Jista’ l-Ministru jgħid kemm anzjani għamlu użu mis-servizz ‘Respite Residenzjali’ fis-sena 2023 kif ukoll din is-sena sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li is-sena 2023, 209 klijent għamlu użu mis-Servizz ta’ Respite Residenzjali. Minn Jannar 2024 sal-lum, 50 klijent għamlu użu mill-istess servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma d-djar tal-anzjani li joffru s-servizz ta’ Respite Residenzjali fi-djar tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti kollha li jsiru ma’ djar tal-anzjani jkopru sodod għal respite. In-numru ta’ djar ivarja skond il-ħtieġa u is-soddod vakanti disponibbli, għaliex sodda ta’ respite tista’ tiġi użata għal kura fit-tul. Dan isir skont l-eżiġenza.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani qed jistennew biex jidħlu fil-Faċilità San Vinċenz de Paul wara li sarilhom l-assessment u ġie stabbilit li għandhom jiġu rikoverati f’din il-Faċilità sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li hemm seba’ persuni jistennew biex jidħlu f’San Vinċenz de Paul ( Kategorija 1 – Dependenza Għolja).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew biex jidħlu f’dar tal-anzjani wara li sarilhom l-assessment u ġie stabbilit li għandhom jiġu rikoverati f’dar tal-anzjani sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 1,670 anzjan li qed jistennew biex jidħlu f’dar tal-anzjani sal-ġurnata li fiha ġiet mwieġba din il-mistoqsija parlamentari.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun lesta l-community clinic ġewwa l-Qrendi sabiex tibda topera u tagħti s-servizzi meħtieġa kollha lir-residenti ta' din l-istess lokalità?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bħala pjan tal-Primary HealthCare rigward kliniċi tal-komunità, is-servizz ħolistiku jinkorpora team multidixxiplinarju sabiex jaqdi żona ta’ irħula fil-viċin. B’hekk servizzi mediċi joħorġu miċ-Ċentri tas-Saħħa u jersqu aktar qrib il-poplu. Il-Qrendi jgħamel parti min ċirku tar-rħula li jinkludu, l-Imqabba, iż-Żurrieq u Ħal Safi. Il-klinika tal-komunità li taqdi dawn l-irħula hija ċentrallizzata’ fiż-Żurrieq. Hawnhekk jingħataw servizzi b’appuntament ta’ tabib, infermiera, podjatrija, patoloġija tal-lingwa u diskors, psikoloġija u fiżjoterapija.
Iċ-Ċentru tas-Saħħa ewlieni f’din iż-żona jinsab ġewwa Ħal-Kirkop fejn hemm ukoll faċilita’ ta’ servizzi mediċi b’appuntamnet kif ukoll servizz ta’ tabib u treatment room bħala walk-in.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li pazjenti tal-Isptar Mount Carmel qed jinħarġu minn dan l-isptar u jintbagħtu f’homes diversi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-pass sar bħala parti mill-proċess li ilu li beda diversi snin fejn il-pazjenti li l-marda tagħhom psikjatrika ġiet ikkontrollata iżda minħabba ċertu raġunijiet ma jistgħux jgħixu indipendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pazjenti tal-Isptar Mount Carmel li qed jiġu trasferiti f’homes hux ikollhom żjarat minn professjonisti u jekk iva kull meta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li dawn il-pazjenti qed jiġu invistati mill-professjonisti jew fil-homes stess, jew fil-kliniċi tas-saħħa mentali jew fil-kommunità skond il-bżonnijiet tagħhom.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Artikli u opinjonijiet fuq online portals - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara l-artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn kienu intervisti jew rapporti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18129 u jgħid kemm-il psikjatra u psikologu rriżenja mis-settur pubbliku matul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b'sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mill-2014 sal-lum, ġew inganġati 64 Psikolgu mas-settur tas-saħħa u 41 irreżenjaw. Infurmat ukoll li fil-każ tal-Psikjatri ġew inganġati 35 Psikjatra mas-settur tas-saħħa u 9 irreżenjaw.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ kanċer li rriżultaw mill-asbestos f’dawn l-aħħar ħmistax-il sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi filwaqt li hu diffiċli tipprova illi l-kawża ta’ kanċer hi l-asbestos, bejn l-2007 u l-2021, kien hemm 141 każ ta’ kanċer imsejjaħ “mesothelioma”.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul is-snin kienx hemm xi forma ta’ studju biex isir magħruf jekk kienx hemm relazzjoni bejn il-marda tal-kanċer u l-asbestos?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux eskluż li saru studji minn riċerkaturi.