ħlas lill-importaturi u distributui lokali u barranin għall-prodotti farmaċewtiċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas li tħallas lill-importaturi u distributuri lokali u barranin għall-prodotti farmaċewtiċi tul il-perjodu:
a) 1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Marzu 2010 u
b) 1 ta' April 2010 sat-30 ta' Ġunju 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-ammonti li tħallsu lill-importaturi u distributuri lokali u barranin għall-prodotti farmaċewtiċi tul il-perjodi l-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Marzu 2010 u l-1 ta’ April 2010 sal 30 ta’ Gunju 2010 kienu ta’ €14,703,159.00 u €16,071,293.00 rispettivament.
Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata ta' approvazzjonijiet li ngħataw f'dawn l-aħħar għaxar snin mill-General Services Board (GSB) ta' btieħi ta' wara ta' djar u flats li kienu diġà mibnija, liema btieħi huma inqas minn dak stipulat fl-artikolu 97 (1)(n) tal-Kap. 10 tal-Liġijiet ta' Malta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellnt li l-informazzjoni mitluba ma tiffurmax parti mill-istatistika miġbura mid-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mhux qed ikun hemm stock biżżejjed tal-mediċina 3,4-Diaminipyridine li tinutża għall-każijiet partikalari u speċjali tat-trattament ta' congenital (Hereditary) myasthenia? Jara li meta d-Dipartiment tas-Saħħa li jaf li hawn żewġ każijiet partikolari żgur li jeħduhom, għaliex mhux qed allura jikkorispondi l-istock mal-bżonnijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment tal-Procurement, Taqsima tas-Saħħa, ġie infurmat bl-ammont meħtieġ ta’ din il-mediċina f’nofs Lulju ta’ din is-sena. Minħabba li kien hemm tibdil fil-manifattur ta’ din il-mediċina, l-ewwel konsenja waslet Malta fit-23 ta’ Awwissu 2010.
Jista' l-Ministru jara għaliex fis-Sala JB4 fit-tieni sular f'San Vincenz de Paule hemm anzjani li jitħallew fis-sodda u li b'konsegwenza qed jimtlew bil-bed sores? Jista' jara x'inhuma r-raġunijiet għaliex dawn l-anzjani ma jitniżżlux mis-sodda bl-iskuża li ma jkunux iridu, meta xi wħud minnhom lanqas jikkommunikaw? Għaliex anzjani li jkollhom bżonn tibdil anke tal-ħrieqi xi ħin qabel ma jkun se jinbidel ix-shift ma jitnaddfux u jitħallew maħmuġin sakemm jidħol ix-shift li jkun imiss?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li r-residenti kollha fis-Sala JP4 jitniiżżlu mis-sodda kuljum. L-uniċi eċċezzjonijiet huma żewġ anzjani: waħda li ma tiflaħx lanqas toqgħod bil-qegħda waqt li l-qraba tal-anzjana l-oħra ma jixtiequx li titniżżel fuq l-armchair peress li m’għandhiex bilanċ li jippermettilha li toqgħod bil-qegħda sew.
Il-ħrieqi tal-anzjani jinbidlu madwar sitt darbiet kuljum jew skont il-ħtieġa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16372 u jgħid kemm kien hemm pilloli out of stock ġewwa l-Isptar Mater Dei matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2010? Kemm damu out of stock, liema kienu u għal liema raġuni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2009 min kienu l-persuni u/jew kumpaniji inkarigati mill-konsulenza għall- Ministeru u/jew dekasteri oħra li jaqgħu taħtu? F'liema oqsma kienet meħtieġa l-konsulenza?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-infrmazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex il-problema ta' pilloli out of stock tiġi solvuta darba għal dejjem? Sitwazzjoni li żgur hawn kunsens ġenerali fuqha minħabba t-tbatija żejda li qed tikkawża lil min ma jkunux jista' jixtri l-pilloli minn butu.
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta xi mediċina tkun out of stock f’xi spiżerija tal-Gvern, ma jfissirx li l-istess mediżina tkun out of stock fl-ispiżeriji kollha (eż. spizeriji oħra fiċ-Ċentri tas-Saħħa, spiżeriji li qegħdin fl-iskema Spiżerija tal-Għażla Tiegħek, spiżerija tal-Isptar Mater Dei jew sptarijiet oħra jew fil-Medical Stores). Hemm diversi raġunijiet għaliex mediċin jaqgħu out of stock fosthom:
· Interruzzjoni fis-
Supply Chain,
· Aġenti jwasslu l-mediċini tard,
· Ordnijiet saru iżda il-manifattur ma laħħaqx il-produzzjoni mad-domanda tagħna,
· Konsum jiżdied minħabba domanda ikbar għal xi mediċina partikolari,
· Nuqqas ta’ mediċini fis-swieq internazzjonali,
· Nuqqas ta’ materjal biex jiġu manifatturati mediċini.
Minħabba dawn iċ-ċirkustanzi li d-Dipartimenti tal-Saħħa m’għandux kontroll fuqhom, id-Dipartiment żied il-monitoraġġ fuq is-
suppliers
u sar eżerċizzju ta’ ridistribuzzjoni tal-mediċini bejn l-ispiżeriji tal-Gvern.
Fejn qabel id-
delivery period
fis-sejħiet għall-offerti kien ikun twil u kien jiġi kkwotat mill-aġent meta jitfa’ t-
tender
, id-Dipartiment tal-Procurements issa qiegħed jiddetermina li l-massimu ta’ żmien tad-
delivery
ma jridx jeċċedi it-tmien ġimgħat.
Jista' l-Ministru jagħti spjega ta' x'ġara eżatt sabiex pazjenti li kienu qed jistennew intervent f'qalbhom tal-PCI kellhom jiġu posposti għaliex l-stands li kien hemm fil-unit li tieħu ħsieb dawn l-interventi b'responsabbiltà kbira ħalliet dawn l-istands għall-każijiet ta' emergenza? Jista' jgħid kemm kien hemm każijiet li ġew posposti u x'qiegħed jsir biex din s-sitwazzjoni ma terġax tirrepeti ruħha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Id-Dipartiment tas-Saħħa ħareġ sejħa għall-offerti għal 1,600 stent permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti, liema sejħa kienet tagħlaq fit-30 ta’ Ġunju 2009. Din it-tender ma kienetx ġiet allokata minħabba li kien hemm problemi amministrattivi fil-proċess tal-aġġudikazzjoni. Barra minn hekk, wara li kien konkluż il-proċess tat-tender u kien ippubblikat ir-riżultat, it-tender ġie kkanċellat u segwentement appellat, liema appell għadu ma nstemax quddiem il-Bord tal-Appelli [PCAB].
Id-Dipartiment tas-Saħħa xtara 1,133
stent
fl-2009 u 403
stent
s’issa fl-2010, permezz tal-kuntratt ta’ qabel u saru ordnijiet varji minn sejħiet pubbliċi t' offerti oħrajn. Dawn l-i
stents
kienu għall-użu ta’ emerġenza u
electives
. Gew posposti madwar 100
angioplasty
.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — ċifra ta' flus globali għall-konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2009, kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għall-konsulenti tal-Ministeru u dekasteri oħra li jaqgħu taħtu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-nefqa globali li tħallset f’konsulenza mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi fis-sena 2009 kienet ta’€ 742,157.36.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-miżuri neċessarji biex l-Awtorità tas-Saħħa tieħu azzjoni għall-problema kbira ta' ġrieden li hemm f'Housing Estate li dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li din is-sena ma’ ġew irreġistrati l-ebda` lmenti dwar preżenza ta’ ġrieden fl-inħawi ndikati, kemm fl-uffiċċju distrettwali, kif ukoll fis-Sezzjoni tal-Pest Control fi ħdan dan id-Direttorat.
Madankollu fl-1 ta’ Lulju 2010, saret spezzjoni fil-madwar tal-post indikat. Ma’ nstab l-ebda akkumulu ta’ ħmieġ jew skart jew xi drenaġġ miftuħ fl-inħawi li jistgħu ikun ta’ attrazzjoni għal ġrieden.
Bħala parti mix-xogħol ta’ rutina tas-Sezzjoni tal-Pest Control, sar tqegħid ta’ velenu bejn l-1 u l-11 ta’ Ġunju minn impjegati tal-istess Sezzjoni fl-inħawi w l-madwar tar-raħal imsemmi. Rigward lok partikolari li ġie ndikat, infurmat li sar trattament intensiv ta’ tqegħid ta’ velenu fl-1 ta’ Lulju. Din is-sitwazzjoni ser tibqa tiġi segwita sakemm tiġi taħt kontroll assolut.
B'referenza għan-numru ta' persuni li ma jattendux għall-appuntamenti li jkollhom fl-isptar, skont iċ-ċifri mogħtija fil-parlament, jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk il-Ministeru, b'xi mod ippruvax jara x'qed iwassal biex tant persuni ma jattendux għall-appuntament u b'hekk itellfu lil persuni oħra milli jkollhom appuntament qabel dak li fil-fatt jingħatalhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Minn studju li kien sar fl-2009 mill-Management ta’ Mater Dei ħarġu r-raġunijiet li tajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17539.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji kollha fuq l-arrangamenti li jeżistu fl-Isptar Mater Dei għall-parkeġġ tal-karozzi tal-impjegati fl-iskali differenti? Jista' jgħid min mill-impjegati tal-isptar jintalab iħallas għall-parkeġġ u min ma jintalabx?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont il-provediment tal-kuntratt tal-parkeġġ fl-Isptar Mater Dei, hemm 1,000 spazju bla ħlas li huma riżervati għall-impjegati fid-diversi livelli fil-parkeġġ fin-nofs in-nhar ta’ l-isptar. Dawn huma mqassmin kif ġej:
·
Livell 0 – (Kollu)
o Permess Blu: Sa skala 7 (il-ħin kollu)
o Permess Isfar: Impjegati minn Skala 13 – 20 (bejn is-2 ta’ wara nofs in-nhar u s-7 ta’ filgħodu)
·
Livell -1 (Punent)
o Permess Aħmar: Staff Mediku (il-ħin kollu)
·
Livell -1 (Lvant)
o Permess Aħdar: Impjegati minn Skala 8 sa 12 (il-ħin kollu)
o Permess Isfar: Impjegati minn Skala 13 – 20 (bejn is-2 ta’ wara nofs in-nhar u s-7 ta’ filgħodu)
·
Livell -2 (Lvant)
o Permess Aħdar: Impjegati minn Skala 8 sa 12 (il-ħin kollu)
o Permess Isfar: Impjegati minn Skala 13 – 20 (bejn is-2 ta’ wara nofs in-nhar u s-7 ta’ filgħodu)
Sar arrangament mal-kuntrattur li jimmaniġġja l-parkeġġi kollha ta’ l-isptar biex biċċa art ħdejn l-entratura tal-isptar (magħrufa bħala Area C) tintuża bħala parkeġġ mill-impjegati bejn Skala 13 u 20, bi ħlas minimu ta’ €0.47 għall-ġurnata kollha.
Peress li din il-biċċa art fil-futur qarib se tintuża biex jinbena ċ-Ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija, sar arranġament ieħor biex dawn l-impjegati jkunu jistgħu jużaw parti mill-parkeġġ li qiegħed jintuża mill-viżitaturi
(livell -2 – Punent)
bl-istess kunduzzjonijiet li kellhom, bid-differenza li se jipparkjaw f’parkeġġ b’saqaf.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li jiġu jiswew kull darba li jieħdu t-test tad-demm LFT u CBC għal sitt darbiet f'sena? Jista' jgħid jekk sarux stimi biex jara kemm tiġi tiswa lill-pajjiż li ġġib lill-pazjent għal sitt darbiet f'sena biex jieħu dawn it-testijiet wara li jagħmel proċedura tal-P.C.I. tal-qalb?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-prezz biex isiru it-testijiet tad-demm LFT u CBC huma kif jidher hawn taħt:
LFT - € 27.96
CBC - € 13.98.
Il-prezz biex isiru LFT’s u CBC’s sitt darbiet f’sena jammonta għal € 251.64.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-mediċina Zocor (tal-Cholesterol) tinsab out of stock miċ-Ċentru tas-Saħħa f'Ħal Qormi? Jista' jgħid meta se terga' tibda tingħata lill-pazjenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pilloli Zocor (Simvastatin) huma Out of Stock mill-ispiżeriji kollha taċ-Ċentri tas-Saħħa.
Il-mediċina Simvastatin 20mgs waqgħet
out of stock
bħala riżultat ta’ appell li ilu pendenti quddiem il-PCAB [Public Contracts Appeals Board] mit-12 ta’ Frar 2010. Sadanittant id-Dipartiment tal-Procurement (Taqsima tas-Saħħa) setgħa biss jixtri kwantitajiet żgħar permezz ta’
tenders / quotations
dipartimentali kif jippermettu ir-Regolamenti Finanzjarji.
Kunsenja oħra mistennija tasal Malta mill-Ingilterra sa tmiem din il-ġimgħa, filwaqt li ordni oħra qegħda tiġi proċessata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19088 u ċioe: fl-aħħar 12-il sena, jista' l-Ministru jgħid kemm saru pjanti differenti għall-units tal-onkoloġija:
a) fl-Isptar Mater Dei;
b) fl-Isptar Zammit Clapp;
ċ) fl-Isptar Sir Paul Boffa?
Min kienu l-periti f'kull każ? Kemm tħallsu dawn il-periti f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18995 u 18536 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-ftehim tax-xiri tal-apparat mediku bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u INSO? Jista' l-Ministru jgħid jekk apparti dak il-ftehim sal-lum, inxtarax aktar apparat mill-kumpanija INSO bħala żieda mill-apparat miftiehem? X'apparat inxtara u x'kien il-valur imħallas?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19084 u jgħid mill-elezzjoni tal-2008 sal-lum, kemm-il darba ġrat ħsara lil-linear accelerator? F'kull każ, kemm dam wieqaf is-servizz ta' radjuterapija fil-kura tal-kanċer fl-Isptar Sir Paul Boffa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19085 u jassigura li infermiera barranin li se jiġu impjegati ma jkollhom l-ebda kuntratt jew ftehim ma' aġenziji li jekk ikunu impjegati jkunu jridu jagħmlu xi ħlas lil dawn l-aġenziji?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinħarġu n-no objections neċessarji biex tkun tista' tinfetaħ spiżerija fil-hamlet ta' Burmarrad?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.