Legislature:
Category:
Reset
Active:

Talba għal benefiċċju

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment ta' omm li hija single mother u li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba li se titlef erba' xhur mill-pagament tal-għajnuna supplimentari għaliex l-applikazzjoni tagħha ma kenitx saret kif suppost minħabba nuqqas ta' ftehim dwar il-proċedura? Jista' jara li din il-persuna tieħu l-benefiċċju dovut lilha mid-data li twieldet l-aħħar tarbija, jiġifieri minn erba' xhur 'l hawn u mhux mid-29 ta' Novembru 2008 kif ġiet approvata mid-Dipartiment tas-Sigurta` Socjali?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Mammography

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti hemm rigward skema għal mammography għal nisa i) bi storja medika ta' kanċer fis-sider? ii) bi storja fil-familja ta' kanċer fis-sider?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Supplementary Estimates

Question

Jista' l-Ministru jispjega n-nefqa supplimentari għas-sena 2008 kif riveduti fis-supplementary estimates 08 Kapital Vot IX € 12,124,000 Rikorrenti Vot 39 €37,650,000? Għalxiex kienu approvati u fejn ġiet allokata din in-nefqa supplimentari?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sptar Mater Dei — Self ta' apparat mediku

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2625, jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena: Kemm kien hemm drabi fejn sptarijiet privati li ssellfu apparat mediku mill-Isptar Mater Dei u x'kien dan l-apparat mediku? Kemm kien hemm drabi fejn l-Isptar Mater Dei ssellef apparat mediku mill-isptarijiet privati u x'kien dan l-apparat?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat matul din is-sena kien hemm 63 okkazzjoni meta sptarijiet privati issellfu apparat mediku mill-iSptar Mater Dei. Dan l-apparat mediku kien tal-Ortopedija, tal-Kardjologija, tad-Dentistrija, tan-Newrokirurġija, tal-Uroloġija, tal-Ġinekologija, tal-Oftalmoloġija, tal-ENT u tal-Kirurġija Plastika. Matul l-istess perjodu l-Isptar Mater Dei ssellef apparat mediku mill-isptarijiet privati 14-il darba. L-apparat kien tal-Ortopedija, tal-Uroloġija u tal-Kirurġija.

Sptarijiet privati jissellefu apparat mill-Isptar Mater Dei

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2625, jekk l-isptarijiet privati qed jissellfu b'xejn apparat mediku mill-Isptar Mater Dei, jista' l-Ministru jispjega kif qed jitolbu ħlas mingħand il-klijenti tagħhom għall-użu ta' dan l-apparat mediku?

Response (DALLI, JOHN)

Kif diġa infurmajt lill-Onorevoli Interpellant fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 2625 is-self ta’ l-apparat mediku bejn l-iSptar Mater Dei u sptarijiet privati isir bil-kundizzjoni li ma jfixkilx l-operat tal-partijiet rispettivi u mingħajr ħlas għall-ebda parti. Nifhem illi sptar privat jitlob ħlas għal servizz provdut u mhux għall-użu ta’ apparat mediku.
Leg 11 PQ #3994 Sitting 59 2008-11-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (DALLI, JOHN)

No response available.
Leg 11 PQ #3994 Sitting 59 2008-11-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 11 PQ #4010 Sitting 59 2008-11-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċimiterju tal-Addolorata — Aċċess għall-persuni anzjani jew b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga ilmenti ta' persuni anzjani/b'diżabilità li jixtiequ li jkollhom aċċess biex ikunu jistgħu jżuru l-oqbra li hemm f'section KA-M taċ-ċimiterju tal-Addolorata imma minħabba li t-taraġ huwa tal-franka jagħmel dan diffiċli?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4013 Sitting 59 2008-11-19 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mediċina b'xejn mill-Isptar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy li jekk tkun ta' eta' żgħira ma tkunx tista' tingħata mediċina mill-Isptar. Persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ġiet infurmata li n-neputi tagħha ta' sentejn u nofs ma jistax jingħata l-insulina b'xejn mill-Isptar minħabba l-eta' tenera tiegħu.

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 11 PQ #4042 Sitting 59 2008-11-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

San Viċenz De Paule — Child Care Centre għall-istaff

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3331 u jgħid fiex wasal ix-xogħol biex jitwaqqaf child care centre għall-istaff li jaħdmu San Vinċenz de Paule?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4053 Sitting 59 2008-11-19 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ammont żejjed t'għajnuna soċjali

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament? Jista' jagħti breakdown xahar b'xahar tal-ammonti totali li l-persuna rċeviet u l-ammonti allegatament żejda li l-istess persuna rċeviet bħala għajnuna soċjali mill-gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #4055 Sitting 59 2008-11-19 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — Ċensiment

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' plots tal-Gvern li tqassmu mill-Awtorità tad-Djar matul is-snin li għaddew u li għadu ma jistax jinfeda ċ-ċens tagħhom peress li għadhom ma ttieħdux il-passi neċessarji t'esproprazzjoni? Fejn jinsabu dawn il-plots? Meta hu misteni li tinsab din il-problema?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li matul is-snin li għaddew, l-Awtorita' ta-Djar qassmet 1,295 plot lill-individwi halli jibnu d-djar tagħhom. Barra minn dan kien hemm 440 plot oħra li fuqhom l-Awtorita' bniet djar li ġew mibjugħa. Dawn il-plots jinsabu mifruxin f'sebgħa u erbgħin lokalita' tal-gżejjer Maltin u Għawdxin. Ninsab infurmat ukoll li bħalissa għaddejjin taħdidiet bejn l-Awtorita' tad-Djar u d-Dipartiment tal-Artijiet biex tinstab soluzzjoni għall-problema li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, li nħolqot fis-snin sebgħin. .
Leg 11 PQ #4059 Sitting 59 2008-11-19 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Registration orders urġenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu, u fejn huma, maqsuma raħal b'raħal, ir-registration orders li għadhom urġenti bħalissa? F'liema nħawi kienu ir-registration orders li tneħħew matul l-aħħar sena?

Response (DALLI, JOHN)

Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għar-requistion orders. Jekk dan hu l-każ nitolbu jikkjarifika x'qed jifhem b'requition "orders li għadhom urgenti bħalissa"

San Pawl il-Baħar u Mellieħa — Uffiċju Distrettwali

Question

No question text.

Response (DALLI, JOHN)

Wara l-esperjenza pożittiva taċ-ċentru AĊĊESS fil-Kottonera, fejn wieħed isib miġbura flimkien diversi servizzi ta’ natura soċjali, ġie deċiż li jinfetħu żewġ ċentri oħra simili, wieħed fin-nofs u l-ieħor fit-tramuntana ta’ Malta. Dak tat-tramuntana, ġie indentifikat li jsir il-Qawra, li llum ma għadux biss post għas-sajf. Dan ta wkoll l-opportunita’ li jinbidel il-post fejn kien l-uffiċċju distrettwali ta’ qabel f’San Pawl il-Baħar, li ma kienx aktar adeġwat biex iservi bħala uffiċċju distrettwali u, agħar minn hekk, ma kienx aċċessibbli.

SVPR — Età tal-Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2852 u jgħid x'inhi l-età tal-pazjenti li kien hemm ġewwa l-SVPR bejn Jannar 2007 u Awwissu 2008? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li kellhom inqas minn 30 sena li kienu rikoverati fl-SVPR? Kemm minn dawn kien hemm bi problemi ta' ksur fis-sinsla tad-dahar jew b'diżabilità oħra?

Response (DALLI, JOHN)

Informat hekk :- Eta' Numru ta' Residenti Bejn 20-29 2 Bejn 30-39 2 Bejn 40-49 7 Bejn 50-59 53 Bejn 60-69 74 Bejn 70-79 276 Bejn 80-89 477 Bejn 90-99 132 Bejn 100-103 7 Informat ukoll li ż-żewġ residenti li għandhom anqas minn 30 sena għandhom problemi ta' diżabilita.
Leg 11 PQ #3860 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Vetturi Mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4068 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Benefiċċju minn servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2780 u jgħid x’kien id-dħul tal-Gvern kull sena mill-1999 sal-lum minn Malta u Għawdex separatament: (i) taħt l-Artiklu 93 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-istat; u (ii) taħt l-Artiklu 95 ta’ l-istess Att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta’ kura/għajnuna mogħtija fid-djar? Jista’ jgħidli kemm hemm sodod f’istituzzjonijiet, djar, eċċ għall-anzjani li huma finanzjati/sussidjati mill-Gvern jew immexxija taħt partenariat bejn il-Gvern u l-Privat f’Malta u Għawdex separatament? Jista’ jagħtini dan it-tagħrif istituzzjoni istituzzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4069 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Welfare Committee — dħul ta' flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħħal flus il-Gvern minn Malta u Għawdex separatament kull sena mill-1999 ‘l hawn taħt kull Artiklu 93, 94 u 95 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali? Kemm minn dawn il-flus għaddew għand il-Welfare Committee kull sena? Kemm intefqu flus, kull sena minn dan il-kumitat f’Malta u f'Għawdex separatament u fuqiex?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4071 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Casual Social Assistants — Servizz ta' kura fi djar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2783 u jgħid kemm hemm casual social assistants fil-Ministeru tiegħu u jaqsamhom (i) skond ix-xogħol li kienu jagħmlu fl-aħħar ta’ Awwissu 2007 u fl-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena u (ii) skond is-sigħat fil-ġimgħa li kienu jaħdmu f’Awwissu 2007 u f’Awwissu ta' din is-sena? Jista’jgħid kemm hemm anzjani f’Malta li qed jingħataw servizz ta’ kura fi djarhom? Jista’ jgħid hemmx applikanti anzjani għal servizz ta’ kura fi djarhom u li għadhom ma nagħtawx dan is-servizz? Kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjoni? Hemm anzjani li m'għandhomx is-sigħat ta’ servizz li approvalhom il-bord? Kemm huma? Kemm sigħat approva l-bord u kemm sigħat ta’ servizz għandhom?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.