Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qorti tal-Familja t'Għawdex — Annullament ta' żwieġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu kawzi ta' annullamenti ta' żwieġ fil-Qorti tal-Familja ta' Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn, kif ukoll fl-istess żmien kemm ingħataw sentenzi fejn intlaqgħet it-talba u fejn ġiet miċħuda mill-qorti separatament u quddiem liema magistrat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġejja: Kawżi għall-annullament taż-żwieġ preżentati fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Sezzjoni Familja matul l-aħħar sentejn (26/05/2006 – 26/05/2008) Kawżi introdotti (26/05/2006 – 26/05/2008) 11 Deċiżi ** (26/05/2006 – 26/05/2008) Maġistrat Dr A. Micallef Trigona 1 Maġistrat Dr P. Coppini 10 Maġistrat Dr A. Ellul 4 Total 15 Ninsab informat ukoll illi ma tinżammx statistika ta’ kif jinqatgħu l-kawżi, fis-sens jekk ti ġix milqugħa jew miċħuda t-talba.

Makna SEM/DEX

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni jekk il-makna SEM/DEX bdietx tiffunzjona? Jaf li fil-Qorti ta' Għawdex bħala Qorti ta' Kriminali Ġudikatura fil-kawża, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, din il-kawża ilha 'l fuq minn sena sine die u li wara rikors tal-parti ċivili tat-18 ta' Jannar, 2008, il-Kummissarju tal-Pulizija għalkemm ordnat b'digriet tal-Qorti tat-2 ta' April, 2008, xorta ma nfurmahiex jekk l-istess makna bdietx tiffunzjona?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li fis-seduta tas-27 ta' Mejju 2008 il-Qorti ddikjarat li kienet irċeviet kopja ta' ittra miċ-Chairmantal-Laboratorju Nazzjonali li l-makna SEM/DEX qiegħda tinfunzjona.
Leg 11 PQ #284 Sitting 10 2008-05-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati membri fil-Korp tal-Pulizija fis-sena 2007 u f'Jannar,Frar, Marzu 2008 maqsuma xahar b'xahar u skond ir-rank li daħlu fih?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt :- Spetturi Kuntistabbli 22.02.2007 135 27.11.2007 102 01.02.2008 4 12.02.2008 54 Total 4 291
Leg 11 PQ #285 Sitting 10 2008-05-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati li hemm fis-servizzi korrettivi, maqsuma skond il-grad? Kemm daħlu impjegati ġodda ma' l-istess servizzi korrettivi matul is-sena 2007 u f'Jannar, Frar, Marzu 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' impjegati li hemm fis-Servizzi Korrettivi hu kif ġej:- Infurmat ukoll li ma kien hemm l-ebda reklutaġġ mill-1 ta' Jannar 2007 sa l-aħħar ta' Marzu 2008.

Qrati ta' Malta — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern f'ċifra ta' flus globali li tħallsu lill-Qrati ta' Malta abbażi ta' multi u pieni oħra dovuti matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' jgħarrafni kemm kien id-dħul f'ċifra ta' flus globali mill-istess sorsi għall-aħħar ħames snin sena b'sena separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li d-dħul tal-Gvern f’ċifra ta’ flus globali li tħallsu lill-Qrati ta’ Malta abbażi ta’ multi u pieni oħra dovuti matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena kienu ta’ €550,279. Id-dħul f’cifra ta’ flus globali mill-istess sorsi għall-aħħar ħames snin sena b’sena separatament kienu hekk:- 2003 € 567,777.22 2004 €1,091,021.20 2005 €1,113,538.50 2006 €1,236,741.70 2007 €1,635,488.80

Ġustizzja u Intern — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008 fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Marzu ta' din is-sena, ingħataw 80 - il promozzjoni fid-dipartimenti u entitajiet li kienu u li wara t-8 ta' Marzu 2008 baqgħu jiffurmaw parti mill-Ministeru tiegħi. Tajjeb jingħad li dawn il-promozzjonijiet ingħataw skond kif stipulat fl-Addendum għall-ftehim ta' l-1993 dwar l-impjegati fis-Servizz Pubbliku, kif ukoll li numru minn dawn il-promozzjonijiet ingħataw wara li sar eżami intern għal grad ta' Uffiċjal Eżekuttiv fl-2007.

Qrati — Proċeduri legali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'jista' jwassal biex proċeduri legali fil-Qrati tagħna quddiem l-imħallef, li ismu qed jidher separatament, jiġu differiti numru kbir ta' drabi minkejja li iktar minn sentejn ilu suppost kien deċiż li dak kollu li kellu jinġabar mill-perit legali kellu jsir f'seduta waħda u jiġi rappurtat lura immedjatament, iktar u iktar meta mill-informazzjoni li għandi min ħa l-passi legali għadu ma ressaqx ix-xhieda tiegħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħti aktar dettalji tal-każ in kwistjoni.

Qorti tal-familja

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jirriforma l-ispejjeż tar-reġistru rikjesti f'każ li jsir appell superjuri minn deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Familja, partikolarment meta wieħed iqis li f'każ ta' appell minn separazzjoni, id-drittijiet jiġu għoljin ħafna minħabba li jinħadmu fuq il-valur tal-patrimonju?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Inerpellant li, f'każ ta' Appell superjuri minn deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Familja, it-Tariffa A inċiż 1(a) u 3 (4) u (5) tal- Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, jipprovdu tnaqqis konsiderevoli f'dak li jirrigwarda drittijiet lejn ir-Reġistratur, meta mqabbla ma' appelli minn deċiżjonijiet mill-Prim' Awla, u ma jitqiesx fuq il-valur tal-patrimonju.

Ħaddiema part-time

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 208 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartiment, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu sat-8 ta' Marzu, 2008 li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed? Kif inhuwa mifhum li ġara saħansitra anke fl-ETC li suppost tirregola fost oħrajn il-qasam ta' l-impjiegi. Jista' jagħti l-istess informazzjoni mit-8 ta' Marzu, 2008 sal-lum?.

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li sat-8 ta' Marzu 2008, fid-dipartiment u entitajiet li llum jiffurmaw parti mid-dekasteru tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern, kien hemm 14 -il ħaddiem impjegati fuq bażi part-time u li huma reġistrati bħala self-employed mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u taħriġ. Mid-data msemmija sa llum, jiena nfurmat li n-numru ta' ħaddiema mpjegati fuq bażi part-time baqa' l-istess. Tajjeb jingħad li dawn il-ħaddiema kollha huma mill-professjoni legali u jagħtu servizz fil-Qrati tal-Ġustizzja.

Spinola Bay

Question

Billi f'dawn l-aħħar jiem kien hemm street parties kif ukoll folol kbar jixorbu u jagħmlu storbju fil-Pjazza ta' Spinola, sas-siegħat bikrin ta' filgħodu, b'inkonvinjent għar-residenti u billi din l-istorja x'aktarx tirrepeti ruħha għal xahar sħiħ meta jibdew il-finali Ewropej tal-football ix-xahar id-dieħel, jista' l-Ministru jgħid x'passi beħsiebha tieħu l-pulizija biex tilqa' għal dan l-inkonvenjent? X'passi ħadet il-pulizija fid-dawl ta' għadd kbir ta' ilmenti pubbliċi li diġa kien kien hemm dwar dan is-suġġett f'diversi media lokali, speċjalment in konnessjoni ma' l-istreet party li inżamm fl-istess lokal nhar l-ewwel ta' Mejju?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-attivita' li qed jirreferi għalija l-Onor Interpellant li saret nhar l-1 ta' Mejju 2008 fil-parking area tat-Tigulio, kienet koperta bil-permess maħruġ mill-Kunsill Lokali. Sa fejn hu magħruf il-kundizzjonjiet ta' dan il-permess ma nkisrux mill-organizzaturi u l-mużika waqfet f'nofs il-lejl kif kien stabbilit. Infurmat ukoll li meta jkun hemm xi lment ta' ksur ta' bon ordni, il-Pulizija tieħu azzjoni skond il-liġi u skond kif ikun il-każ.

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema lokalita' ġejjin l-285 resident Malti fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

It-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra

San Pawl il-Baħar — Għassa tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-għassa ta' San Pawl il-Baħar terġa' tibda tiftaħ kuljum u dan biex jiġi assigurat li ma jsir l-ebda forma ta' abbuż fiċ-ċentru ta' San Pawl il-Baħar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li ser tittieħed l-azzjoni meħtiega biex isiru x-xogħolijiet li hemm bżonn. Pero’ infurmat ukoll li bħal ma jsir is-soltu, anke din is-sena, matul ix-xhur tas-sajf il-Pulizija żżid il-preżenza tagħha permezz ta’ patrols fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, kif ukoll diversi postijiet oħra.

Inkjesta

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-inkjesta interna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u dan billi għaddej iż-żmien ġmielu? Jista' jgħid jekk tax deadline biex l-inkjesta tagħlaq? Jista' jgħid jekk il-pulizija li kienu qegħdin għassa ma' din il-persuna fil-ħin li kien id-depot ġewx sospiżi jew le, pendenti ż-żewġ inkjesti li għaddejjin bħalissa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li x-xiehda u l-provi fl-Inkjesta pubblika ai termini tal-Kapitolu 273 tal-Liġijiet ta’ Malta qed jinġabru. Għalkemm ma ġietx pre-stabbilita ġurnata għall-għeluq tagħha, il-Gvern talab sabiex din l-Inkjesta tiġi konkluża fl-iqsar żmien possibbli. Ninsab infurmat ukoll li preżentement ebda membru ma ġie sospiż.

Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati bejn Ottubru 2007 u April 2008 xahar b'xahar u jikklassifikahom? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati bejn Ottubru u April 2008 xahar b'xahar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet bejn Ottubru 2007 u April 2008 xahar b'xahar u jikklassifikahom? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet bejn Ottubru 2007 u April 2008 xahar b'xahar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Kontravvenzjoni tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala meta warden joħroġ ċitazzjoni għall-kontravvenzjoni tat-traffiku minħabba parking, dan mhux dejjem jinforma lis-sid tal-karozza konċernata billi jwaħħal l-avviż taċ-ċitazzjoni mal-karozza?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Bus Lanes — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet għall-użu ta' bus lanes minn vetturi mhux awtorizzati matul dawn l-aħħar tnax-il xahar, kull xahar separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li ċ-ċitazzjonijiet li nħarġu minn naħa tal-Korp tal-Pulizija għall-użu ta’ Bus Lanes minn vetturi mhux awtorizzati matul l-aħħar tnax-il xahar kienu kif ġej:- 2007 Nru 2008 Nru Mejju 81 Jannar 83 Ġunju 41 Frar 40 Lulju 63 Marzu 69 Awissu 77 April 18 Settembru 65 Ottubru 65 Novembru 46 Diċembru 84 Total 522 Total 210

Ġurnali Internazzjonali — Traffikanti tad-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'verita' hemm f'rapporti ta' ġurnali internazzjonali li pajjiżna qed jintuża mit-traffikanti tad-droga biex imexxu l-kummerċ tagħhom? X'arresti saru f'din is-sena ta' persuni barranin konnessi ma' traffikar tad-drogi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena s’issa kien hemm 12 il-persuna ta’ nazzjonalita' barranija li ġew arrestati matul investigazzjonijiet marbuta ma' traffikar ta’ droga. Għar rigward l-ewwel parti tad-domanda l-Onor. interpellant huwa mitlub jipprovdi aktar dettalji.

Qrati — Kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħarrafni bin-numru ta' kawżi u bil-break down tagħhom mressqa sal-lum fil-Qrati ta' Malta? Kemm tmur lura fi snin l-aktar kawża li ilha pendenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinstab fuq il-websitehttp://www2.justice.gov.mt/statistics, liema statistika qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija jien infurmat li l-kawża li l-aktar ilha pendenti fil-Qorti Ċivili kienet ġiet ippreżentata fl-1931, filwaqt li fil-każ tal-Qrati Kriminali din tmur lura għas-sena 1992.

Qorti t'Għawdex — Separazzjonijiet

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm ġew intavolati proċeduri ta' separazzjoni fil-Qorti ta' Għawdex fl-2007, bonarji u kontenzjużi separatament? Jista' jgħid kemm minnhom ġew finalizzati permezz ta' sentenza jew ftehim bonarju separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari hija kif ġej:- BONARJA KONTENZJ UŻI Intavolati 14 13 Finalizzati (sentenza) Mhux applikabbli 0 Finalizzati (ftehim bonarju) 14 1 (ċeduti) Bonarja = B'nota ta' medjazzjoni Kontenzjużi = B'rikors ġuramentat