali pubblikat fit-23 ta’Settembru 2008 u magħmul fil-31 ta’Dicembru 2007 fuq ċensiment li sar f’Novembru 2005, l-popolazzjoni totali tal-lokalita ta’ Birżebbugia kienet ta’ 8,742. Skond informazzjoni mogħtija mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbugia, l-popolazzjoni totali sal- 31 ta’ Marzu 2008 kienet ta’ 9,352 . Fil-lokalita ta’ Birżebbuġia bħal issa hemm tlett spiżeriji li huma liċenzjati. Għalhekk skond l-Avviż Legali 279/2007, biex tkun tista’ tinħareg liċenzja għal spiżerija oħra fil-lokalita ta’ Birżebbuġia, l-popolazzjoni trid tlaħħaq l- 10,000 ruħ. Bħal issa hemm sebgħa applikazzjonijiet validi pendenti għal ħrug ta’ liċenzji ġodda għal spiżeriji fil-lokalita ta’ Birżebbuġia.
Leg 11 PQ #3940 Sitting 56 2008-11-18 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mellieħa — dar tal-anzjani - faċilitajiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-faċilitajiet li bħalissa qed jingħataw fid-dar tal-anzjani tal-Mellieħa? Jista' jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jiżdiedu dawn il-faċilitajiet? X'tip ta' ċelebrazzjoni hu mistenni li tiġi organizzata f'dawn l-okkażjonijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Manutenżjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2627 u jgħid kemm hija l-ispiża ta' manutenzjoni tal-isptar Mater Dei bejn Jannar 2008 u Settembru tal-istess sena? Jista' jgħid jekk din l-manutenzjoni hijiex issir minn ħaddiema impjegati mal-Gvern jew hijiex issir minn xi kuntrattur privat? Jew qed issir mit-tnejn?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #3913 Sitting 55 2008-11-17 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Rekwiżizzjoni ta' fond

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix ordni tar-rekwiżizzjoni fuq il-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kenitx inħarġet ordni ta' derekwiżizzjoni fuq l-imsemmi fond? Jekk teżisti rekwiżizzjoni, jista' jgħid lil min ġie allokat dan il-fond u b'liema kundizzjonijiet ingħata?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fond imsemmi għadu rekwiżizzjonat. Dan l-istess fond kien ingħata titolu ta’ ċens, liema ċens kien ġie trasferit fuq l-inkwilin preżenti.
Leg 11 PQ #3919 Sitting 55 2008-11-17 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li qed jirreġistraw jew jaħdmu part-time

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta ċifra xahar b'xahar matul l-2005, 2006, 2007 u sa Ottubru 2008 tal-ammont ta' persuni li qed jirreġistraw għall-impjieg li għandhom l-età bejn is-16 u t-30 sena? Jista' jgħid ukoll kemm hu bħala persentaġġ dan l-ammont komparat mal-ammont globali ta' nies li qed jirreġistraw għall-impjieg, xahar b'xahar għas-snin imsemmija? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-ammont ta' persuni tal-età bejn is-16 u t-30 sena li għandhom impjieg part-time bħala l-uniku impjieg tagħhom xahar b'xahar għas-snin 2005, 2006, 2007 u sa Ottubru 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #3920 Sitting 55 2008-11-17 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Social workers, psychology graduate u psikologi — riżenja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il social worker, psychology graduate u psikologi irriżenjaw mill-fondazzjoni għas-servizzi għall-ħarsien soċjali (jiġifieri Aġenzija Appoġġ, Aġenzija Sedqa u Aġenzija Sapport) mis-senna 2000 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.