Jista' l-Prim Ministru jispjega l-iskop tal-mass surveillance cameras (dawn li huma ma' arbli suwed) li qed jitwaħħlu f'diversi toroq? Min ħa din id-deċiżjoni u kemm se jitwaħħ;u cameras ta' dan it-tip? Jista' jgħid jekk tali cameras humiex facial recognition?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu jew hemm maħsub li jittieħdu biex iħarsu l-interessi tal-konsumatur fosthom dawk li mhumiex daqstant familjarji ma' jew komdi bl-użu tat-teknoloġija moderna, biex dawn il-konsumaturi f'kull istanza jistgħu jħallsu għall-bżonnijiet tagħhom bi flus kontanti (cash)?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il sponsorship tat l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta fl-2017, 2018 u 2019, u ta’ kemm ammonti kienu, u lil min ingħataw? F’kull każ, min ta l-ordni li jingħata dak l-isponsorship?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il student barrani ħarġitlu visa biex jistudja f’istituzzjoni edukattiva f’Malta? Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont sena b’sena għall-aħħar 10 snin u istituzzjoni edukattiva b’istituzzjoni? Mil-liema pajjiż ġew dawn l-istudenti?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il spot check saret f’istituzzjonijiet edukattivi biex jiġi assigurat li kull student li ngħata visa biex jistudja f’Malta fil-fatt beda u baqa’ jsegwi l-kors edukattiv li applika għalih? X’kien l-eżitu ta’ dawn l-ispot checks? Kemm studenti fil-fatt ingħataw visa u qatt ma bdew jew spiċċaw il-kors li ngħataw il-visa għalih?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk oġġezzjonax għall-ħlas ta’ madwar €150,000 (bħala early retirement scheme) lill-individwu - li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament - biex jirtira mill-kariga ta’ Human Resources Director f'Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta? Il-Prim Ministru kien infurmat li ftit wara li dan l-individwu rtira, kien impjegat bħala Head tal-Human Resources Department fir-Registry of Companies Agency, li sa ftit ġimgħat qabel dan ir-Reġistru kien jagħmel parti mill-istess Awtorità? Jekk il-Prim Ministru ma kienx infurmat b’dan, x’passi ħa meta sar jaf?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MFSA hija awtorità awtonoma u għaldaqstant il-Prim Ministru ma jinterferixxiex fl-operat tagħha.
President tal-Kummissjoni li taġġixi bħala Gwardjan ta' Ġenerazzjonijiet Futuri — ħatra
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ser jaħtar President ġdid tal-Kummissjoni li taġixxi bħala Gwardjan ta’ Ġenerazzjonijiet Futuri skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Kap. 521 tal-Liġijiet ta' Malta) u dan peress li f'Ġunju 2019 irriżenjat il-persuna li kienet tokkupa din il-kariga?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin konsultazzjonijiet dwar il-ħatra ta’ persuna.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid minn min saru u dwar xiex saru dawn it-talbiet? Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u lill-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru huwa kif jidher hawn taħt :
Gunju – Dicembru 2017 : 12 il-talba
2018 : 56 talba
Jannar – Ottubru 2019 : 28 talba
Minn dawn kien hemm 43 talba milqugħa, 46 rifjutati u 7 għadhom pendenti.
Dawk li kienu rifjutati kien minhabba li l-informazzjoni mitluba ma kenitx taqa fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.
It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.
Jista’ l-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk persuni li għaddew mill-eżami għall-grad ta’ Uffiċjal Eżekuttiv li sar fl-2017 u li wħud minnhom għadhom ma ngħatawx il-grad, hux se jiġu ingaġġati? Fid-dawl li jien infurmat li dan l-eżami daqt jiskadi, jista’ jgħid hemmx il-ħsieb li dawk li għaddew humiex kollha se jingħataw il-grad, qabel jiskadi l-eżami?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li l-ingaġġ isir skond HR Plan, u dan ikun jirrifletti l-esiġenza tas-servizz.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — contract of service u contract for service
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10883 u jgħid kemm-il contract of service u contract for service ngħata minn kull Dipartiment u entità li jaqgħu taħtu mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena u l-valur ta’ kull wieħed u lil min ingħata?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, ghaliex l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tad-Dipartimenti varji, liema riżorsi jistgħu jintużaw fuq xogħol ħafna iktar produttiv.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – Master Plan — applikazzjoni
Question
B'referenza għall-applikazzjoni Numru 7491/16 mal-Awtorità tal-Ippjanar li tipproponi Master Plan fis-sit tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fejn wasal il-proċess ta' din l-applikazzjoni? Jista' jgħid jekk kienx hemm tibdil mill-Master Plan oriġinali u jekk fl-affermattiv jgħid fiex wasal il-proċess dwar dan il-pjan ġdid?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8616, li kienet dwar Eżamijiet għall-post ta' Senior Principal, fejn fit-tweġiba ngħad li għal dan il-post kienu għaddew 126, u kif wkoll għall-mistoqsija parlamentari 7808, fejn fit-tweġiba ngħad li mill-ewwel 89, li ġew ingaggati fil-grad ta' Senior Principal, sa' Marzu 2018, inħatru 80 (dan wara li numru ta' kandidati, għal raġuni personali tagħhom għażlu li jirrifjutaw il-ħatra sal-validità tar-riżultat), jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) Jekk minn Marzu 2018 ġewx ingaġġati impjegati oħra f'dan il-grad;
b) Jekk fl-affermattiv jista' jgħid jekk minn dawk li ġew ingaġġati kienx hemm xi ħadd li kien mid-9 li għal raġuni personali tagħhom irrifjutaw il-ħatra;
c) Jekk jirriżulta li ma kienx hemm ingaġġ wara Marzu 2018, jista' jispjega l-fatt, li meta ġiet ppubblikata s-sejħa għal dan il-post kien ingħad li l-eżami kellu jsir f'żewġ partijiet u waħda mill-kriterji kienet li sabiex tkun eliġibbli li tersaq għat-tieni parti l-passmark tal-ewwel parti kellha tkun 'il fuq minn 70 fil-100, u rriżulta li wara li ħareġ ir-riżultat, tal-ewwel parti tal-eżami,(General Abilty test), din il-passmark tniżżlet minn 70 għal 65 fil-mija, u r-raġuni li ngħatat għal dan it-tibdil fil-marka kienet li numru tal-applikanti li fl-ewwel parti li ġabu 'l fuq minn 70 fil-100 kien 87, liema numru ngħad ma kienx biżżejjed biex jintlew il-postijiet vakanti, u dan meta fil-fatt, issa meta l-validita tar-riżultat waslet biex tgħaddi għadhom ġew ingġaġati 80 biss; u
d) Jista' jgħid jekk hemmx vakanzi għal dan il-grad u jekk fl-affermattiv jista' jgħid f'liema dipartiment jinsabu dawn il-vakanzi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li minn Marzu 2018 sa meta skada r-rizultat fl-1 ta’ Awwissu 2019, ma sar ebda ingaġġ ieħor.
It-tibdil fil-passmark tal-ewwel parti tal-ezami sar skont il-ftehim settorali ffirmat bejn l-Unions u l-Gvern fil-5 ta’ Frar 2016 u wkoll bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni Dwar is-Servizz Pubbliku, li finalment taht l-awspici tagħha jsir kull proċess ta’ għażla.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10838 u jgħid kemm hemm Għawdxin fiċ-Ċivil jaħdmu ġewwa Malta u kif ukoll f'liema grad u skala qegħdin? Kemm-il uffiċjal pubbliku Għawdxi ġie trasferit lejn Għawdex matul l-2019, u f'liema grad u skala qegħdin? Kemm-il Għawdxi hemm fl-iskala ta' Executive Officer maċ-Ċivil, li jaħdmu ġewwa Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab informat li ħaddiema Għawdxin fiċ-Ċivil jaħdmu Malta jammontaw għal 1139. Uffiċċjali pubbliċi Għawdxin li ġew trasferiti għal Għawdex matul l-2019 kienu 44 waqt li uffiċjali pubbliċi Għawdxin fi skala ta’ Executive Officers hemm 12.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onor. Interpellant.
Aġenzija ta’ Malta għall-Programm tal-Investitur Individwali – sospensjoni ta’ liċenzji lill-kumpanija
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe ittra u/jew dokument ieħor li permezz tiegħu l-Aġenzija ta’ Malta għall-Programm tal-Investitur Individwali ssospendiet il-liċenzji lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe ittra jew dokument ieħor li l-Aġenzija rċeviet minn din l-istess kumpanija bi tweġiba jew b'rabta mas-sospensjoni tal-imsemmija liċenzji?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li in vista tal-investigazzjonijiet li jinsabu għaddejjin, fosthom dik mir-Regolatur, u t-talba biex issir inkjesta Maġisterjali mill-Qorti tal-Maġistrati, ma jkunx xieraq f’dan l-istadju li din il-komunikazzjoni uffiċjali li saret tkun ippreżentata fil-Parlament.
Aġenzija dwar ir-Residenza u Visa Malta – sospensjoni ta’ liċenzji lill-kumpanija
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe ittra u/jew dokument ieħor li permezz tiegħu l-Aġenzija dwar ir-Residenza u Visa Malta ssospendiet il-liċenzji lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe ittra jew dokument ieħor li l-Aġenzija rċeviet minn din l-istess kumpanija bi tweġiba jew b'rabta mas-sospensjoni tal-imsemmija liċenzji?
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' persuni li xtraw iċ-ċittadinanza Maltija u li bħala aġent tagħhom kellhom lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija ma jipprovdix li jsiru distinzjonijiet bħal dawk mitluba mill-Onor. Membru. Għalhekk l-Onorevoli Membru huwa ġentilment mitlub li joqgħod mal-informazzjoni li tipprovdi għaliha l-liġi.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Konsulenzi minn ditta legali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-ditta legali li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ħaditx konsulenzi mill-Gvern jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn is-sena 1998-2003? X’kienu dawn il-konsulenzi? Liema entità tat dawn il-konsulenzi? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv ħalli dawn jittieħdu? Jista’ jgħid ukoll kemm kull konsulenza kienet tinvolvi bħala flus?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li d-ditta legali li d-dettalji dwarha ingħataw separatament, ma ħadet l-ebda konsulenza mid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Minsitru bejn l-1998-2003.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — contract of service u contract for service
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il contract of service u contract for service ngħata minn kull Dipartiment u entità li jaqgħu taħtu mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena u l-valur ta’ kull wieħed u lil min ingħata?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10689, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-ispeċjalizzazzjoni tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex jiġġustifika l-preżenza tiegħu fid-delegazzjoni msemmija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10689.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu xogħol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? X'kien ir-rwol tal-individwu fid-delegazzjoni li żaret il-Libja fit-18 ta' Ġunju 2019? X'kien l-iskop ta' din iż-żjara? Minn min kienet magħmula d-delegazzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari nru 10751 u 10754.