Testijiet tal-EMG — persuni rikkonoxuti biex jagħmlu t-test
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni uffiċjalment rikkonoxuti biex jagħmlu t-test magħruf bħala EMG? Jista' jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li qed jistennew li jagħmlu dan it-test?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hemm madwar 900 persuna jistennew sabiex jagħmlu dan it-test. Tajjeb li nfakkru illi f'Jannar tal-2013, lejn l-aħħar tal-amministrazzjoni tal-gvern preċidenti kien hemm iżjed minn 2,000 persuna għall-EMG. Ninfurmah ukoll illi fl-2016 saru 2,354 minn dan it-test filwaqt fl-2012 kienu saru 1,301.
Ċimiterju tal-Mosta — rampa perikoluża wara l-kapella
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq ir-rampa ta' wara l-kapella fiċ-Ċimiterju tal-Mosta, fejn tali rampa hija perikoluża u l-istess dipartiment ikkonċernat kien qed jitlob il-permessi meħtieġa mall-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-ippjanar għadu għaddej wara li sar xi tibdil fil-pjanti oriġinali.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għas-Saħħa – ħaddiema li ħadu promozzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 54 u jagħti lista tal-ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm first aiders ċertifikati fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-impjegati fid-Dipartiment tas-Saħħa, skont in-natura tal-professjoni tagħhom, huma fil-biċċa l-kbira mħarrġa fl-għoti tal-ewwel għajnuna medika.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jitkomplew jingħataw sticks taz-zokkor? Jista’ jgħid f’liema lokalità qed jitqassmu? Jista’ jikkonferma li sa l-aħħar tas-sena 2017, din il-miżura se tiġi fis-seħħ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2016 bdew jingħataw glucose sticks b’xejn u din l-iskema ġiet estiża sabiex tkopri l-pazjenti kollha li jbatu mid-dijabete tat-Tip 1 irrispettivament mill-eta’ tagħhom u qegħdin jirċievu sa 4 glucose sticks kuljum bla ħlas.
Din is-sena ingħata bidu ta’ proġett pilota fejn pazjenti li jbatu mid-Dijabete tat-Tip 2 fuq l-insulina bdew jingħataw 4
glucose sticks
kuljum mingħajr ħlas. Din l-inizzjattiva tat bidu fil-lokalitajiet tal-Gudja, San Ġiljan, L-Imġarr(Malta) u Kerċem(Għawdex).
Ninfurmah ukoll illi sal-aħħar ta’ din is-sena, din l-inizzjattiva se tkun estiża fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29959 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma dwar il-pjanijiet tal-Ministeru tiegħu sabiex il-kura u s-servizzi lill-persuni bi bżonn ta’ kura psikjatrika tkun tista’ tiżdied? Se jinfetħu aktar Ċentri ta’ Matul il-Jum speċjalment għal dawk il-persuni li jbatu mis-solitudni? Jekk iva, fejn se jitwaqqfu dawn iċ-Ċentri l-ġodda?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet u l-pjanijiet jinsabu għaddejjin sabiex b’hekk tkun tista’ tiżdied il-kura u s-servizzi lill-persuni bi problemi ta` saħħa mentali fil-komunità speċjalment dawk li jgħixu fiż-żona tat-tramuntana ta `Malta.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni bi problemi ta’ saħħa mentali li għamlu użu mis-servizz ta’ respite matul is-snin 2015, 2016 u 2017 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għandu ftehim mar-Richmond Foundation li jkopri s-snin 2016 sa l-2018 sabiex jingħata s-servizz ta’ respite f’Villa Chelsea lill-persuni bi problema ta’ saħħa mentali skont il-ħtieġa.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm kien hemm tfal matul is-snin 2015, 2016 u 2017 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija, li rrikorrew għas-servizzi ta’ saħħa mentali? Kemm minnhom huma bniet u kemm huma subien? Jista’ jindika l-età tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2015 u fl-2016 kien hemm 150 tfal ( 72 subien u 77 bniet) li rrikorrew għas-servizzi ta’ saħħa mentali u l-età tagħhom tvarja minn 7 sa 18 –il sena.
Ninfurmah ukoll illi f’Ġunju tal-2016 twaqqfet is-sezzjoni tal-CAPES (
Child and Adolescent Psychiatric Emergency Services
) ġewwa d-dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għas-Saħħa — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt.
Nefqa fuq is-
Social Media
mill-Ministeru għas-Saħħa u l-entitajiet/dipartimenti tiegħu
2014
€
April
436.6
Mejju
539.1
Ġunju
367.59
2015
April
139.34
Mejju
12
Ġunju
803.72
Lulju
34.59
Awwissu
57.97
Settembru
64
Ottubru
27.09
Novembru
25
Diċembru
52
2016
Jannar
70.12
Frar
44.61
Marzu
60.37
April
63
Mejju
77
Lulju
71.99
Awwissu
51
Settembru
59.89
Ottubru
64.59
Novembru
86.3
Diċembru
58.24
2017
Jannar
37.76
Marzu
142.93
April
115.22
Ġunju
83.71
Lulju
82.47
Awwissu
76.06
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 204 defibrillators fid-dipartimenti/entitajiet li jagħmlu parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa. Dawn jinsabu fi sptarijiet u dipartimenti pubbliċi.
Individwu – investigazzjoni mill-pulizija/Ministeru/awtoritajiet oħra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux suġġett għal xi tip ta’ investigazzjoni mill-Pulizija jew mill-Ministeru jew minn xi awtorità oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 1649 fejn ikkonfema li l-ħaddiema u l-professjonisti li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex huma fuq il-payroll tal-Gvern jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma totali li tħallset f''pagi u spejjeż relatati ma’ pagi (National Insurance, allowances, overtime eċċ.) lill-impjegati kollha fuq il-payroll tal-Gvern fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għas-sena 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nefqa totali fuq pagi tal-ħaddiema u spejjeż oħra relatati mal-pagi tal-impjegati tal-Gvern fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fl-2016 kienet €25,082,513.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta l-Gvern se jieħu azzjoni biex il-berġa ta’ Marsaskala, li tlaħħaq aktar minn 12,000 resident, tkun devoluta u tiġi introdotta għal aktar servizzi fosthom il-lifestyle clinic bħal ħafna mill-bereġ f’pajjiżna?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2016 saru diversi xogħolijiet ta' manutenzjoni u tisbieħ u kif ukoll tiswijiet fil-membrane ta’ din l-istess msemmija berġa. Peress li f’din il-berġa hemm spazju limitat, l-lifestyle clinic qed jiġi provdut f’bereġ oħrajn fil-lokalijiet fil-viċin fosthom f’dik ta’ Ħaż Żabbar. Ninfurmah ukoll illi għal dan is-servizz ma hemmx lista ta’ stennija. Nfakkar lill-Onorevoli Interpellant illi mit-30 t’ Awwissu tal-2016 l-ġranet tal-ftuħ żdiedu b’ġurnata oħra biex b’hekk il-berġa ta’ Marsaskala bdiet tinfetaħ tliet ijiem fil-ġimgħa u għalhekk żdied aktar dan is-servizz.
Ċentri ta’ Matul il-Jum — persuni bi problemi ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni bi problemi ta’ saħħa mentali li regolarment, kull ġimgħa, qed jattendu fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum? Jista’ jindika l-programmi ta’ kuljum li ġew organizzati x-xahar li għadda f’kull wieħed minn dawn iċ-Ċentri u kemm persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali attendew għalihom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fiċ-ċentri ta` matul il-jum jattendu madwar 248 persuna fil-ġimgħa.
F’dawn iċ-ċentri ta’ matul il-jum jiġu organizzati diversi attivitajiet. L-attivitajiet ta’ kull ġurnata ivarjaw sabiex jindirizzaw il-bżonnijiet tal-persuni li jkunu qed jattendu. L-attivitajiet jistaw jingħataw kemm b’mod individwali kif ukoll fi gruppi.
Xi individwi jistaw isibu diffikulta’ biex iwettqu attivitajiet bażiċi ta`kuljum bħal tindif u qadi domestiku minħabba l-kundizzjoni tagħhom. Sabiex jerġaw jakkwistaw l-indipendenza, dawn l-attivitajiet ikunu addattati skont il- bżonnijiet tal-persuni b’mod individwali.
Isiru ukoll sessjonijiet individwali sabiex tingħata l-opportunità ta`riflessjoni fuq il-ħiliet intrapersonali kif ukoll interpersonali tal-individwi. Ħiliet intrapersonali jirreferu għal kwalitajiet li jintużaw biex persuni jirrelataw man-nies ta` madwarhom. Ħiliet interpersonali jippermettu li l-persuna jkollha l-abbiltajiet kollha fil-komunikazzjoni u kif ukoll ħajja soċjali b`saħħitha.L-attivitajiet fi gruppi jinkludu sessjonijiet kreattivi,terapewtici, diskussjonijiet fi gruppi, eżerċizzju fiżiku, xogħol volontarju, kif ukoll ħarġiet soċjali. Isir ukoll taħrig pre-vokazzjonali u professjonali eżempju kif tikteb CV, kif iġġib ruħek waqt intervista tax- xogħol eċċ.
Matul ix-xahar ta’ Settembru, fic-centri ta’ matul il-jum saru 720 sessjoni. Dawn kienu jinkludu sessjonijiet individwali u kif ukoll fi gruppi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jaħdimx u/jew għandux kuntratt ta’ xogħol u/jew ingaġġ ieħor fil-Ministeru jew f’xi entità li l-Ministeru huwa responsabbli għaliha u jekk fl-affermattiv, meta sar dan l-ingaġġ u/jew impjieg, x’inhuma l-kundizzjoni ta’ impjieg jew ingaġġ, inkluż salarju, allowances u perkaċċi oħra? Jista’ jikkonferma jekk l-individwu in kwistjoni jirrapurtax għax-xogħol fil-Ministeru jew fl-entità li għaliha huwa responsabbli l-Ministru?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari numru 31084 u 31085 li ngħataw fil-leġiżlatura li għaddiet.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, minħabba raġunijiet ta' iġjene, jara li l-ikel (sandwiches) li jingħata lill-pazjenti rikoverati fis-sala Day Care Unit jiġi ppreparat f'pakkeġġar apposta u mhux kif qed jingħata llum, billi sempliċiment jitpoġġa fi srievet tal-karti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-isptar Mater Dei jieħu ħsieb li pazjenti li jkunu fid-Day Care Unit jingħataw ikel fi stat ta' iġene tajjeb. Fil-fatt l-isptar għandu uffiċjal li jissorvelja l-kwalita’ ta' dan is-servizz.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li tinbidel il-prassi/proċedura eżistenti sabiex il-mediċini li jingħataw b'xejn għal tlitt ijiem wara li l-pazjenti li jkun rikoverati fis-swali tal-Isptar Mater Dei u jiġu rilaxxati , dawn jingħataw mis-sala stess u mhux jintalbu jiġbru l-mediċini mill-ispiżerija tal-isptar u dan sabiex jiġu evitati skariġġi bla bżonn lill-istess pazjenti wara li jkunu ilhom jiem rikoverati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-liġi Maltija mediċini jew prodotti mediċinali jistgħu biss jiġu provduti minn spiżjar fi spiżerija liċenzjata. Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għal Artiklu 76 Kap.458 Att Dwar Il-Mediċini.