Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali matul is-sena 2009 mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Fejn kienet u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' boreholes u spiri kull kilometru kwadru f'Malta? Kemm hu dan il-persentaġġ f'Għawdex? Kemm hu dan il-persentaġġ fl-area formulata b'second class water mill-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Sant Antnin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lin-numru ta’ boreholes kull kilometru kwadru hu skont kif ġej:
Malta - 23
Għawdex – 35
Malta (Nofs-in-nhar) – 16.75
Irid jingħad lit-territorju li jifforma n-Nofs-in-Nhar ta’ Malta jinkludi l-Marsaxlokk, ix-Xgħajra, ż-Żejtun u Ħaż-Żabbar li parti mill-
area
tagħhom taqa’ taħt l-
irrigation area
ta’ Sant’Antnin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx diġà turbini tar-riħ li qed jintużaw bħala mezz li jipproduċu l-enerġija? Jekk diġa' hawn minnhom, kemm hawn imwaħħlin madwar il-gżejjer tagħna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-preżent hemm tliet sistemi li jagħmlu użu mill-enerġija tar-riħ u li huma notifikati mal-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi.
Sistema minnhom hi tal-Korporazzjoni Enemalta u tinsab installata fil-
Vendom Distribution Centre fl-Armier
.
Sistema oħra hi tal-WasteServ u hi nstallata fis-
Civic Amenity Site
fl-Imrieħel.
It-tielet sistema hi waħda privata u hi nstallata fix-Xagħra, Għawdex.
Pero’ tajjeb li jingħad li hemm sistemi sperimentali jew għal skopijiet ta’ riċerka u għalhekk m'humiex notifikati.
Għajnuna lill-individwi li jinvestu f'turbina tar-riħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jagħtix għajnuna lill-individwi li jkunu jridu jinvestu biex jibnu turbina tar-riħ bħala ġeneratur għad-dawl għall-użu privat? Jekk le, il-Gvern ma jaħsibx li din tista' tkun metodu kif l-individwu jiġi inkoraġġit biex jagħmel uzu mir-riħ għall-produzzjoni tal-elettriku? Hemm il-ħsieb li tingħata għajnuna lil dawk li jkunu jridu jinvestu f'turbina tar-riħ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li bħalissa diġà teżisti skema fejn individwi li jistallaw turbini tar-riħ privati jingħataw għajnuna ta’ €230 suġġett għall-permess tal-MEPA.
Tajjeb li jingħad ukoll li l-Gvern, permezz tal-Malta Enterprise diġà qed joffri lill-Kumpaniji, nċentivi għall-installazzjoni ta’ turbini tar-riħ taħt l-iskema
Energy Efficiency and Renewable Energies.
Barra minnhekk, taħt Miżura 121 tal-Pjan għall-Iżvilupp Rurali, l-bdiewa huma ntitolati għall-għajnuna għall-istallazzjoni ta’ turbini tar-riħ meta dan ikun jifforma parti minn investiment iktar wiesgħa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkompli jagħti għajnuna matul is-sena 2010 lil dawk li jkunu jridu jinvestu f'sistema solari ħalli jipproduċu l-enerġija u permezz ta' hekk ikollhom domanda inqas fuq id-domanda li s-soltu jieħdu? Jekk iva, għal kemm beħsiebu jkompli jagħti din l-għajnuna u kif sejra tkun mogħtija?
Protocols u trattati li ffirmat Malta fuq l-enerġija fil-pajjiż
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema protocols u trattati ffirmat Malta li permezz tagħhom intrabtet li tbiddel il-mod kif tiġi maħluqa l-enerġija f'dan il-pajjiż? X'beħsiebu jagħmel il-Gvern biex dawn it-trattati u l-protocols jiġu fis-seħħ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li f’Diċembru tal-2008, Malta rratifikat il-pakkett tal-klima u l-enerġija tal-Unjoni Ewropea li għandu l-miri li jnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’20% tal-livelli tal-1990 sal-2020, kif ukoll li sal-2020, 20% tal-enerġija kollha tal-UE tkun prodotta minn sorsi ta' enerġija li tiġġedded.
Malta ntrabtet li sal-2020, 10% tal-enerġija meħtieġa tkun ġejja minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu u li tal-inqas 10% tal-enerġija li tintuża’ mis-settur tat-trasport tiġi minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu. Skont dan il-ftehim Malta hi mpenjata wkoll biex sal-2020 ma żżidx l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-setturi (non-EU ETS) li ma jaqgħux taħt l-iskema tal-kummerċ tal-konċessjonijiet għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’aktar minn 5% fuq il-livelli tal-2005.
Fil-każ tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu qed issir pjan tat-twettiq bil-għan li jintlaħqu l-miri miftehma. L-implikazzjonijiet tal-miżuri kollha li jridu jittieħdu fil-qasam tal-enerġija minħabba dawn l-obbligi jridu jkunu investigati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12861 u 12370 u ċioe: B’referenza għan-New Water Saving Campaign li kellha tibda din is-sena u li qegħda mniżżla bħala measure proposed 1a.4 fir-rapport imħejji dwar Energy Policy għal pajjiżna, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet din il-kampanja, meta ġiet introdotta u minn min qed titmexxa? Kemm se tiġi tiswa l-kampanja u x’inhuma l-allokazzjonijiet medja sector by sector għaliha? Din kienet kampanja għaliha jew sempliċiment bħala parti mill-Kampanja Switch?
Response (PULLICINO, GEORGE)
B’ riferenza għall-miżura msemmija bħala Measure Proposed 1A.4 fir-rapport imħejji dwar l-Energy Policy, ninforma lill-Onor Membru li wħud mill-messaġġi rigward konservazzjoni tal-ilma ġew diġà nkorporati wkoll fil-kampanja SWITCH.
Tisħiħ ta’ dawn il-messaġġi f’kampanja aktar ffukata se jiġi mplimentat fix-xhur li ġejjin.
Jista' l-Ministru jaċċerta lill-Kamra li l-Għawdxin kollha li japplikaw għas-sussidju fuq xiri ta’ solar water heaters se jingħataw dan is-sussidju? Jekk fin-negattiv, għaliex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Interpellant jispeċifika dwar liema skema qed jirreferi.
Riformi ta' kif il-bidwi għandu jdaħħal il-prodotti fil-Pitkalija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13366 u 11951 u jgħid meta ser issir ir-riforma li ilha tissemma dwar kif il-bidwi għandu jdaħħal il-prodotti tiegħu fil-Pitkalija u dwar il-qligħ ġust tiegħu? Jista’ jgħid ukoll kemm sar bejgħ ta’ ħaxix u frott separatament u globalment s’issa din is-sena mill-Pitkalija? Kif jikkompara mal-istess żmien tas-sena li għaddiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi l-Onor. Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 13609.
Ninforma l-Onor. Membru li jsib l-informazzjoni mitluba rigward il-bejgħ tal-ħaxix u l-frott matul l-2008 u sal-aħħar t’Ottubru 2009 fuq il-
website
tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13364, 11891, 11499, 9659, 9485 u 8997 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jindika liema huma dawk il-proġetti li bdew jew hu maħsub li se jibdew sal-aħħar ta’ din is-sena fil-pjan għar-riġenerazzjoni tal-Belt Valletta? Kemm hu stmat li se jintnefaq fuq dawn il-proġetti f’din is-sena finanzjarja? Jista' jgħid ukoll kemm se jdumu d-direttivi mogħtija lill-periti u x'inhi r-raġuni għal tali direttivi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Irid jingħad ukoll li mistenni jinbeda fil-gimgħat li ġejjin ix-xogħol fuq ir-riabilitazzjoni ta’ Biaggio Steps li ser jinbidel f’Mużew dwar l-istorja tas-swar. Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni mistenni jiswa €436,000.
Fit-tabella mogħtija m’hemmx inklużi l-pagi tal-ħaddiema.
Rigward l-aħħar mistoqsija, nitlob l-Onor Membru biex ikun iktar speċifiku dwar liema direttivi qed jistaqsi.
Jista' l-Ministru jagħti data preċiża meta l-monument tas-Sette Giugno se jitpoġġa fi Pjazza Ħelsien? Jista' jgħid fejn se tibda ssir iċ-ċerimonja parlamentari tas-Sette Giugno minn issa 'l quddiem?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Dwar l-ewwel parti, nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 13337. Dwar it-tieni parti nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ċerimonja tal-Ftuħ ta' Pjazza San Ġorġ — spiża u xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża totali taċ-Ċerimonja tal-Ftuħ ta' Pjazza San Ġorġ? Jista' jagħti breakdown tal-ispiża sħiħa u jgħid liema kienu l-kumpaniji li għamlu x-xogħlijiet differenti? Jista jgħid x'kienet l-ispiża tal-attivitajiet organizzati fil-ġimgħa ta' wara marbuta mal-istess ftuħ, u anke hawn jagħti breakdown ta' din l-istess spiża? Jista' jgħid liema kienu l-kumpaniji li għamlu x-xogħlijiet differenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li bħala parti mill-programm ta’ inawgurazzjoni ġie deċiż li jsiru ġimgħa ta’ attivitajiet biex inħeġġu aktar in-negozju meta konna resqin lejn il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Dan sar bi qbil mal-komunità kummerċjali tal-Belt anki in vista tal-inkonvenjent li nħoloq matul il-perjodu li kien għaddej il-proġett. Il-Ministeru tkellem ukoll mal-komunità kummerċjali dwar l-aħjar żmien li fih isiru l-ġimgħa ta’ attivitajiet u kien deċiż li dan isir fil-bidu ta’ Diċembru u mhux fil-bidu ta’ Jannar.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tajjeb jingħad ukoll li ma' dawk l-ismijiet li jidhru fit-tliet tabelli, l-Ministeru ġab numru ta’
sponsors
għal din l-attività kif ukoll organizza l-attivitajiet bin-nies tiegħu.
Palazz tal-President il-Belt — tenders għall-iscaffolding
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm talba għall-offerti għall-iscaffolding li qed jintuża mal-faċċata tal-Palazz tal-President, il-Belt? F'każ li iva, meta ħarġu dawn l-offerti, min applika għalihom, min rebaħ it-tender u kemm huwa l-valur tax-xogħol li għandu jsir?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li kien hemm talba għall-offerti għall-iscaffolding imsemmi. L-offerti (Advert Ref. 50/2009) għalqu fil-5 ta’ Mejju 2009, u kien hemm 6 offerti skont kif ġej:
A+Building Services Ltd
Vaults Co. Ltd
BTY Scaffolding
EMM Ltd
Vassallo Builders Ltd
Dolphin Ind. Services
It-
tender
intrebaħ minn Vassallo Builders Ltd. Il-prezz kien ta’ Euro 42,025. Ta’ min jgħid li l-i
scaffolding
ser jibqa propjetà tat-Taqsima tax-Xogħlijiet, hekk kif stipulat fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt.
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown tal-ispiża li saret fil-proġett ta’ Pjazza San Ġorġ inkluż il-ħlas li sar lil kull kuntrattur? Kemm kienet in-nefqa għall-attivitajiet promozzjonali li saru fil-ftuħ ta’ dan il-proġett?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex diffiċli jingħata l-permess lil xi ħadd li jrid jibni u jagħmel użu minn turbina tar-riħ bħala ġeneratur għad-dawl fid-dar tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor membru biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Binjiet governattivi — stallazzjoni ta' pannelli fotovoltajċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema binjiet governattivi mistenni il-Gvern jagħmel stallazzjoni ta' tagħmir ta' pannelli fotovoltajċi? Jista' jsemmi kull binja u jgħid f'liema lokalità tinsab? Kemm hu l-ispazju disponibbli fuq kull binja u kemm tiġi tiswa l-ispiża totali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-informazzjoni mitluba tinsab kollha fl-Expression of Interest, li ġiet innotifikata fil-Gazzetta tal-Gvern nhar il-Ġimgħa, 13 ta’ Novembru 2009. Kopja tad-dokument tista’ titniżżel mill-website www.solarenergy.gov.mt.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12864 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12395, jista' l-Ministru jinforma jekk l-istudju hemmx referenza għalih fil-proposta tal-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta dwar l-enerġija f'kuntest ta' pjan nazzjonali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-proposta tal-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta dwar l-enerġija f'kuntest ta' pjan nazzjonali m'hemm riferenza għall-ebda studju fuq is-suġġett imsemmi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12860 u 12371 u ċioe: Billi fir-rapport dwar l-enerġija ta' pajjiżna intqal ċar u tond li l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi kienet ikkummissjonat studju biex jinvestiga l-options kollha għall-provista tal-elettriku bejn is-sena li għaddiet sas-sena 2020, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan l-istudju u meta mistenni jintemm u jiġi pubblikat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-istudju biex jinvestiga l-options kollha għall-provista tal-elettriku bejn is-sena 2008 u s-sena 2020 kien ikkummissjonat lil Lahmeyer International. Ir-rakkmandazzjonijiet ta’ dan il-feasibility study ġew inkorporati fl-abbozz tal-energy policy imsejjaħ A proposal for an energy policy for Malta.
Sadanittant l-Awtorità kkummissjonat studji ulterjuri biex jikkumplimentaw dan il-
feasibility study
kif ukoll SEA fuq l-
energy policy
skont ma kien indikat mill-Awtorità kompetenti fuq l-SEAs. Dan għandu jwassal biex tkun ikkonsolidata l-
energy policy
waqt li jittieħed ukoll kont tal-kummenti li saru waqt il-konsultazzjonijiet pubbliċi.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-Solid Waste Management Plan il-ġdid?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kopja tal-Abbozz tas-Solid Waste Management Plan tinsab fuq il-website tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali f’dan il-link: http://www.mrra.gov.mt/downloads.asp
Monument tas-Sette Guigno — ħsara li saritlu meta nġarr
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn qed jinżamm il-Monument tas-Sette Giugno? Kemm qed isir ħlas ta’ kuljum biex dan il-monument jinżamm hemm? Kemm ilu fil-post fejn qed jinżamm u kemm huwa maħsub li jdum hemm? X’inhi r-raġuni li dan il-monument ma tpoġġiex fil-post fejn kien, hekk kif kien intqal qabel dan l-istess monument tneħħa minn hemm? Jista’ jgħid ukoll u jikkonferma li l-monument gratlu ħsara mhux żgħira meta kien qed jinġarr? X’inhi l-entità tal-ħsara li ġarrab u jekk hux din hija r-raġuni li l-monument fil-fatt ma tpoġġiex fil-post fejn kien sa ftit żmien ilu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-monument ilu fil-post fejn qed jinżamm fl-Imrieħel minn meta beda x-xogħol fil-Pjazza ta’ San Ġorġ, jiġifieri f’Ġunju 2009. Mhux qed isir l-ebda ħlas għal dan għax qed jinżamm f’faċilità governattiva. Jien infurmat li waqt il-ġarr, il-monument ġratlu ħsara żgħira imma din mhix ir-raġuni għaliex ma tpoġġiex fejn kien. Ir-raġuni għaliex ma tpoġġiex hemm, diġà saret pubblika diversi drabi. Peress li l-istorja tal-avvenimenti tas-Sette Giugno huma marbuta b’mod dirett mat-twelid tal-Parlament Malti, l-Gvern ħass li jagħmel sens li dan il-monumnet jitpoġġa viċin il-binja l-ġdida li se takkomoda l-Parlament il-ġdid.
Rigward l-ewwel u t-tielet mistoqsija nirreferi l-Onor Membru għar-risposti li tajt għal-mistoqsijiet nru 9373, 12489 u 13337.