Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm Għawdxin fiċ-Ċivil jaħdmu ġewwa Malta u kif ukoll f'liema grad u skala qegħdin? Kemm-il uffiċjal pubbliku Għawdxi ġie trasferit lejn Għawdex matul l-2019, u f'liema grad u skala qegħdin? Kemm-il Għawdxi hemm fl-iskala ta' Executive Officer maċ-Ċivil jaħdmu ġewwa Malta?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — għarfien fuq traffikar ta' persuni
Question
B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġa mill-US State Department 2019, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq, kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tiegħu u Ministeri oħra? Jista' jindika liema huma dawn il-Ministeri?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-funzjoni tinqeda permezz tal-Human Trafficking Stakeholders’ Taskforce fi ħdan il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar x’kuntratti mal-gvern kellu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kemm bħala person of trust jew taħt kuntratt ieħor mal-gvern jew fis-servizz pubbliku, minn Marzu tal-2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija? Jista’ jgħid ukoll, x’kienu (i) l-pożizzjonijiet u rwoli li kellu dan l-individwu permezz ta’ dawn il-kuntratti; (ii) x’kienu l-funzjonijiet tiegħu f’kull każ, (iii) id-data ta’ meta beda u skada kull kuntratt u (iv) kemm tħallas f’pagi u perkaċċi oħra dan l-individwu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif tidher hawn taħt :
Ġunju 2013 – April 2014
Customer Care Assistant fil-Ministeru tas-Sahha
Salarju - Skala 11
Allowance in lieu of overtime - 20% ta’ Skala 14
Massimu ta’ €116.50 f’overtime ma’ kull ħlas ta’ salarju, jekk jinħadmu 23 jew 46 siegħa iktar mill-ħinijiet normali
April 2014 – Dicembru 2018
Projects Director, Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi
Għal dettalji ohra mitluba minnu, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 31,084 u 32,215 fil-Legizlatura XII.
Jannar 2019 sal-lum
Coordinator, Ufficcju tal-Prim Ministru
Għal dettalji ohra mitluba minnu, nirreferi lill-Onor Interpellant għad-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fil-Leġizlatura XII.
Delegazzjoni uffiċjali tal-Gvern fil-Libja – rwol ta’ individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kien qed jagħmel l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, f’delegazzjoni uffiċjali tal-Gvern Malti fil-Libja matul ix-xahar ta’ Ġunju ta’ din is-sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-individwu li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor. Interpellant kien parti minn delegazzjoni mmexxija mill-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Libja Charles Saliba li marret il-Libja fit-18 ta’ Ġunju 2019, biex tiddiskuti r-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn Malta u l-Libja u l-isfida tal-immigrazzjoni fost oħrajn.
Delegazzjoni uffiċjali tal-Gvern fil-Libja – sehem ta’ individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ħa sehem f’delegazzjonijiet uffiċjali tal-Gvern Malti fil-Libja, meta kienu d-dati taż-żjarat, x’kien l-iskop taż-żjarat u x’kien ir-rwol u l-funzjoni tal-individwu msemmi, f’dawn id-delegazzjonijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li kien hemm okkazjoni waħda. Għad-dettalji l-oħra mitluba, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari nru 10754.
Delegazzjonijiet uffiċjali tal-Gvern – sehem ta’ individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ħa sehem f’delegazzjonijiet uffiċjali tal-Gvern Malti u jgħid ukoll f’liema pajjiżi, meta kienu d-dati taż-żjarat, x’kien l-iskop taż-żjarat u x’kien ir-rwol u funzjoni tal-individwu msemmi f’dawn id-delegazzjonijiet?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10589 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm minn madwar 9,000 Maltin fl-Iskozja, xtraw il-passaport Malti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċittadini Maltin m’għandhom l-ebda ħtieġa li jottjenu ċittadinanza Maltija.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il impjegat taċ-Ċivil, minn grad 6 ’il fuq, telaq mill-kariga għal raġunijiet li mhumiex trasferiment fl-istess grad jew irtirar, minn Marzu 2013 ’il hawn?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ impjegati li telqu mis-servizz pubbliku wara li rriżenjaw mill-pożizzjoni tagħhom fi grad 6 ’il fuq minn Marzu 2013 ’il hawn huwa ta’ 14.
Dawn huma maqsuma hekk :
12-il persuna minn skala 1 sa skala 4 (in-numru jkopri l-Gvern kollu għaliex uffiċjali f’dawn l-iskali jinħatru mill-OPM)
2 persuni minn skala 5 sa skala 6 (in-numru jkopri l-OPM biss)
B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Prim Ministru jgħid għandux pjan li l-Gvern idaħħal liċenzji għall-Massage Parlours, li r-rapport jindika ċar li huma sors ta' vulnerabilità għat-traffikar tal-persuni f'pajjiżna?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ssemma fir-reazzjoni uffiċjali li ħareġ is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni, il-Gvern ħa nota tar-rakkomdazzjonijiet li hemm fir-rapport dwar il-ħwienet tal-massaġġi. Din it-tema se tkun indirizzata fid-dokument ta’ konsultazzjoni li ser jippubblika l-Gvern fiż-żmien li ġej. L-oġġettiv tal-Gvern huwa li jiġġieled l-isfruttament marbut mas-sess f’dawn il-ħwienet u jipproteġi l-interessi ta’ terapisti kwalifikati li jaħdmu f’dan is-settur.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — għarfien fuq traffikar ta' persuni
Question
B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif imħabbar fid-diskors tal-Baġit 2019, is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni qed jaħdem fuq kampanja nazzjonali t’għarfien dwar it-traffikar uman. L-għan ta’ din il-kampanja huwa li tinforma lill-pubbliku dwar dan ir-reat u li tgħin lill-pubbliku jagħraf sinjali li jindikaw li persuna tkun vittma ta’ traffikar uman. Il-kampanja se tieħu ħsieb ukoll li tipprovdi informazzjoni ddedikata speċifikament għall-kategoriji differenti fis-soċjetà, fosthom l-istudenti, il-ħaddiema barranin, is-settur privat u min iħaddem. Is-Segretarjat Parlamentari kkordina wkoll taħriġ dwar it-traffikar uman lill-avukati tal-għajnuna legali kif ukoll taħriġ lil uffiċjali pubbliċi, fosthom ħaddiema ta’ Identity Malta, Jobsplus u d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg.
Report 'Daphne Caruana Galizia's assassination and the rule of law in Malta and beyond: ensuring that the whole truth emerges'
Question
On 29th May, the Council of Europe’s Legal Affairs and Human Rights Committee of the Council of Europe adopted Special Rapporteur Pieter Omtzigt’s report “Daphne Caruana Galizia’s assassination and the rule of law in Malta and beyond: ensuring that the whole truth emerges”. This report outlines the grieveous state of affairs in Malta, particularly in relation to the assassination of Daphne Caruana Galizia, and the implications for the rule of law in Malta and in the rest of Europe. The report is due to be debated during the plenary session of the Parliamentary Assembly of the Council of Europe in Strasbourg when it meets for the Summer session in the week of 25th June.
Given the serious nature of the findings of the Legal Affairs and Human Rights Committee report and its recommendations for justice, democracy, and the rule of law in Malta and beyond, will Prime Minister Joseph Muscat state the following:
1. whether he supports the report and its findings;
2. whether he has engaged with the report’s author or with any member of the Legal Affairs and Human Rights Committee about the report;
3. what instructions he has given his staff, ministers, and MPs in relation to the report;
4. whether he objects to any part of the report and its findings and, if so, which parts of the report he objects to, why, and what he plans to do about the parts of the report he objects to;
5. whether he had prior knowledge that his head of communications, Kurt Farrugia, would tell a member of the international media that he refutes the term “assassination” in relation to the killing of Daphne Caruana Galizia;
6. whether he endorses his Head of Communications refuting the term “assassination” in relation to the killing of Daphne Caruana Galizia;
7. whether he himself refutes the term “assassination” in relation to the killing of Daphne Caruana Galizia;
8. on what basis the Prime Minister’s Head of Communications came to the conclusion that Daphne Caruana Galizia was not assassinated; and
9. whether he will adopt the recommendation of the Legal Affairs and Human Rights Committee report to initiate a public inquiry into the circumstances of Daphne Caruana Galizia’s assassination?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba siefer fuq żjara uffiċjali ta’ xogħol tal-Gvern f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea minn Ġunju 2017 sad-data ta’ din il-mistoqsija? Jista’ jgħid meta kienu d-dati tal-mawriet, f’liema pajjiżi saru l-mawriet u x’kien l-iskop tagħhom f’kull każ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw għall-aħħar sejħa ta' Clerks, Executive Officers Assistant Principles, Principles u Senior Principles maċ-ċivil? Minn liema lokalità kienu? Kemm għaddew mill-eżami li sar bil-computer u li mbagħad sarilhom l-interview f'kull kategorija? Minn liema lokalità kienu dawk li għaddew?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il Unjoni Ċivili kien hemm bejn persuni tal-istess sess matul is-sena 2018, u fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2019?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fis-sena 2018 kien hemm 3 (tliet) koppji tal-istess sess li ngħaqdu fl-Unjoni Ċivili. Filwaqt li mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Mejju 2019 kien hemm koppja waħda tal-istess sess li ngħaqdu f’Unjoni Civili.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba żar Dubai u/jew l-Emerati Għarab Magħquda mill-2013 ’il hawn u jgħid ukoll:
a. id-dati relattivi taż-żjarat;
b. l-iskop tagħhom; u
c. jekk kienx akkumpanjat miċ-
Chief of Staff
tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi d-dettalji taż-żjarat fuq xogħol f'Dubai u/jew l-Emirati Għarab Magħquda fil-perjodu indikat fil-mistoqsija tiegħu huma kif ġej :
Novembru 2015 - 9th Global Residence and Citizenship Conference. Ic-Chief of Staff kien membru fid-delegazzjoni li akkumpanjatni.
Frar 2016 - World Government Summit. Ic-Chief of Staff kien membru fid-delegazzjoni li akkumpanjatni.
Ottubru 2017 - Global Citizenship Seminar. Ic-Chief of Staff kien membru fid-delegazzjoni li akkumpanjatni.
Marzu 2019 - Special Olympics World Games. Ic-Chief of Staff ma kienx membru fid-delegazzjoni li akkumpanjatni.