Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pixxina Nazzjonali – tined neqsin u miksura

Question

Peress li fil-Pixxina Nazzjonali hemm diversi tined li huma neqsin u oħrajn huma miksura kif jidher fir-ritratti mehmuża, jista’ l-Ministru jgħid meta t-tined neqsin se jitwaħħlu u meta dawk imkissrin ser jiġu sostitwiti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħat li ġejjin se jkun hemm rinnovar fil-pixxina msemmija.

Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija – kuntratt ta’ impjieg tal-Kap Eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' impjieg u kwalunke dokument ieħor li jirregola l-impjieg tal-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Programm GEM16+ — ċaqliq ta' LSEs

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux infurmat dwar id-deċiżjoni li ħa d-Dipartiment tal-Edukazzjoni li jċaqlaq LSE mill-programm edukattiv GEM16+ u dan peress li fis-26 ta' Settembru 2022, fl-ewwel jum ta' din is-sena skolastika, il-Ministru ltaqa' mal-istaff tal-programm bl-iskop li jaċċerta lil kulħadd li se ikompli jaqdi d-doveri tiegħu fl-istess programm mingħajr ma kien se jiċċaqlaq għal post ieħor?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-Ministeru u d-Dipartimenti fi ħdan il-Ministeru hu li jgħamel l-aħjar użu tar-riżorsi umani skont il-ħtieġa.

Skejjel – studenti f’learning centres

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6714 u jgħid kemm kien hemm studenti jattendu f’kull Learning Centre (jippreżenta lista għal kull ċentru) fis-sentejn skolastiċi li għaddew (2020-2021 u 2021-2022) u kemm minnhom ġew integrati lura fl-iskejjel rispettivi minn fejn intbagħtu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Learning Support Centre Sena skolastika Numru ta’ studenti Numru ta’ studenti ntegrati Żebbuġ 2020/2021 6 1 2021/2022 6 3 Fortini Boys 2020/2021 9 0 2021/2022 9 0 Ħamrun Boys 2020/2021 13 0 2021/2022 14 0 Naxxar Girls 2020/2021 8 0 2021/2022 6 0 Gzira 2020/2021 19 0 2021/2022 10 0 Cospicua 2020/2021 4 0 2021/2022 4 0

Vannijiet li qed joffru trasport għall-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vannijiet 8+1 seater li qed jagħtu servizz u li huma reġistrati mal-Gvern biex joffru trasport bla ħlas għall-iskejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li llum il-ġurnata ma hemmx tali vannijiet joffru dan is-servizz.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – kuntratti ma’ influencers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru u/jew kwalunkwe awtoritajiet/aġenziji li jaqgħu taħtu għandhomx kuntratti ma’ influencers biex jippromwovu l-ħidma tal-istess Ministeru u/jew aġenziji lill-udjenza tagħhom fuq pjattaformi tal-media soċjali? Jekk iva, jista’ għal kull kuntratt jgħid kemm intefqu flus fi promozzjonijiet sa mill-bidu tal-ftehim?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, l-entità li tgħamel użu minn servizzi ta’ influencer/s jintużaw għall-fini ta' promozzjonijiet.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Segretarjat Parlamentari — entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9331.

Skola Nazzjonali tal-Isport – studenti li ma komplewx bl-istudji tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ma komplewx il-perkors kollu tal-iskola fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija, matul dawn l-aħħar 5 snin, 11-il student ma komplewx il-perkors kollu tal-iskola.

Skola Nazzjonali tal-Isport – għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika jew sport ieħor

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema full-time li jgħallmu l-Edukazzjoni Fiżika jew xi sport ieħor fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport? Jista' l-Ministru jelenka l-għalliema, il-kwalifiki tagħhom u jgħid kemm-il lezzjoni għandhom b'mod individwali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija hemm 15-il għalliem tal-Edukazzjoni Fiżika. L-għalliema kollha huma gradwati mill-Università ta’ Malta għajr għalliem supplenti wieħed li gradwa mill-MCAST. Għalliem minnhom għandu 23 lezzjoni, 7 għalliema għandhom 22 lezzjoni, 4 għalliema għandhom 20 lezzjoni, 2 għalliema għandhom 18-il lezzjoni u għalliem ieħor għandu 16-il lezzjoni.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8542 u 8755 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: two state school teachers were subjected to improper treatment at their place of work” datat 8 ta’ Ġunju 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rakkomandazzjonijiet ma ġewx injorati, iżda ma ġewx milqugħa. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li biex isir trasferiment ta’ kwalunkwe impjegat hemm proċedura stabbilita li d-Dipartiment irid jimxi magħha.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8543 u 8756 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: Covid health protocol prevented certain LSEs from taking the 15 minutes to break others were entitled to” datat 5 ta’ Lulju 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ma kinitx intitolata għall-ħlas.

Studenti neqsin mis-smigħ li għaddew mill-eżamijiet tal-MATSEC

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9175, jista’ l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti neqsin mis-smigħ li rnexxielhom jgħaddu mill-eżamijiet tal-MATSEC (O’Levels u A’Levels) f’dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Kandidati neqsin mis-smigħ SEC Matrikola (Avvanzat u Intermedju) Numru ta’ kandidati Numru ta’ kandidati 2013 10 1 2014 17 6 2015 16 2 2016 12 1 2017 12 8 2018 13 7 2019 15 4 2020 13 3 2021 13 2 2022 9 4

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8544, 8757 u 9157 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: Promotion from associate to full Professor and extension of appointment beyond statutory retirement age” datat 6 ta’ Ottubru 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li fuq “l-extension of appointment beyond statutory retirement age” il-Kummissarju sab li l-ilment ma kienx ġustifikat. Fir-rigward tal-“Promotion from associate to full Professor” hija l-Università li tiddeċiedi toffrix ir-rimedju rakkomandat mill-Ombudsman.

Skola ALP – studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti fl-iskola ALP fl-aħħar tliet snin skolastiċi, jiġifieri fis-snin skolastiċi 2022-2023, 2021-2022 u 2020-2021?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; 2020 – 2021 Total ta’ 140 student 2021 – 2022 Total ta’ 148 student 2022 – 2023 Total ta’ 91 student

Skola ALP — tfal li attendew għall-interview u ġew aċċettati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li attendew għall-interview biex jidħlu fl-iskola ALP u ġew aċċettati fl-aħħar tliet snin skolastiċi, jiġifieri fis-snin skolastiċi 2022-2023, 2021-2022 u 2020-2021?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena skolastika 2020-2021 u 2021-2022 l-intervisiti ma sarux minħabba l-pandemija, filwaqt li għas-sena skolastika 2022-2023 għaddew 92.

Skola ALP — tfal li attendew għall-interview u ma ġewx aċċettati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li attendew għall-interview biex jidħlu fl-iskola ALP u ma ġewx aċċettati fl-aħħar tliet snin skolastiċi, jiġifieri fis-sena skolastika 2022-2023, 2021-2022 u 2020-2021?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena skolastika 2020-2021 u s-sena skolastika 2021-2022, l-intervisiti ma sarux minħabba l-pandemija, filwaqt għas-sena skolastika 2022-2023 kienu 11 li ma ġewx misjuba idonei mill-Board responsabbli biex jattendu l-ALP.

Skola ALP – kriterji tal-interview

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji li bihom l-istudenti li jagħmlu l-interview tal-ALP ikunu jew ma jkunux aċċettati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji jinkludu l-inklinazzjoni u l-passjoni ġenwina, il-motivazzjoni lejn is-suġġetti u kif ukoll kemm l-applikant hu ħerqan u kurjuż li jkompli jiskopri u jitgħallem.

Skola ALP – interviewing board – assessuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-assessuri tal-interviewing board li jassessja lit-tfal li jagħmlu l-interview biex jidħlu fl-iskola ALP?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-assessuri tal-interviewing board huma l-Kap tal-Iskola, l-Assistenti Kapijiet, Counsellor u żewġ għalliema tal-Guidance.

Skola ALP – rapport dwar ir-rifjut ta’ applikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jingħatax rapport bir-raġunijiet li għalihom tkun rifjutata applikazzjoni għall-iskola ALP lill-istudenti kkonċernati u lill-iskejjel rispettivi li minnhom ikunu ġejjin l-istudenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali rapport jingħata biss meta jkun mitlub.