Ministeru għal Għawdex — servizzi ta’ konsulenza minn individwu
Question
Tista' l-Ministru tgħid, x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tagħha u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tgħid, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tagħha u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha u l-individwu msemmi?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 sal-lum l-individwu msemmi ma ngħata l-ebda impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra mill-Ministeru għal Għawdex jew minn entità li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7433, tista' l-Ministru tikkonferma jekk fl-SME park fil-preżent hemmx xogħol għaddej minkejja li l-istess Ministru qed tgħid li l-proġett għadu fi stadju ta' applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar?
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5744 u tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-Ministeru tagħha jew mad-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum? Tista' tgħid f’liema grad ġew impjegati u f'kull każ saritx sejħa pubblika għal dawn il-postijiet? Tista' tgħid f'kull każ x'kienu r-rekwiżiti u l-kwalifiċi mitluba għal dawn il-pożizzjonijiet? Tista' tgħid kemm minn dawn il-persuni impjegati għadhom fl-istess pożizzjoni sal-lum u jekk ma għadhomx fil-pożizzjoni li fiha ġew impjegati, wara kemm żmien ġew trasferiti għal xogħol ieħor u f’liema grad qegħdin illum?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ NRU 6995- MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ĦADDIEMA.pdf
Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex – laqgħat ta’ konsultazzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa ta' konsultazzjoni saret dwar il-proċess għat-Twaqqif ta' Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta' Għawdex fil-perjodu li kien miftuħ għall-konsultazzjoni? Tista' tgħid għal kull laqgħa min kien preżenti u tippreżenta kopja tal-minuti miżmuma ta' kull waħda minn dawn il-laqgħat? Tista' tgħid kemm saru sottomissjonijiet bil-miktub dwar it-twaqqif tal-istess Awtorità matul l-istess perjodu ta' konsultazzjoni? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istess sottomissjonijiet li saru?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta’ konsultazzjoni skatta fit-3 t’Awwissu 2018 f’liema okkazzjoni l-Onorevoli Interpellant kien ukoll preżenti.
Issa li spiċċa dan il-proċess, l-abbozz sar u ġie ppreżentat lill-Membri Għawdxin tal-Oppożizzjoni għar-reazzjoni u/jew kummenti tagħhom.
Jonqos issa li jiġi ppubblikat l-abbozz formalment fejn wkoll sal-istadju tat-tielet qari ser ikun possibbli għall-pubbliku u stakeholders li jgħaddu l-kummenti u suġġerimenti tagħhom.
Każini tal-baned f’Għawdex li bbenefikaw minn għajnuna finanzjarja
Question
Tista' l-Ministru tgħid, kemm kien hemm każini tal-baned f'Għawdex li bbenefikaw minn xi għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Ministeru jew xi entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? F'kull każ liema kienu dawn il-każini u x'kien l-ammont finanzjarju li ħadu? X'kien l-iskop tal-għajnuna li ngħatat?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 6989 MGOZ KAŻINI FGĦAWDEX LI BBENEFIKAW MINN GĦA.._.pdf
Marsalforn Għawdex – Ġnien tat-Tliet Għoljiet — tiswija
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li ser issir it-tiswija li hemm bżonn fid-dwal maħruqin u l-feature tal-ilma li hemm fil-Ġnien tat-Tliet Għoljiet f'Marsalforn, Għawdex? Tista' tgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li ssir manutenzjoni lill-apparat tal-logħob li hemm f'dan il-Ġnien u li huwa bis-sadid?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn stħarriġ li għamlu l-inġiniera tal-Ministeru nstab li d-dwal fil-fatt mhumiex maħruqa. Jidher li numru ta’ ġrieden għamlu ħsara fil-wires li jipprovdu l-kurrent lil dawn id-dwal. Qegħdin isiru preparamenti sabiex dawn il-wires jinbidlu u d-dwal jitranġaw. Il-feature tal-ilma għandha problemi iktar serji. Jidher li l-ġibjun li minnu jittella l-ilma għandu leakage qawwi u ma jżommx ilma. Din trid iktar ħin sabiex tissewwa.
Rigward l-apparat tal-logħob li jinsab f’dan il-ġnien, bħalissa għaddejjin arranġamenti mal-kuntrattur sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa.
Ministeru għal Għawdex – kastig mogħti lill-impjegati
Question
B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 5643 u 6009, tista’ l-Ministru tgħid jekk fil-perjodu minn Marzu 2013 sal-lum, kienx hemm impjegati li ngħataw kastig minimu bħalma hija twiddiba bil-miktub eċċ. għal nuqqasijiet imwettqa minnhom? Jekk fl-affermattiv, tista’ tgħid x' kien il-grad ta' kull impjegat li ngħata dan il-kastig minuri u x'tip ta' kastig minuri kien?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 6009.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5787 u ċjoè: Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni impjegati ġodda, fuq bażi permanenti/kuntratt indefinit jew b'kuntratt definit jew impjegati ingaġġati permezz ta' xi skema tax-xogħol, f'kull dipartiment jew entità li taqa' taħt il-Ministeru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar u sena b'sena? Tista' tagħti dan it-tagħrif skont il-grad u l-iskala ta' salarju ta' kull impjegat?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 5787s.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru tal-intrapriżi privati li joperaw f'Għawdex? Tista' tgħid:
a. kemm minnhom applikaw għall-miżura li ġiet introdotta fl-2018, fejn qed jingħata inċentiv finanzjarju meta jiġi maħluq impjieg ġdid mas-settur privat; u
b. kemm ġew impjegati ħaddiema taħt din il-miżura?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel parti tal-mistoqsija (Kemm huwa n-numru tal-intrapriżi privati li joperaw f'Għawdex?) għandha ssir lill-Ministeru kkonċernat.
Sat-30 ta’ Ottubru 2018, kien hemm 14-il Employer fis-settur privat f’Għawdex li ssottometta applikazzjonijiet biex jipparteċipa fl-iskema Gozo Employment Refund Scheme, li ġiet introdotta fl-2018.
Dan ifisser li sad-data imsemmija kien hemm 26 ħaddiem li ġew impjegati taħt din l-iskema.
Għawdex – proġett ta’ farm sperimentali – faċilitajiet ġodda għal bdiewa u sajjieda
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema kienu l-faċilitajiet ġodda għall-bdiewa u għas-sajjieda li ġew imwettqa fuq il-proġett tal-farm sperimentali ta' Għawdex, liema proġett kien tħabbar fil-baġit għas-sena 2018?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 6983.
Ministeru għal Għawdex – għajnuna għaż-żamma ta’ festivals tematiċi
Question
Tista' l-Ministru tgħid, matul is-sena 2018, liema festivals tematici ġodda saru għall-ewwel darba f'Għawdex? F'kull każ, minn min ġie organizzat kull festival tematiku ġdid li sar għall-ewwel darba? Kemm kienet l-għajnuna li ngħatat mill-Ministeru għal Għawdex għal kull wieħed minn dawn il-festivals tematici ġodda?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 6980 MINISTERU GĦAL GĦAWDEX GĦAJNUNA GĦAŻ-ŻAMMA TA FESTIVALS TEMATIC.._.pdf
Tista' l-Ministru tgħid, mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena, kemm kien hemm għaqdiet sportivi f'Għawdex li bbenefikaw minn xi għajnuna finanzjarja? F’kull każ, liema kienu dawn l-għaqdiet u x'kien l-ammont finanzjarju li ħadu? X'kien l-iskop ta' kull għajnuna li ngħatat?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 6981 MINISTERU GĦAL GĦAWDEX GĦAJNUNA LILL-GĦAQDIET SPORTIVI.pdf
Għawdex – Għajnsielem — xogħol fuq it-taraġ tal-Pjazza San Franġisk u d-Dar tal-Anzjani
Question
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq it-taraġ li jwassal għal Pjazza San Franġisk u d-Dar tal-Anzjani f'Għajnsielem u dan peress li fil-Baġit li nqara sena ilu kien ntqal "Proġetti kapitali li kienu nbdew fil-Leġiżlatura li għaddiet, bħat-taraġ ta' San Franġisk u d-Dar tal-Anzjani f'Għajnsielem, għaddejjin bil-proċess tas-sejħiet tal-offerti, biex dawn il-progetti jiġu finalizzati"? Peress li għaddiet sena minn meta nqara dak il-Baġit, tista' l-Ministru tgħid jekk dawn il-proġetti ġewx finalizzati? Jekk le, tista' tgħid x'xogħol sar matul din is-sena fuq dawn il-proġetti? Tista' tgħid meta se jibda jintuża t-taraġ ta' Pjazza San Franġisk u meta d-Dar tal-Anzjani se tilqa' l-ewwel anzjani?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dwar it-tarag issa ser isir Ċentru tas-Saħħa u ġew ippublikati t-tenders il-ġodda filwaqt li t-taraġ ser isir bil-możajk li ġie kkummissjonat minn Fr Roberto Gauci. Iċ-Ċentru tas-Saħħa mistenni jkun funzjonabbli fl-2019. Nel frattemp ħareġ ukoll it-tender tal-Pjazza ta’ San Franġisk fejn ix-xogħolijiet ser jiġu kkordianti flimkien biex jinħooq l-inqas inkonvenjent possibbli għall-pubbliku. Dwar id-Dar tal-Anzjani, wara li ħarġu l-permessi l-ġodda, tlestiet il-wing il-ġdida tad-dimensja u bħalissa għaddej ix-xogħol ta’ restawr tal-parti l-antika. It-tender għall-finishings, operations and management qed jiġi rivedut mid-Dipartiment tal-Kuntratti sabiex jiġi ppubblikat.
Għawdex – Farms sperimentali – faċilitajiet ġodda għall-bdiewa u sajjieda
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-faċilitajiet ġodda għall-bdiewa u sajjieda li kellhom isiru fil-farm sperimentali tal-Gvern f'Għawdex matul is-sena 2018, sarux? Jekk iva, x’inhuma dawn il-faċilitajiet ġodda u meta bdew jintużaw? Kemm kienet l-ispiża fuq dawn il-faċilitajiet ġodda?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġa ġie mwaqqaf l-uffiċċju għas-servizz tan-New Water. Dan filwaqt li tlestiet il-faċilita’ ta’ park għall-Animal Welfare flimkien ma’ kennels ġodda.
Il-proċess ta’ tendering għal fażijiet oħra għadu għaddej.
Għawdex – xogħol ta’ restawr fuq l-Għar ta’ Calypso u l-Akwedott tar-Rabat
Question
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol ta' restawr li skont l-aħħar Baġit kellu jsir fuq l-Għar ta' Calypso u fuq l-Akwedott tar-Rabat, Għawdex? Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża s’issa fuq dan ir-restawr u meta hu mistenni li jitlesta? Meta hu maħsub li l-Għar ta' Calypso jerġa' jinfetaħ għall-pubbliku?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadu kif tlesta xogħol ta’ 3D scanning fuq l-Għar ta’ Calypso minn ġewwa u kif ukoll tal-inħawi viċin tal-għar. Dan it-3D scanning sar mill-Università ta’ Malta. It-tagħmir teknoloġiku li ntuża ma tax riżultati ċari ħafna fejn jirrigwarda l-iscanning tal-għar minn ġewwa. Għalhekk issa qegħdin nistennew li l-Università takkwista scanner ieħor li jista’ jagħti riżultati aħjar. L-ispiża fuq dan il-proġett s’issa tammonta għal €900 (VAT eskluż). L-għar ser jerġa’ jinfetaħ għall-pubbliku meta jkunu saru x-xogħlijiet meħtieġa sabiex jiġi kkonsolidat u jiġi ċċertifikat li huwa sigur u li m’hemmx periklu għal min iżuru.
L-ewwel fażi tar-restawr tal-Akwedott tlestiet fejn ġew irranġati żewġ arkati li kienu fi stat ħażin. Qegħdin jitħejjew id-dokumenti neċessarji sabiex tiġi sottomessa applikazzjoni mal-
Awtorità tal-Ippjanar sabiex ikunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet tal-fażijiet li jmiss. L-ispiża totali għal dan il-proġett tammonta għal 1.48 miljun ewro VAT eskluż.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan fejn hu ppjanat li jsir il-Park and Ride li jkun jagħti għar-Rabat, Għawdex? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar għal dan il-proġett jew kopja tal-applikazzjoni jekk għadha ma ġietx approvata? Tista' tgħid min hu l-perit inkarigat minn dan il-proġett u kemm tħallas s’issa u kif intgħażel il-perit għal dan ix-xogħol? Kemm hu ppjanat li jesa karozzi dan il-Park and Ride?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Id-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant ser jingħataw waqt konferenza Stampa li ser tkun iddedikata għal dan il-proġett. Nel frattemp, diġa ħarġu żewġ tenders, u l-perit inkarigat huwa perit tal-Ministeru għal Għawdex stess.
Ministeru għal Għawdex – breakdown ta’ nfiq f’allowances u overtime
Question
Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' kif intefqu l-flus f'allowances u overtime fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 fid-direttorati li jaqgħu fid-dekasteru tagħha, liema ammonti minfuqa huma kif jidhru hawn taħt u dan skont kif murija fl-estimi finanzjarji tas-snin imsemmija?
Sena
Infiq f’
allowances
€
Infiq f’
overtime
€
2013
843,974
60,366
2014
862,811
54,096
2015
928,374
67,726
2016
991,648
110,772
X'tip ta' allowances kienu, f'liema gradi u f’liema uffiċċji/sezzjonijiet jaħdmu dawk l-uffiċjali li tħallsu dawn l-allowances?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex it-tagħrif jinġabar.
Ministeru għal Għawdex — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hi responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex – uffiċjali li qed jibbenefikaw minn miżuri family friendly
Question
Tista' l-Ministru tgħid minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena, kemm kien hemm uffiċjali f'Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, li bbenefikaw minn xi miżura family-friendly? X'tip ta' miżuri kienu u f’liema grad huma l-uffiċjali li bbenefikaw minnhom?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 6970 UFFIĊJALI LI QED JIBBENEFIKAW MINN MIŻURI FAMILY FRIENDLY.pdf
B’referenza għall-SME park li jaqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex, tista’ l-Ministru tgħid:
a. min ħa t-
tender
jew id-
direct order
biex jibni l-SME park;
b. kif se jitħallas min ħa l-inkarigu li jibni dan l-SME park;
c. jekk kienx proċess ta’
tender
jew
direct order
;
d. min se jkun responsabbli mit-tqassim/allokazzjoni ta’ SMEs f’dan il-park;
e. x’kriterji se jkun hemm għal min se jkun eleġibbli li jista’ japplika għal post f’dan il-park; u
f. xi ħlas se jkun mitlub iħallas min se japplika għal post f’dan il-park għall-SMEs f’Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lit l-proġett għadu fi stadju ta’ applikazzjoni quddiem l-Awtorita’ tal-Ippjanar u għadu ma ħareġ ebda tender.