Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu lest l-ewwel abbozz tal-building codes imfassla mill-Kunsill Konsultattiv tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BICC) u għaliex s’issa għadu ma daħalx fis-seħħ? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-building codes imfassla mill-BICC?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaħsibx li l-ħafna planki tal-konkrit mdaqqsa bejn karreġġjata u oħra madwar Malta, humiex estetikament xierqa għal pajjiżna?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-elementi tal-konkos li qed tirreferi għalihom huma fil-fatt barrikati tat-toroq iċċertifikati. Id-disinn tagħhom huwa maħsub biex vetturi li jkollhom impatt magħhom iħallu l-anqas impatt possibli fuq utenti oħra tat-triq. Dawn jintużaw madwar id-dinja kollha, ġeneralment f’ambjent urban u f’toroq arterjali.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14357 u jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella ta’ hawn taħt.
Isem tal-Kuntrattur
Deskrizzjoni tal-attività
Ammont Eskl. VAT
Halo Services
Provision of lighting, sound, filming/ editing, facebook live streaming & Internet set-up icw Aviation Conference held on 18.03.2023
€9,750.00
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15184 u jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu:
- Full time
- Part time?
Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja:
- Flexi Time
- Flexi Week
- Reduced Hours
- Extended Remote Working
- Remote working?
Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet — membri
Question
B’referenza għal diversi mistoqsijiet li diġà saru matul dawn l-aħħar snin li però baqgħu bla tweġiba definittiva (ara mistoqsijiet fost oħrajn il-mistoqsija parlamentari 21883 li saret fit-XIII Legislatura, u l-mistoqsijiet parlamentari 696, 7191 u 7809 ta’ din il-Legislatura), jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta ser jiġu maħtura l-membri tal-Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet, stabbilit skont l-Att dwar ir-Regolament ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet u Servizzi, Kap. 81?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-board imsemmi qiegħed fil-proċess li jiġi mwaqqaf.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2024?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba Parlamentari nru. 15437.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kif ser tiġi finalizzata l-pjazza tal-Gudja, u kif inhu ppjanat li jsir it-traffic management madwarha ġaladarba jkun lest il-proġett?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f il-Gudja, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali, Infrastructure Malta qed tirriġenera ċ-ċentru urban b’investiment b’saħħtu li jaqbeż il-miljun ewro. il-pjanta li qed tiġi mplimentata, skont kif mressqa u approvata mill-kunsill tal-Gudja qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16457, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-prijoritajiet mogħtija lil Infrastructure Malta mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq rigward toroq li fihom għandhom isiru xogħlijiet matul is-sena 2024 u f'liema stadju wasal il-proċess ta' konsultazzjoni ma’ entitajiet varji biex il-proposti tagħhom fejn jirrigwarda infrastruttura ta' servizzi jiġu inklużi fil-proġetti rispettivi fiż-Żurrieq? Jista' jgħid ukoll meta ser jibdew ix-xogħlijiet, triq triq, u meta ser jispiċċaw?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16456, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-prijoritajiet mogħtija lil Infrastructure Malta mill-Kunsill Lokali tal-Imqabba rigward toroq li fihom għandhom isiru xogħlijiet matul is-sena 2024 u f'liema stadju wasal il-proċess ta' konsultazzjoni ma’ entitajiet varji biex il-proposti tagħhom fejn jirrigwarda infrastruttura ta' servizzi jiġu inklużi fil-proġetti rispettivi fl-Imqabba? Jista' jgħid ukoll meta ser jibdew ix-xogħlijiet, triq triq, u meta ser jispiċċaw?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16455, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-prijoritajiet mogħtija lil Infrastructure Malta mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi rigward toroq li fihom għandhom isiru xogħlijiet matul is-sena 2024 u f'liema stadju wasal il-proċess ta' konsultazzjoni ma’ entitajiet varji biex il-proposti tagħhom fejn jirrigwarda infrastruttura ta' servizzi jiġu inklużi fil-proġetti rispettivi fil-Qrendi? Jista' jgħid ukoll meta ser jibdew ix-xogħlijiet, triq triq, u meta ser jispiċċaw?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn numru kbir ta’ Variable Message Signs (VMS) li ġew installati f’diversi partijiet tan-network tat-toroq, inklużi fil-proġetti tat-toroq li saru fl-aħħar snin, għadhom mhumiex qed jintużaw? Jista’ jgħid kemm swew u jekk dawn inxtrawx wara sejħa pubblika għall-offerti? Jista’ jgħid ukoll jekk it-traffic control centre li miegħu suppost huma konnessi l-VMSs huwiex qed jopera u jekk qed jopera, kemm hemm ħaddiema assenjati għalih u meta ġew impjegati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
L-Imġarr — Triq Sir Temi Zammit - Petizzjoni MP-4 - Diskussjoni għal sistema ta’ Traffic Management
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16336 u jgħid kienx hemm xi risposti jew aġġornamenti għall-Petizzjoni MP-4 – Onor. Ian Vassallo – Diskussjoni għal sistema ta’ Traffic Management aħjar fi Triq Sir Temi Żammit, l-Imġarr?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ din il-petizzjoni. Għaddejjin diskussjonijiet bejn Transport Malta u Infrastructure Malta sabiex tiġi evalwata l-possibbiltà li s-sitwazzjoni tiġi mtejjba. Minn naħa ta’ Transport Malta, qed tinġabar ‘site data’ fir-rigward tad-dewmien fit-traffiku li qed jindikaw ir-residenti.
Malta u Għawdex — Pedestrian overpass lifts - Rapporti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15807, 16182 u 16537 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15417, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid għal kull wieħed mill-pedestrian overpass lifts li hawn f'Malta u f’Għawdex, kemm kien hemm rapporti li ma kienx qed jiffunzjona minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din hija l-lista ta’ pedestrian overpass lifts li jaqgħu taħt ir-responsabbilita’ diretta ta’ Infrastructure Malta:
1. Marsa/Hamrun – żewġ liftijiet. B’kollox, Infrastructure Malta ntervjeniet fuq 45 istant ta’ hsara, b’hafna minnhom kazijiet ta’ vandalizmu ovvju.
2. Marsa Junction – żewġ liftijiet. B’kollox, Infrastructure Malta ntervjeniet fuq 10 istanti ta’ hsara.
3. Marsa Junction – żewġ liftijiet. B’kollox, Infrastructure Malta ntervjeniet fuq 8 istanti ta’ hsara.
4. Blata l-Bajda – żewġ liftijiet. B’kollox, Infrastructure Malta ntervjeniet fuq 5 istanti ta’ hsara.
5. MCAST – Lift wieħed. B’kollox, Infrastructure Malta ntervjeniet fuq 7 istanti ta’ hsara.
6. Luqa – ¯ewġ liftijiet. B’kollox, Infrastructure Malta ntervjeniet fuq 35 istanti ta’ hsara.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14561 u jgħid kemm minn dawk il-kuntratturi differenti fuq bini ta’ toroq matul is-sena 2023 kellhom kuntratt li kienu b’sejħa għall-offerta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 29 kuntrattur li ngħataw kuntratti b’sejħa għall-offerta f’2023.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14561 u jgħid kemm minn dawk il-kuntratturi differenti fuq bini ta’ toroq matul is-sena 2023 kellhom kuntratt li kien b’direct order?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 20 kuntrattur li ngħataw Direct Order f’2023.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14561 u jgħid min kienu l-kuntratturi ta’ bini ta’ toroq li kellhom l-offerta milqugħa matul is-sena 2023?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tinsab fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għas-sentenza tal-Qorti Ewropea dwar it-taxxa fuq karozzi second-hand impurtati minn pajjiżi oħra li huma stati membri Ewropej, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' karozzi impurtati li ħallsu taxxa żejda abbażi ta' din is-sentenza? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-ammont globali ta' taxxa li tħallset żejjed tul is-snin minn mindu kienu daħlu fis-seħħ dawn il-ħlasijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nistgħux nipprovdu figura dwar l-ammont ta' karozzi miġjuba Malta min sidien li kienu jgħixu go stat membru Ewropew u ġabu l-vettura tagħhom ġewwa Malta u li ħallsu taxxa żejda abbażi ta' din is-sentenza, minħabba il-fatt li ammont sostanzjali ta’ dawn is-sidien ta’ vetturi bbenefikaw mill-iskema ta’ trasferiment ta’ residenza, fejn l-ebda taxxa ta’ reġistrazzjoni ma ġiet mħallsa jew kienet dovuta.
Transport Malta qed tirrevedi fil-preżent kull każ li jkollha ppreżentat lilha.