Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — kuntratt b'direct order jew tender
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il kuntratt ingħata mis-segwenti entitajiet kemm b’direct order u kemm permezz ta’ tender Governattiv:
Fondazzjoni għas-Servizzi fil-Ħarsien Soċjali (FSWS), Foundation for Educational Services, Foundation for Tomorrow Schools,
Institute for Tourism Studies, Junior College, Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika, Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità,
Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza, Kummissjoni Nazzjonali Familja,
Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Abbuż mid-Droga, Alcohol u Dipendenzi Oħra, Kunsill għat-Tfal, Kunsill għas-Settur Volontarju,
Kunsill Malti għall-Isports, Kunsill ta’ l-Ilsien Malti, Local Public Examinations Board, Malta Arts Scholarships Evaluation Board,
Malta College of Arts Science and Technology, Malta Government Scholarship Scheme Selection Board, Malta Qualifications Council u
Maltese National Commission for Unesco?
Lil min ingħata u kemm kien jiswa kull kuntratt fil-perjodu 2008, 2009 u 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — kuntratt b'direct order jew tender
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il kuntratt ingħata mis-segwenti entitajiet kemm b’direct order u kemm permezz ta’ tender Governattiv:
MCAST Project Management Master Plan, MGSS Appeals Board, National Book Council, National Commission for Higher Education,
National Employment Authority, NGO Projects Selection Committee,
PBS Editorial Board, Public Broadcasting Services Limited, Scholastic Tribunal, St Patrick’s Admission Board, STEPS Selection Board,
STEPS Appeals Board, Student Maintenance Grants Board, The President’s Award Malta, Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal,
Uffiċċju tal-Kumissarju għal Organizzazzjonijiet Volontarji, Uffiċċju ta’ l-Umpire u University of Malta Council?
Lil min ingħata u kemm kien jiswa kull kuntratt fil-perjodu 2008, 2009 u 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li l-lecturer tal-Istitut tas-Servizzi Turistiċi ġie mwiegħed li se jsiru l-ħlasijiet dovuti lilu sal-15 ta' Ġunju 2010, kif imniżżel fl-informazzjoni li qed tingħata separatament, u peress li l-15 ta' Ġunju ġie u mar, tista' l-Ministru tgħid meta l-EUPAS se toħroġ il-ħlasijiet dovuti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 17583 fejn intqal li fadal pagament ta’ Management Fee lill-Istitut Ta’ L-Istudji Turistiċi u mhux lil lecturer tal-ITS. Kif hemm miktub fl-email li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant meta jsiru l-evalwazzjonijiet kollha meħtieġa l-pagament se jsir minnufih.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies jistennew fuq il-waitng list biex jingħataw post tal-gvern fl-aħħar t'April 2010? Tista' tgħid kemm-il unit beħsiebu joħroġ għal dan l-għan matul is-sena 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Sa l-aħħar t'April, l-Awtorità tad-Djar kellha 2,673 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva. L-awtorità talloka postijiet li minn żmien għal żmien jiġu vakanti. Kontinwament l-Awtorità tad-Djar tinvestiga appartamenti li jkollha rapporti fuqhom li mhux qegħdin jiġu użati mill-inkwilini sabiex tieħu l-pussess tagħhom lura u terġa' tallokhom lil terzi. Għalhekk l-Awtorità tad-Djar mhiex f’pożizzjoni li tagħti numru ta’ allokazzjonijiet sa l-aħħar ta’ din is-sena.
nies fuq il-waiting list biex jieħdu unit tal-Housing Soċjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ilhom jistennew dawk in-nies li qegħdin fuq il-waiting list tal-housing soċjali fi gruppi ta' min ilu iktar minn 5 snin? Kemm minnhom ilhom jistennew erba' snin, tliet snin, sentejn u sena biex jieħdu post ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet il-popolazzjoni ta' barranin li jaħdmu bil-ktieb f'Malta bejn Jannar u Mejju 2010? F'liema kategoriji ta' xogħol kienu qed jaħdmu dawn? Tista' tgħid xi status għandhom dawn il-barranin li qed jaħdmu f'Malta bil-ktieb?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'possibilità hemm li s-single parent li dettalji tagħha qed jingħataw separatament min Ħaż-Żabbar li tgħix ma' ommha u missierha u tliet uliedha tieħu post alternattiv ħdejn l-apparatament ta' ommha biex tkompli tieħu ħsiebha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna indikata minnu sabiex tavviċina l-uffiċjal inkarigat mill-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar biex tara fejn waslet l-applikazzjoni tagħha
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18091 dwar Blokk D4 Ta' Xbiex, tista' l-Ministru ġentilment tinvestiga fiex wasal ix-xogħol fuq l-istallar ta' railings fit-taraġ ta' dan il-blokk ta' appartamenti, aktar u aktar billi xi inkwilini ġew mgħarrfa mill-perit tal-kuntrattur li għadu qed jipprova jsib l-irħas quotations sabiex jagħmel dan peress li hemm għadd ta' anzjani residenti fil-blokk?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Minħabba li fit-tromba tat-taraġ tal-blokk imsemmi riedet tinbena lift shaft tal-ġebel, il-kuntrattur kellu jneħħi l-poġġaman sabiex ikun jista’ jaħdem. L-awtorità diġà tat istruzzjonijiet lill-kuntrattur biex jerġa’ jistalla l-poġġamani madwar il-lift shaft mill-aktar fis possibbli.
postijiet rekwiżizzjonati għand id-dipartiment responsabbli mir-Requisition Orders
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar x'fadal postijiet rekwiżizzjonati għand id-dipartiment responsabbli mir-Requisition Orders? Kif inhuma mqassma dawn il-postijiet skont il-bliet u l-irħula differenti li għandna f'Malta u Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tieħu l-passi neċessarji permezz tal-Awtorità tad-Djar biex l-ispazju pubbliku li hemm fil-blokk flats fil-Qawra jiġi mdawwal permezz ta' dwal pubbliċi peress li dawn jinsabu fid-dlam?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar mhijiex responsabbli biex tistalla dwal pubbliċi. Spazji pubbliċi normalment jiġu mdawwla permezz ta’ streetlighting li jiġi stallat mill-Enemalta, jew f’każ ta’ ġonna u spazji pedonali, dawn isiru u eventwalment jiġu mantenuti ukoll mill-Kunsilli Lokali. Madanakollu l-Awtorità tad-Djar ġieli għamlet ftehim ma’ kunsilli lokali biex tgħin għal finanzjament ta’ proġetti meta dawn jikkonċernaw żoni meqjusa għall-użu ta’ residenti ta’ blokki li nbnew u ġew allokati mill-Awtorità tad-Djar. L-Awtorità tad-Djar lesta li tagħmel arranġament simili mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu maħsub li jirtiraw Assistenti Kapijiet sa Awwissu fl-iskejjel primarji dan is-sajf? Kemm hu maħsub li hemm bżonn kapijiet tal-iskejjel primarji dan is-sajf? X'se jiġri minn dawk li għaddew mill-intervisti għall-Assistenti Kapijiet u mhux se jidħlu sa Settembru li ġej?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Sa Awwissu li ġej se jirtiraw ħames (5) Assistenti Kapijiet fl-iskejjel Primarji.
Fl-iskejjel Primarji hemm bżonn ta’ sitt (6) Kapjiet f’Malta u tlieta (3) f’Għawdex.
Ir-riżultat tal-intervisti għal Assistenti Kapijiet fl-Iskejjel Primarji jiskadi fit-3 ta’ Settembru 2010. Dan ifisser li r-riżultat tal-Intervisti għal Assistenti Kapijiet fl-Iskejjel Primarji ma jibqax jgħodd u jibda l-proċess biex toħrog sejħa oħra.
Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent kemm qed jinbnew binjiet mill-Awtorità tad-Djar? Kemm se jkun hemm units f'kull binja? Kemm hu n-numru ta' kmamar tas-sodda? Fejn jinsabu dawn il-binjiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Bord tal-Adozzjoni — backlog ta' każijiet pendenti
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-Bord tal-Adozzjoni mhux kostitwit u ssusegwentement mhux jiltaqa' skont il-liġi, jiġifieri għallinqas darba fix-xahar? Meta se jiġi kostitwit? Meta se jibda jiltaqa'? Kif se tiġi indirizzata l-backlog? Kemm hemm każijiet b'lura li għad irid jara l-bord il-ġdid?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Bord ġie rikostitwit nhar it-Tnejn 21 ta’ Ġunju 2010. Il-Bord ser jibda jiltaqa’ minnufih u jindirizza il-backlog li hemm, jiġifieri billi jitratta l-Applikazzjonijiet b’mod kronoloġiku, skont id-data li fiha is-Segretarju tal-Bord irċieva il-Home Study Report oriġinali. Hemm tlettax-il kas li għad irid jara il-Bord.
Baċellerat fl-Istudji tar-Restorazzjoni u Konservazzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tispjega r-raġuni għalfejn il-kors li jwassal għall-Baċellerat fl-Istudji tar-Restorazzjoni u Konservazzjoni li kien isir fl-Institute of Conservation and Management of Cultural Heritage u li minn din is-sena l-parti mgħallma ġiet trasferita għal mal-Fakultà tal-Arkittettura, ġie deċiż illi ma jiftaħx għal din is-sena mingħajr ma kien avżat tal-inqas sena minn qabel, speċjalment meta tqis li dan il-kors għadu jiġi reklamat kemm fil-website tal-Università kif ukoll dik tal-Institute of Conservation and Management of Cultural Heritage? Tista’ tispjega x’se jiġri minn dawk l-istudenti li għal sena sħiħa ppreparaw biex iġibu l-kwalifiki neċessarji biex jidħlu għal dan il-kors? Ma taħsibx illi din l-azzjoni mill-Università hija fiha nnifisha inġusta u li se tikkawża stress żejjed fuq dawn l-istudenti? Tista' l-Ministru tintervjeni sabiex din is-sena dan il-kors jiftaħ regolarment?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Central Authority tal-Adozzjoni — private adoption
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex mis-Central Authority tal-Adozzjoni qed jingħad li l-private adoption hija llegali f'Malta? Tista' tidentifika minn liema leġislazzjoni joħroġ dan il-punt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-private adoptions ta’ tfal Maltin minn koppji Maltin fejn m’hemmx l-element intercountry jistgħu jsiru. Fil-każijiet ta’ intercountry adoptions, jiġifieri li jinvolvu aktar minn pajjiż wieħed, bilfors iridu jsiru permezz tal-Awtorità Ċentrali u tgħaddi lill-Awtorità Ċentrali tal-pajjiz l-ieħor. L-Awtoritajiet jaqblu fuq il-fatt illi l-minuri jiġi ttrasferit mill-pajjiż tal-oriġini għall-pajjiż riċevitur.
Ċittadini Maltin li jadottaw tfal minn barra minn Malta
Question
Tista' l-Ministru tgħid minn liema pajjiżi huwa possibli li ċ-ċittadini Maltin jaddottaw? Minn liema pajjiżi matul dawn l-aħħar sitt snin ġew adottati t-tfal, kemm ġew adottati sena b'sena u minn liema pajjiż?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Iċ-ċittadini Maltin jistgħu jaddottaw minn kull pajjiż sakemm ikun hemm qbil bejn il-proċeduri ta’ l-Awtorità Ċentrali ta’ Malta u ta’dak il-pajjiż minn fejn tkun se ssir l-adozzjoni.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm ġew adottati tfal matul dawn l-aħħar 6 snin, sena b’sena inkluż 2010 u minn liema pajjiż.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex koppji jaddottaw? Tista' tispjega għaliex il-Bord tal-Adozzjoni ma jitrattax l-approvazzjoni b'mod kronoloġiku, jiġifieri ta' dawk li l-proċedura tkun lesta kollha wara xulxin u dan għaliex hemm każijiet li ġew trattati qabel oħrajn, minkejja li l-oħrajn lestew il-proċedura qabilhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hemm 13-il applikazzjoni pendenti fil-waiting list tal-Bord tal-Adozzjoni.
Il-Bord tal-Adozzjoni dejjem ra l-każijiet skont kif waslu r-rapporti mill-Aġenzija Appoġġ. Jiġifieri, meta dawn ir-rapporti jaslu għand is-segretarja, dawn jiġu rreġistrati, datati u mogħtija numru. Ir-rapporti b’hekk dejjem ġew diskussi kronoloġikament.
Issa li diġà għaddew numru ta' ġimgħat minn mindu saret il-Konvenzjoni għall-Maltin ta' Barra, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra x'miżuri ħadet minn dakinhar sal-lum biex tibda twettaq xi wħud mill-miżuri, jekk mhux il-miżuri kollha, li wegħdet li se twettaq lill-Maltin ta' Barra li attendew din il-Konvenzjoni, liema wegħdiet elenkat fid-diskors tagħha fil-ftuħ tal-Konvenzjoni? Tista' tgħid x'inhu t-timeframe li fih qed tipprogetta li twettaq dawn il-wegħdiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor Interpellant li waħda mill-wegħdi diġa’ twettqet għas-sodisfazzjoni tal-komunitajiet tal-Maltin fl-Awstralja li fl-iskejjel tagħhom tqassmulhom settijiet komprensivi ta’ kotba moderni ta’ tagħlim tal-Malti, akkumpanjati minn posters, cards u CDs.
Tfasslu wkoll ir-regoli dwar Boroż ta’ Studju li wegħdna li se noffru biex Maltin ta’ barra jkunu jistgħu jiġu jagħmlu kors fl-Universita’ ta’ Malta biex ikunu jistgħu jirritornaw fl-Awstralja u jgħallmu l-Malti. Hu maħsub li fis-sena akkademika li jmiss dawn l-istudenti jibdew il-kors tagħhom.
Wegħda oħra li għamilna kienet li nibgħatu għalliema tal-Malti fil-pajjiżi tal-emigranti fejn hemm strutturi li jista’ jsir it-tagħlim fihom, biex dawn iħarrġu persuni li jkunu jistgħu jgħallmu l-Malti bħala t-tieni lingwa. Se nibdew il-proċess biex jintgħażlu dawn l-għalliema li allura jkunu jistgħu jmorru jgħallmu fis-sena skolastika li jmiss.
Bl-għajnuna tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, l-Università ta’ Malta u d-Dipartiment għall-Iżvilupp tal-Kurrikulu tad-Direttorati tal-Edukazzjoni, diġa’ qed ikunu żviluppati produzzjonijiet awdjo-viżivi dwar il-lingwa Maltija u kif din għandha tiġi mgħallma, bil-ħsieb li dawn jitqassmu fl-iskejjel u għaqdiet tal-Maltin barra minn Malta.
Qed tkun studjata l-possibbiltà li kotba bil-Malti li għandhom valur letterarju, kulturali jew folkloristiku jinqraw u jkunu rekordjati, u possibbilment anke animati jew illustrati, li jintbagħtu lil skejjel jew Għaqdiet tal-Maltin barra minn Malta biex tinżamm ħajja l-imħabba għall-ktieb u l-kitba Maltija. Din l-inizjattiva trid ftit aktar żmien biex tkun tista’ tiġi implimentata iżda diġà qed isir xogħol preliminari dwarha.
Fil-Kurrikulu Nazzjonali li bħalissa qed ikun rivedut, fis-suġġett tal-Istorja se tkun inkluża l-istorja tal-emigrazzjoni minn Malta.
Il-Ministeru għadu qed jistenna talbiet minn pubblikaturi Maltin jew minn barranin li jixtiequ jirċievu kotba minn Malta, biex jgħin jittaffew l-ispejjeż tat-trasport ta’ dawn il-kotba.
Ix-xogħol dwar iż-żewġ proposti l-oħra – jiġifieri li jsir tagħlim tal-Malti bid-distance learning u li f’xi kors tal-Università ikun hemm credit għall-istudju dwar l-Istorja tal-Migrazzjoni minn Malta, għadu fi stadju bikri.