Kunsill Dwar il-Professjoni tal-Għalliema – Elezzjoni ta’ għalliema
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-aħħar elezzjoni tal-erba' għalliema reġistrati, maħtura minn fost l-għalliema reġistrati kollha, tal-Kunsill Dwar il-Professjoni tal-Għalliema kurrenti, u d-data tal-elezzjoni li jmiss?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-erba’ għalliema kienu nnominati f’Ġunju tas-sena 2021.
Kunsill Dwar il-Professjoni tal-Għalliema – Membri
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-membri tal-Kunsill Dwar il-Professjoni tal-Għalliema għal kull waħda mill-kategoriji li ġejjin u kemm ilu kull membru fil-kunsill?
Kategorija
Membru
A
President maħtur mill-Ministru;
B1
Għalliem reġistrat maħtur mill-Ministru li għandu mhux inqas minn tmien snin esperjenza fil-prattika ta’ għalliem;
B2
Kategorija B2: Għalliem reġistrat maħtur mill-Ministru magħ¿ul minn fost l-uffiċjali tad-Direttorat għal Kwalità u Standards
fl-Edukazzjoni li għandu mhux inqas minn tmien snin esperjenza fil-prattika ta’ għalliem;
B3
Kategorija B3: Għalliem reġistrat maħtur mill-Ministru magħ¿ul minn fost l-uffiċjali tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li għandu mhux inqas minn tmien snin esperjenza fil-prattika ta’ għalliem;
C1
Kategorija C1: Għalliem reġistrat maħtur minn u minn fost l-għalliema reġistrati kollha, li għandu mhux inqas minn tmien snin esperjenza fil-prattika ta’ għalliem u li jgħallem fil-livell primarju tal-edukazzjoni fis-settur statali;
C2
Kategorija C2: Għalliem reġistrat maħtur minn u minn fost l-għalliema reġistrati kollha, li għandu mhux inqas minn tmien snin esperjenza fil-prattika ta’ għalliem u li jgħallem fil-livell primarju tal-edukazzjoni fis-settur mhux statali;
C3
Kategorija C3: Għalliem reġistrat maħtur minn u minn fost l-għalliema reġistrati kollha, li għandu mhux inqas minn tmien snin esperjenza fil-prattika ta’ għalliem u li jgħallem fil-livell sekondarju tal-edukazzjoni fis-settur statali;
C4
Kategorija C4: Għalliem reġistrat maħtur minn u minn fost l-għalliema reġistrati kollha, li għandu mhux inqas minn tmien snin esperjenza fil-prattika ta’ għalliem u li jgħallem fil-livell sekondarju tal-edukazzjoni fis-settur mhux statali;
D1
Kategorija D1: Għalliem reġistrat minn fost l-għalliema reġistrati li qed jipprattikaw, maħtur mill-MUT li għandu mhux inqas minn tmien snin esperjenza fil-prattika ta’ għalliem;
D2
Kategorija D2: Għalliem reġistrat minn fost l-għalliema reġistrati li qed jipprattikaw, maħtur mill-MUT li għandu mhux inqas minn tmien snin esperjenza fil-prattika ta’ għalliem;
E1
Kategorija E1: Membru nominati mill-Università minn fost l-istaff akkademiku permanenti tal-fakultà responsabbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-għalliema;
E2
Kategorija E2: Membru nominati mill-Università minn fost l-staff akkademiku permanenti tal-fakultà responsabbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-għalliema;
F
Kategorija F: Ġenitur nominat minn assoċjazzjonijiet ta’ ġenituri.
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Kategorija
Membru
Kemm ilu membru
A
Dr. Simon Cachia
Lulju 2023
B1
Mr. Karl Parnis
Ottubru 2023
B2
Vakanti
B3
Mr. Anton Falzon
Ottubru 2023
C1
Vakanti
C2
Ms. Mary Grace Gerada
April 2015
C3
Ms. Roberta Ann Caruana
April 2018
C4
Ms. Nicky Azzopardi
Ġunju 2021
D1
Ms. Terry Duca
Ottubru 2023
D2
Ms. Elaine Germani
Ottubru 2020
E1
Prof. Sandro Caruana
Awwissu 2016
E2
Prof. Suzanne Piscopo
Awwissu 2016
F
Dr. Glorianne Borg Axisa
April 2015
Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Rwol ta’ individwi
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jgħid x’inhu r-rwol tal-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fis-segretarjat tiegħu, kemm jitħallsu u jqiegħed kopja tal-kuntratt tax-xogħol tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni msemmija ma jaħdmux fi ħdan il-Ministeru tiegħi.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14401 dwar il-Mental Health First Aid Course li qed jiġi offrut fl-iskejjel, jista’ l-Ministru jgħid x'kien l-għan ta' dan il-kors, min mexxieh, kif kien imqassam, u kemm kien in-numru ta' għalliema mill-iskejjel statali, tal-Knisja u Independenti li spiċċaw il-kors b'suċċess?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan ta’ dan il-kors kien biex l-edukaturi jiġu mħarrġa fil-Mental Health First Aid. B’hekk ikunu jistgħu jissapportjaw u jgħarrfu sintomi meta persuna tkun għaddejja minn żmien diffiċli. Dan il-kors kien ikkordinat mar-Richmond Foundation u kien imqassam fuq 25 siegħa.
In-numru ta’ għalliema li lestew il-kors b’suċċess huwa indikat fit-tabella t’hawn taħt.
Stat
Knisja
Indipendenti
403
123
55
Sportivi — Studenti taħt is-16-il sena - Jirrappreżentaw lil Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti taħt is-16-il sena li huma wkoll sportivi u li jirrappreżentaw lil Malta f'xi tip ta’ sports jew huma parti mit-tim Nazzjonali fl-isport tagħhom? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawn l-isports differenti li fihom jipparteċipaw?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Sportivi — Studenti f'livell post sekondarju - Jirrappreżentaw lil Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'livell post sekondarju li huma wkoll sportivi u li jirrappreżentaw lil Malta f'xi tip ta’ sports jew huma parti mit-tim Nazzjonali fl-isport tagħhom? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawn l-isports differenti li fihom jipparteċipaw?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Tal-Ħandaq — Kulleġġ San Injazju - Arja kkondizzjonata
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitlestew ix-xogħlijiet biex l-iskola medja u l-iskola sekondarja tal-Ħandaq li jagħmlu parti mill-Kulleġġ San Injazju jkunu mgħammra bl-apparat tal-arja kkondizzjonata?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4902 u ċjoè: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4732, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Ibbażat fuq l-Art. 26 tal-UNCRPD, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jiżgura li l-professjonisti tas-saħħa tagħna, ir-rewmatisti u n-newroloġisti qed ikomplu t-taħriġ u l-edukazzjoni tagħhom dwar il-Fibromyalgia u l-ME? Kemm qed jinvesti l-istat f’taħriġ kontinwu lill-professjonisti kollha fuq mard debilitanti bħal dan, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fil-komunità?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma jimpjegax il-professjonisti msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm LSEs li mhumiex Maltin li jaħdmu fi skejjel tal-Istat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 11-il LSE li mhumiex Maltin u li qed jaħdmu fl-iskejjel tal-Istat u li dawn jissodisfaw il-kwalifiki neċessarji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal fl-iskejjel primarji u dawk sekondarji li għadhom jistennew li jkollhom facilitator magħhom? Jista’ jgħid kemm hemm studenti li għandhom shared facilitator? Jista’ jagħti lista sħiħa ta’ liema skejjel primarji u sekondarji għandhom bżonn li jkollhom aktar facilitators għall-istudenti tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-grad ta’ facilitator fl-iskejjel Primarji u Sekondarji ma jeżistix.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx intenzjoni li fiż-żmien li ġej, il-proċedura tas-CPR tiġi mgħallma lit-tfal kollha fl-iskejjel? Jekk iva, x'inhu l-pjan u lil liema etajiet ser ikun qed jiġi introdott dan it-tagħlim?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għalliema peripatetiċi tas-Saħħa u s-Sigurtà ngħataw it-taħriġ neċessarju sabiex ikunu jistgħu jgħallmu l-proċedura tac-CPR. Diġà hemm numru ta’ skejjel fejn dan it-taħriġ qed jingħata lill-istudenti.
Il-pjan hu li dan it-taħriġ jingħata b’mod kontinwu sabiex jilħaq l-istudenti kollha.
Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla – għoti ta’ liċenzja lill-AUM
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5723 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5118, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-kriterji speċifiċi li l-Awtorità ta' Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) għamlet lill-American University of Malta (AUM), biex din tkun tista’ tingħata l-liċenzja ħalli topera f’pajjiżna?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liċenzji li jinħarġu biex istituzzjonijiet li joperaw minn Malta, jinkludu lista ta’ kriterji.
Kulleġġ ta’ Għawdex – Sejħa għal Educational Officer Curriculum
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3871 u jgħid jekk għall-Kulleġġ ta' Għawdex b'mod speċifiku, ħarġitx sejħa għal EO (Educational Officer) Curriculum? Jekk iva, jista' jgħid jekk din il-vakanza mtlietx u f'każ li iva, jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li ħadet dan il-post hux qarib ta' Ministru fil-kabinett attwali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa msemmija ħarġet u l-vakanza mtliet.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3303 u jgħid meta saru l-aħħar audits min-naħa tal-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) tal-entitajiet tal-Gvern li joffru edukazzjoni terzjarja jew għall-adulti, l-Università ta' Malta, l-MCAST, l-ITS, il-Jobsplus, l-Akkademja tal-Pulizija, l-Akkademja tal-Forzi Armati, id-Direttorat tal-Edukazzjoni tal-Adulti (li jaqa' fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni) u l-IFE? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar audits għal kull entità u jgħid meta se jkunu qed isiru l-audits li jmiss għal kull entità?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-institutional audits li saru s’issa jinsabu kollha aċċessibli minn fuq il-website tal-MFHEA.
Skejjel f’Malta u Għawdex – First Aiders bil-korsijiet aġġornati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3872 u jgħid jekk hemmx first aider (bil-korsijiet aġġornati) għal kull skola f'Malta u Għawdex, kemm primarji, medji kif ukoll sekondarji? Jista' jagħti rendikont ta' kemm hawn first aiders bil-korsijiet aġġornati fil-livell primarju, medju u sekondarju? Jista' jgħid ukoll meta se jkunu msejħa l-first aiders attwali biex jaġġornaw il-korsijiet li għandhom bħalissa (u li ta' wħud huma skaduti)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-korsijiet msemmija jsiru skont il-ħtieġa.
Jista’ l-Ministru jelenka l-gradi differenti tal-impjegati fl-iskejjel Indipendenti u tal-Knisja ta’ dawk kollha li s-salarji tagħhom huma rimborsati mill-Gvern u kemm huma l-impjegati f’kull grad?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru jgħaddi l-fondi neċessarji kemm lill-Kurja u kif ukoll lill-iskejjel indipendenti sabiex jiġu rimborsati.