Proġetti ta’ restawr permezz ta’ skema maħruġa mid-Direttorat għall-Gvern Lokali, Strateġija u Implimentazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti ta' restawr saret applikazzjoni għalihom permezz tal-iskema maħruġa mid-Direttorat għall-Gvern Lokali, Strateġija u Implimentazzjoni u mil-liema Kunsill Lokali matul is-sena li għaddiet? Liema minn dawn il-proġetti ġew aċċettati? Liema minn dawn il-proġetti ma ġewx aċċettati u x’kienet ir-raġuni għal dan f’kull każ?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm viżitaturi fil-Mużew Marittimu tul is-snin 2020 u 2021? Kemm kien hemm dħul u kemm saru spejjeż fl-istess?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Mu¿ew Marittimu, fis-sena 2020 kien hemm tlett elef, mija, sitta u tmenin vi¿itatur (3186), €6,513 dħul u €118,100 spejje¿. Fis-sena 2020 dan is-sit baqa’ miftuħ sa l-14 ta’Marzu.
Fis-sena 2021 ma kienx hemm vi¿itaturi u lanqas dħul għaliex matul is sena is-sit baqa’ magħluq minħabba l-proġett ta’restawr u riġenerazzjoni. L-ispejje¿ fis-sena 2021 għal dan is-sit kienu ta’ €117,347.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24315 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu l-passi meħtieġa sabiex isir xogħol ta’ manutenzjoni f’Triq il-Basilika fil-Mosta biex ikunu rranġati l-ħsarat li qed isiru?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li kien ħareġ works order biex jsiru xogħlijiet ta’ culverts, liema xogħlijiet ser isiru mill-kuntrattur lejn l-aħħar ta’ Frar.
San Pawl il-Baħar – Razzett Ta’ Tabibu magħruf bħala t-Torri ta’ Dejma
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li r-Razzett Ta’ Tabibu, magħruf oriġinarjament bħala t-Torri ta’ Dejma, ġewwa San Pawl il-Baħar ma jkomplix jitfarrak u jiddeterjora, kif ukoll jitneħħa kull periklu li jista’ jkun hemm madwaru? Hemm xi pjanijiet biex dan il-post jiġi rrestawrat?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li s-Sovrintendenza dejjem tħeġġeġ ir-restawr u konservazzjoni ta’ Patrimonju Kulturali. Filwaqt li mhux infurmata dwar l-istat ta’ konservazzjoni tal-binja, se tagħmel tfittix dwar min hu s-sid tal-post, sabiex la darba dan jiġi stabilit ikun jista jinbeda komunikat dwar ix-xogħlijiet neċessarji fuq il-post.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi proġetti u x’investiment hu maħsub biex ix-Xemxija Heritage Trail tingħata l-importanza mistħoqqa? Liema huma dawk ix-xogħlijiet li hu mistenni jitwettqu f’dan il-post proprju sabiex dan jiġi mħares, jingħata l-importanza mistħoqqa u jkun hemm apprezzament aħjar ta’ dan il-wirt storiku tant importanti għal pajjiżna?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Mġarr – siti storiċi li jaqgħu taħt Heritage Malta
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti storiċi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' Heritage Malta, fil-limiti tal-Imġarr? Liema huma l-investimenti li seħħew f'dawn is-siti matul l-aħħar snin? X'investiment ieħor hu mistenni li jsir fl-istess siti fil-futur immedjat?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Heritage Malta tamministra ¿ewġ siti fl-inħawi tal-Imġarr; it-tempji preistorici ta’ Skorba u Ta’ Haġrat. Mill-2015 ’l hawn intefqu madwar €984,000 fis-sigurta, manutenzjoni u nterpretazzjoni ta’ dawn i¿-¿ewġ siti. Prezentement qed jiġi nvestigat kif tista’ titjieb l-aċċessibbilta’ fi¿ika għat-tempju ta’ Skorba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istalls/gabbani li hemm barra Bieb il-Belt jagħmlux mal-konfini tal-Floriana jew tal-Belt Valletta?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja li l-istalls/gabbani li hemm barra Bieb il-Belt jinsabu fil-konfini tal-Belt Valletta, tali ¿ona mhix fir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali Valletta.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — reklam fil-Gazzetta KullĦadd
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. interpellant li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom.
Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televi¿ivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals, blogs, vlogs u websajts.
Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku ¿gur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan.
L-approvazzjoni tar-reklamar issir skont il-proċeduri stabbiliti. Għal dan il-għan intu¿aw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru bl-ispi¿a ta’ €1,100 (VAT esklu¿a).
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba għal-libreriji pubbliċi tul is-sena li għaddiet 2021, kemm intefqu flus fuq l-istess u jista’ jindika kemm ġew mgħoddija lil-libreriji pubbliċi ta' Ħal Tarxien, il-Gudja, Santa Luċija, il-Fgura u Raħal Ġdid?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li nxtraw disgħa t’elef sitt mija u ħmistax-il ktieb għal-libreriji pubbliċi u ntefqu €55,489.78. Ġew mgħoddija mitejn u sebgħin ktieb lil-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien, mija tlieta u ħamsin ktieb lil-librerija pubblika tal-Gudja, mija erbgħa u sebgħin ktieb lil-librerija pubblika ta’ Santa Luċija, mija sebgħa u erbgħin lil-librerija pubblika tal-Fgura u mija sitta u tmenin ktieb lil-librerija pubblika ta’ Raħal Ġdid.
Libreriji Pubbliċi -kotba mixtrija bil-Franċiż, bit-Taljan, bl-Ispanjol u bit-Tedesk
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba miktuba bil-Franċiż, bit-Taljan, bl-Ispanjol u bit-Tedesk għal-libreriji pubbliċi tul is-sena li għaddiet 2021 u jista’ jindika kemm ġew mgħoddija lil-libreriji pubbliċi ta' Ħal Tarxien, il-Gudja, Santa Luċija, il-Fgura u Raħal Ġdid?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li nxtraw tmien kotba miktuba bit-Taljan i¿da ma nxtrawx kotba miktuba bil-Franċi¿, bl-Ispanjol u bit-Tedesk għal-libreriji pubbliċi tul is-sena li għaddiet 2021. Dawn il-kotba miktuba bit-Taljan ma ġewx mgħoddija lil-libreriji pubbliċi ta’ Ħal Tarxien, il-Gudja, Santa Luċija, il-Fgura u Raħal Ġdid.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm viżitaturi fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni tul is-snin 2020 u 2021? Kemm kien hemm dħul u kemm saru spejjeż fl-istess?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni fis-sena 2020 kien hemm tlettax-il elf, seba mija sebgħa u ħamsin vi¿itatur, €261,651 dħul u €152,318 spejje¿. Fis-sena 2021 kien hemm sittax-il elf, disa’ mija tlieta u tmenin vi¿itatur, €483,043 dħul u €115,096 spejje¿.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm viżitaturi fit-Tempji Neolitiċi ta' Ħal Tarxien tul is-snin 2020 u 2021? Kemm kien hemm dħul u kemm saru spejjeż fl-istess?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fit-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien fis-sena 2020 kien hemm tnax-il elf, seba’ mija erbgħa u sittin vi¿itatur, €62,226.57 dħul u €78,326 spejje¿. Fis-sena 2021 kien hemm għoxrin elf, disa’ mija u erbgħin vi¿itatur, €79,645 dħul u €57,138 spejje¿.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm viżitaturi fil-Palazz tal-Inkwiżitur il-Birgu tul is-snin 2020 u 2021? Kemm kien hemm dħul u kemm saru spejjeż fl-istess?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Palazz tal-Inkwi¿itur fis-sena 2020 kien hemm sebgħat elef, sebgħa u ħamsin viżitatur, €28,877 dħul u €110,553 spejjeż. Fis-sena 2021 kien hemm erbatax-il elf, seba’ mija sitta u sebgħin viżitatur, €49,658 dħul u €123,471 spejjeż.
Tarxien – Triq in-Neolitiċi — studji għall-irranġar tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk sarux studji sabiex tiġi rranġata Triq in-Neolitiċi Tarxien u jekk kemm-il darba hijiex ser tkun lesta sal-aħħar tas-sena?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li saru studji rigward it-Triq in-Neolitiċi fejn instab li hemm problema fid-drenaġġ u għaldaqstant għad m’hemmx data fissa meta din it-triq se tkun lesta.
Tarxien – Triq Sant’Antnin – studji għall-irranġar tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk sarux studji sabiex tiġi rranġata Triq Sant’Antnin Tarxien u jekk kemm-il darba hijiex ser tkun lesta sal-aħħar tas-sena?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari numru 24334.
Ta’ Qali – suq miftuħ ta’ nhar ta’ Ħadd – spazju fejn jarmaw il-bejjiegħa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24222 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li bejjiegħa fis-suq miftuħ ta’ nhar ta’ Ħadd wara nofsinhar f’Ta’ Qali, ikollhom fejn jarmaw fil-post tagħhom, bla xkiel ta’ vetturi kbar ipparkjati fl-ispazju li bil-liġi huwa l-ispazju li fih għandhom jarmaw?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħ’ Attard li matul is-snin saru diversi rapporti rigward dan il-ka¿ lill-Għasses tal-Pulizija tar-Rabat u Birkirkara. Il-Kunsill huwa nfurmat wkoll li twaħħlu l-istickers is-sofor u beda l-proċess tat-towing ma’ Transport Malta. Saru xi kuntatti wkoll ma’ xi sidien bit-telefon min-naħa tal-Pulizija. Dan il-ka¿ ser jibqa’ jiġi segwit mill-Pulizija pero’ wieħed għandu jifhem li ka¿i bħal dawn jieħdu ftit ta¿-¿mien minħabba li hemm proċedura twila li trid issir.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – ħaddiema li jagħmlu xogħol ġewwa Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu, u anke tal-kuntrattur, li jagħmlu xogħol ġewwa Għawdex? X’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn il-ħaddiema, x’inhu l-grad tagħhom, fejn bħala post jaqdu d-dmirijiet tagħhom u kemm ilhom jaħdmu ġewwa Għawdex?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpallent li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Fgura – Triq il-Kampanella – rapport tal-istat tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba ġiex preparat rapport dwar l-istat ta’ Triq il-Kampanella Fgura u jekk tul din is-sena hijiex ser issir mill-ġdid?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li ma ġie ppreparat l-ebda rapport dwar l-istat ta’ Triq il-Kampanella u m’hemm l-ebda ħjiel li din is-sena ser issir mill-ġdid.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk sarx rapport dwar il-parti ta’ Triq il-Karmelitani Fgura mill-kantuniera ta’ Triq il-Kampanella fejn l-asfalt qiegħed jinżel u jċedi b’ħsara għall-proprjetajiet varji li hemm? U jekk iva, meta ser tiġi msewwija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li ma sar l-ebda rapport dwar il-parti ta’ Triq il-Karmelitani Fgura mill-kantuniera ta’ Triq il-Kampanella u m’hemm l-ebda ħjiel meta ser tiġi msewwija.