Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #7805 Sitting 169 2018-11-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – Cabin Attendants

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7665 u tgħid kemm qed jitħallsu għal kull siegħa l-ħaddiema fil-grad ta' Cabin Attendant u li huma impjegati direttament mal-Gozo Channel? Tista' tgħid ukoll kemm qed jitħallas il-kuntrattur għal kull siegħa ta' ħaddiem fil-grad ta' Cabin Attendant li jipprovdi lil Gozo Channel u kemm fil-fatt minn dan l-ammont jispiċċa għand il-ħaddiem li jaħdem mal-kuntrattur u li iżda joffri servizz lil Gozo Channel?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija f’PQ 7666 li l-informazzjoni mitluba hi ta’ natura kummerċjali u sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Leg 13 PQ #7781 Sitting 168 2018-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp – taqsima tal-kostruzzjoni u manutenzjoni — ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema fit-Taqsima tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan id-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp? X'inhu l-grad tagħhom? Kif inhuma mqassma dawk fuq il-lantijiet tax-xogħol barra, x’inhu l-grad tagħhom u x'tip ta' xogħol jagħmlu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra
Leg 13 PQ #7782 Sitting 168 2018-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – tibdil fl-isem tad-Direttorat tal-Customer Services

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni għaliex inbidel l-isem tad-Direttorat tal-Customer Services li jaqa' fid-dekasteru tagħha? X'inhu l-isem il-ġdid tiegħu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Il-Ministeru kkumissjoni lis-Sur David Spiteri Gingell biex isir rapport għar-ristrutturar tal-Ministeru. Kull tibdil huwa marbut ma’ dan l-eżerċizzju.
Leg 13 PQ #7797 Sitting 168 2018-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp - Taqsima tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni - impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena, kemm kien hemm impjegati tat-taqsima tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan id-Direttorat għall-Proġetti u Żvillupp li ġew mislufa lill-Kunsilli Lokali f'Għawdex? Ma' liema kunsilli lokali kienu mislufa? X'xogħol kienu qed jagħmlu lil dawn il-kunsilli lokali u x'inhu l-grad ta' dawn l-impjegati?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #7798 Sitting 168 2018-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Dipartimenti u entitajiet - impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn Ottubru 2015 sal-lum, maqsmum sena b'sena, kemm kien hem impjegati f'kull Dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha li rtiraw, ġew boarded out jew li l-impjieg tagħhom intemm għal xi raġuni jew oħra? F'kull każ, x'kien il-grad u kemm kienet l-età tal-impjegati meta ntemm l-impjieg tagħhom?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #4655 Sitting 167 2018-11-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — konsulenzi minn persuna

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 214 u tgħid jekk xi entità fid-dekasteru tagħha tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tagħha, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li wara Marzu 2013 ma ngħata l-ebda xogħol legali jew ġew mitluba konsulenzi mill-Gozo Channel Company Ltd [u aktar tard mill- Gozo Channel (Operations) Ltd] mill-Avukata jew mid-ditta legali msemmija.
Leg 13 PQ #7694 Sitting 167 2018-11-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Uffiċċju tal-artijiet f’Għawdex – bdiewa li qed iħallsu l-qbiela tar-raba’

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm bdiewa li qed iħallsu l-qbiela tar-raba' tal-gvern fl-uffiċċju tal-artijiet f'Għawdex? Għal kull każ f'liema lokalitajiet f'Għawdex qiegħed ir-raba' li għalih qed titħallas il-qbiela u kemm hu n-numru ta' bdiewa li qed iħallsu l-qbiela? Tista' tgħid jekk humiex bdiewa part-time jew full-time?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jistaqsi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #7695 Sitting 167 2018-11-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Direttorat Proġetti u Żvillupp – xogħol ta’ bini ta’ lqugħ u tas-sejjiegħ

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul l-aħħar tliet snin, u ċjoè mill-bidu tas-sena 2016 sal-lum, kemm sar xogħol ta' bini ta’ ħitan għall-ilqugħ u tas-sejjiegħ mill-ħaddiema tat-Taqsima ta' Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan id-Direttorat Proġetti u Żvilupp? F'liema lokalitajiet f'Għawdex sar dan ix-xogħol u kemm kien l-għoli u t-tul ta' dawn il-ħitan?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #7668 Sitting 166 2018-11-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – entitajiet u dipartimenti — impjegati f’substantive grades

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati f'substantive grade b'kuntratt u li l-kuntratt tagħhom ma ġiex imġedded għal xi raġuni jew oħra, f'kull dipartiment u entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha, mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? X'kien il-grad ta' dawn l-impjegati qabel u wara li l-kuntratt tagħhom ma ġġeddidx? F'liema uffiċċju kienu u qegħdin fil-preżent? X'inhu x-xogħol tagħhom bħalissa u x’inhi d-data ta’ meta l-kuntratt tagħhom ma kienx imġedded?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #7669 Sitting 166 2018-11-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – entitajiet u dipartimenti — promozzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati li ngħataw promozzjoni f'kull dipartiment u entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? Tista' tagħti dan it-tagħrif skont jekk il-promozzjoni ngħatatx abbażi ta' eżami kompetittiv jew permezz ta' intervista quddiem Bord tal-Għażla? Għal kull każ, tista’ tgħid f'liema grad kienu u x’inhu l-grad li fih ġew promossi? Tista' tgħid ukoll kemm kien hemm impjegati li ngħataw iktar minn promozzjoni waħda f' dan il-perjodu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #7670 Sitting 166 2018-11-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — entitajiet u dipartimenti - impjegati fi grad differenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid, preżentement f'kull uffiċċju jew sezzjoni ta' kull dipartiment li jaqa' fid-dekasteru tagħha, kemm hemm impjegati fil-grad ta' Direttur Ġenerali, Direttur, Assisstant Direttur, Senior Manager u Manager? X'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minnhom bħalissa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #7691 Sitting 166 2018-11-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xlendi – riġenerazzjoni tal-Boat Houses

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu l-preparamenti biex jibda x-xogħol ta’ Riġenerazzjoni tal-Boat Houses ġewwa x-Xlendi? Ħarġu t-tenders? F’liema xahar u sena hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali u kemm hi stmata li tkun l-ispiża?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li t-tender tax-xogħlijiet għall-boathouses inħarġet fl-24 ta 'Awwissu 2018. L-offerenti kollha kienu ’l fuq mill-baġit allokat u b'hekk l-offerta ma setgħetx tingħata. Jekk ma jkunx hemm appelli, s-sejħa għall-offerti tkun tista’ terġa' tiġi ppublikata, bix-xoghol ippjanat li jitwetaq matul is-sena 2019. F'dan l-istadju l-istima ma tistax tiġi kkomunikata lill-pubbliku ġenerali billi l-offerta għadha għaddejja. Offerti għall-fabbrikazzjoni u l-installazzjoni tal-bibien tal-injam se jiġu ppubblikati dalwaqt flimkien mal-offerta għas-sistema tad-dawl.
Leg 13 PQ #7692 Sitting 166 2018-11-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex –Xagħra — Triq Ta’ Ġorf - xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tagħti aktar dettalji dwar it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6614 u tgħid fiex kien jikkonsisti dan il-mandat u fuq xiex sar, rigward Triq ta’ Ġorf ġewwa x-Xagħra? X'sar mill-Ministeru għal Għawdex? Jekk kien hemm deċiżjoni mill-Qorti, tista’ l-Ministru tpoġġi kopja tad-deċiżjoni fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, tista' tgħid xi ftehim sar?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-inkartament kollu tal-proċess. Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif beda x-xogħol il-ġimgħa l-oħra, reġa ġie preżentat Mandat ta’ Inibizzjoni ieħor.
Leg 13 PQ #7309 Sitting 165 2018-11-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema li qed jagħmlu xogħol ta’ tindif

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema li qed jagħmlu xogħol ta' tindif f'kull sezzjoni/uffiċċju (eskluż dawk li qed jagħmlu xogħol fuq barra jew f'latrini pubbliċi) ta’ kull dipartiment li jaqa' fid-dekasteru tagħha? X'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #7665 Sitting 165 2018-11-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – Cabin Attendants

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm qed jitħallsu għal kull siegħa l-ħaddiema fil-grad ta' Cabin Attendant u li huma impjegati direttament mal-Gozo Channel? Tista' tgħid ukoll kemm qed jitħallas il-kuntrattur għal kull siegħa ta' ħaddiem fil-grad ta' Cabin Attendant li jipprovdi lil Gozo Channel u kemm fil-fatt minn dan l-ammont jispiċċa għand il-ħaddiem li jaħdem mal-kuntrattur u li iżda joffri servizz lil Gozo Channel?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #7666 Sitting 165 2018-11-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Seaman

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm qed jitħallsu għal kull siegħa l-ħaddiema fil-grad ta' Seaman u li huma impjegati direttament mal-Gozo Channel? Tista' tgħid ukoll kemm qed jitħallas il-kuntrattur għal kull siegħa ta' ħaddiem fil-grad ta' Seaman li jipprovdi lil Gozo Channel u kemm fil-fatt minn dan l-ammont jispiċċa għand il-ħaddiem li jaħdem mal-kuntrattur u li iżda joffri servizz lil Gozo Channel?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #7215 Sitting 163 2018-11-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Ir-Rabat – proġett tal-Gozo Museum

Question

Peress li l-proġett tal-Gozo Museum se jsir ġewwa l-qalba tar-Rabat Għawdex, kemm viċin tal-iskejjel kif ukoll tal-Gozo Examination Centre, tista’ għaldaqsant il-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-method statement li l-kuntrattur li se jaħdem fuq il-kostruzzjoni tal-Gozo Museum, beħsiebu jattwa għal dan il-proġett?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari se ssir f'xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #7307 Sitting 163 2018-11-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex u Kemmuna – ħaddiema li jagħmlu xogħol ta’ tindif fil-latrini pubbliċi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex li qed jagħmlu xogħol ta' tindif f'kull latrina pubblika madwar Għawdex u Kemmuna? X'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari se ssir f'xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #7211 Sitting 161 2018-11-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – xiri ta’ gazzetti — nefqa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa f'gazzetti ta' kuljum u ta' nhar ta' Ħadd f'kull dipartiment jew entità li taqa’ taħtha mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar u sena b'sena? , X'inhu l-grad tal-uffiċjali li huma intitolati li jagħmlu użu minn dawn il-gazzetti u f’liema dipartimenti qed jaħdmu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #7212 Sitting 161 2018-11-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – parroċċi li ngħataw xi għajnuna

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema kienu dawk il-parroċċi f’Għawdex li ngħataw xi forma ta' għajnuna kemm jekk finanzjarja jew xort’oħra mill-Ministeru jew l-entitajiet tiegħu, mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? F'kull każ fiex kienet tikkonsisti din l-għajnuna?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.