Jista' l-Ministru jgħid min hu l-Marketing Manager tal-Malta Stock Exchange? Kif intgħazel u xi proċedura ntużat biex inħatar f'din il-kariga? Kemm kien hemm applikanti? Kemm huwa s-salarju tal-Marketing Manager tal-Malta Stock Exchange inkluż benefiċji u bonuses li jista jkollu marbuta mas-salarju?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-1 ta’ Settembru, 2011, il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ġie impjegat mal-Malta Stock Exchange bħala Business & Product Development Manager fuq kuntratt definit ta’ tliet snin.
Il-Bord tad-Diretturi ħass il-bżonn li jkun hemm persuna ddedikata li tkun tista’ tħares lejn prodotti ġodda kif ukoll żviluppi li jistgħu jsiru biex l-istrateġija tal-
Malta Stock Exchange
kif imfassla u deċiża mill-Bord li tiffoka fuq żvilupp internazzjonali, tista’ titmexxa l-quddiem. Il-Bord ħass ukoll li l-kariga għandha tingħata fuq kuntratt definit.
Minħabba n-natura tax-xogħol u l-livell għoli tal-kariga proposta, il-Bord iddeċieda li juża s-servizzi ta’ Recruitment Consultants li għandhom esperjenza f’dan il-qasam. Wara sejħa għal kwotazzjonijiet ġew magħżula MISCO biex imexxu l-proċeduri ta’
recruitment
.
Skont il-proċeduri interni tal-
Malta Stock Exchange
stess, din il-kariga ġiet offruta l-ewwelnett internament lill-impjegati kollha. Applikaw żewġ
Managers
li ġew intervistati mill-
Interviewing Panel
li kien jikkonsisti miċ-
chairman
tal-MISCO bħala
Chairman
tal-
Panel
, żewġ membri tal-Bord, ic-CEO u l-Manager HR. Wara dawn l-intervisti l-
Interviewing Panel
ikkonkluda unanimament li dawn iż-żewġ persuni ma kinux addattati għal kariga. Għalhekk bdew il-proċeduri għal
recruitment
estern immexxija mill-MISCO.
Kien hemm 14-il applikant li minnhom ġew
shortlisted
6. MISCO għamlet l-ewwel
interview
lil dawn is-6 applikanti u li minnhom imbagħad ġew
shortlisted
3 biex jgħaddu għat-tieni
interview
. Qabel ma’ sar it-tieni
interview
dawn il-kandidati għaddew ukoll minn
Psychometric Testing
. It-tieni
interview
sar mill-istess
interviewing panel
li kien għamel l-intervisti lill-kandidati interni.
Il-persuna f’din il-kariga għandu salarju ta’ €42,400, li jinkludi wkoll benefiċċji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru lill-PriceWaterhouseCoopers mill-2008 'l hawn? Għal liema xogħlijiet ingħataw? Kemm kienu l-valuri ta' kull xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29650.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti ttieħdu fil-perjodu Jannar – Ġunju 2011 sabiex titnaqqas il-burokrazija żejda (red tape) minn fuq is-settur kummerċjali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern huwa kommess li sa Diċembru tal-2012 inaqqas il-piż amministrattiv fuq in-negozji bi ħmistax fil-mija. Dan għandu jkun xprun biex tkompli tiżdied il-kompetittivita’ ta’ Malta u opportunita’ biex jinħoloq aktar xogħol ġewwa l-gzejjer tagħna.
Oltre dan, il-Gvern qed iżomm quddiem għajnejh anke ċ-ċittadin u qiegħed ukoll idaħħal miżuri li jiffaċilitaw anqas inkonvenjent liċ-ċittadin ħalli dan ikun jista’ jgawdi aktar il-familja u jkollu aktar ħin għal attivita’ li twassal għal għixien ta’ ħajja aħjar. Biex jintlaħaq dan it-tragward, il-Management Efficiency Unit fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru nieda programm vast ta’ inizjattivi biex dawn il-miri jintlaħqu.
Programm bħal dan irid ikun sostenibbli u kontinwu. Biex dan iseħħ, ġie mfassal pjan ta’ taħriġ għal madwar 400 uffiċċjal għoli fi ħdan is-Settur Pubbliku kollu, ħalli jkun imħarreġ fit-teknika ta’ Regolamentazzjoni aħjar u simplifikazzjoni. Dawn l-uffiċjali qed ikunu l-ixprun ta’ dan l-eżerċizzju sabiex f’kull dipartiment u entita’ pubblika dan il-pjan jitwettaq u jitkompla b’mod kontinwu.
Barra dan it-taħriġ saru wkoll tmintax-il inizjattiva ta’ simplifikazzjoni, liema inizjattivi jkopru l-oqsma tat-tassazzjoni, l-impjiegi, saħħa fuq il-post tax-xogħol u l-qasam farmaċewtiku, fejn bis-saħħa ta’ din is-simplifikazzjoni, is-settur tan-negozju qed jiffranka ‘l fuq minn erba’ miljun ewro fis-sena. Barra mir-riżultat finanzjarju, din is-simplifikazzjoni ppermettiet lin-negozju jkollu ‘l fuq minn 190,000 siegħa aktar fi produttivita’ minflok fl-użu tal-ħin għal burokrazija tal-amministrazzjoni pubblika.
Tliet inċentivi oħra immirati għaċ-ċittadin wasslu biex ġew iffrankati madwar €600,000 fis-sena u 60,000 siegħa li ċ-ċittadin jista’ juża f’hin liberu.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan ta’azzjoni dwar it-titjib fl-effiċjenza li kellu jitħejja minn kull dipartiment u entità pubblika u jindika liema huma dawk id-dipartimenti u/jew entitajiet pubbliċi li tejbu l-effiċjenza tagħhom bi tnejn fil-mija (2%) jew aktar?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29651.
Ħidma għal tnaqqis ta’ għaxra fil-mija fl-arretrati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istrateġija ta’ kull dipartiment u entità pubblika li turi kif id-dipartiment u/jew entità pubblika qed jaħdmu għal tnaqqis ta’ għaxra fil-mija (10%) fl-arretrati tal-Gvern? Jista' jiġi indikat liema huma d-dipartimenti u l-entitajiet pubbliċi li laħqu din il-mira u liema le?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kopji tal-istrategiji qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Din it-tip ta’ mira tista’ tiġi ġġudikata b’mod raġonevoli fl-aħħar tas-sena 2011. Però wieħed irid jgħid illi b’mod ġenerali d-Dipartimenti inkluż l-Entitajiet mexjin sew u jidher illi dawn il-miri ser jintlaħqu.
Jista’ l-Ministru jindika min huma l-membri tal-grupp ta’ ħidma li kien tħabbar li se jitwaqqaf biex iħares mill-qrib il-metodi u l-proċessi tax-xiri fis-settur pubbliku u biex jipproponi strategiji u miżuri għat-titjib fl-effiċjenza u l-valur għall-flus? Jista’ jindika jekk dawn il-persuni jitħallsux u jekk fl-affermattiv, jgħid kemm qed jitħallsu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dan il-Grupp ta’ Ħidma għadu ma twaqqafx, iżda xorta qed isir xogħol minn uffiċjali mill-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment sabiex il-proċess tax-xiri fis-settur pubbliku jitjieb u jkun aktar cost effective.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Kodiċi ta’ Xogħol u Etika għal dawk kollha fis-settur pubbliku li huma nvoluti fix-xiri pubbliku u jindika x’tip ta’ taħriġ ingħataw dawn il-persuni, min ipprovda dan it-taħriġ, kif ġew magħżula u kemm sewa dan it-taħriġ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Kodiċi ta’ Etika għadu qiegħed jiġi mfassal u diskuss fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment.
Qiegħda ssir ħidma wkoll sabiex jitfassal taħriġ professjonali għal dawk involuti fix-xiri pubbliku.
kuntratturi li jipprovdu servizzi lill-Gvern — paga u benefiċċji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-unit li kellu jitwaqqaf biex jiċċekkja li l-ħaddiema kollha tal-kuntratturi li jipprovdu servizzi lill-Gvern, bħal cleaners, carers u security, jirċievu l-paga u l-benefiċċji kollha dovuti lilhom?
Kemm, matul il-perjodu Jannar – Ġunju 2011, instabu kuntratturi li kellhom impjegati rregolarment u kemm instabu kuntratturi li kellhom impjegati b’kundizzjonijiet inferjuri għal dak li tipprovdi l-liġi? Jista’ jgħid kemm-il kuntratt twaqqaf f’dan ir-rigward?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ntalbu kopji tal-kuntratti kollha, b’total ta’ 129, relatati ma’ servizzi ta’ cleaners, security u carers mid-dipartimenti u l-entitajiet tal-gvern, kif ukoll lista tal-ħaddiema tal-kuntratturi li kienu qed jipprovdu dan is-servizz fid-dipartiment jew entità.
Din il-lista, b’total ta’ 2,953 ħaddiem, ġiet mgħoddija lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni u lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ sabiex jivverifikaw ir-regolarità tal-impjieg tagħhom. Minn dan in-numru nstabu 10 ħaddiema li kellhom kundizzjonijiet irregolari u li setgħu jittieħdu passi fuqhom.
Id-Dipartimenti li kellhom magħhom dawn l-10 ħaddiema irregolari, ġew mitluba jieħdu l-passi neċessarji sabiex il-pożizzjoni ta’ dawn il-ħaddiema tigi regolarizzata. Id-dipartimenti ħadu l-azzjonijiet neċessarji u ninsab infurmat illi l-ebda kuntratt ma ġie terminat.
Jista’ l-Ministru jindika fejn wasal ix-xogħol fuq dak li kellu jkun il-Hutment Area f’Kordin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ġiet imressqa screening letter lill-MEPA għal dan il-proġett, filwaqt li sejħa għall-offerti ‘Build and Operate’ se tkun finalizzata fix-xhur li ġejjin u tkun suġġetta għall-istudju u stħarriġ li qed isir fuq 'il art in kwistjoni.
Jista’ l-Ministru jindika fejn wasal ix-xogħol ta’ titjib fl-oqsma industrijali ta’ Kordin, Ħal Far, ix-Xewkija u Bulebel? Jista’ jgħid jekk tlestiex ix-xogħol tal-bini mill-ġdid ta’ tliet ċentri għall-ħarsien tat-tfal fil-Mosta, ix-Xewkija u Kordin? Jekk ix-xogħol tlesta, jista' jgħid kemm ġie jiswa u kemm qed jattendu tfal fihom? Jekk ix-xogħol ma tlestiex, jista’ jindika f’liema stadju wasal?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ix-xogħol ta’ titjib fl-oqsma imsemmija miexi kif ġej:
· Ġewwa ż-żoni industrijali ta’ Bulebel u ta’ Kordin qed isir xogħol fuq fażijiet varji tal-proġetti ta’ titjib.
· Ġewwa iż-żona industrijali ta’ Kordin il-permess tal-MEPA inħareġ u abbażi li jiġu sodisfatti u konfermati xi kundizzjonijiet elenkati fih, għandu jibda x-xogħol fil-ġimgħat li ġejjin.
· Ġewwa ż-żona industrijali tax-Xewkija ġiet aġġudikata l-offerta lill-kuntratturi, u x-xogħlijiet għandhom jibdew ġaladarba l-offerta għall-ġestjoni tal-proġett tiġi mogħtija wkoll.
Fir-rigward taċ-ċentri għall-ħarsien tat-tfal li hemm ppjanati fiż-żoni industrijali, f’dak li qiegħed tiġi evalwata
· Mosta, is-sejħa għall-offerti,
· F’dak ta’ Kordin, se tiġi ppubblikata sejħa għall offerti wara li jinħareġ il-permess tal-MEPA,
· U f’dak tax-Xewkija, is-sejħa għall-offerti tagħlaq fl-4 ta’ Ottubru 2011.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx twaqqaf il-Kulleġġ ta’ regolaturi li kellu jagħti l-pariri lill-Gvern dwar il-politika regolatorja għas-settur tan-Negozji Żgħar? Jista’ jgħid jekk kienx twaqqaf il-korp konsultattiv li kellu jassisti lill-Gvern fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika għall-intrapriżi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Kulleġġ ta’ Regolaturi ġie mwaqqaf permezz ta’ l-Att XI/2011 u ser jibda jaħdem fi ftit xhur. Il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Intrapriża twaqqaf ukoll permezz ta’ l-Att XI/2011 u qiegħed jopera.
Jista’ l-Ministru jindika jekk twaqqafx il-Fond għat-taħriġ tal-Intraprenditorija, u jekk twaqqaf, kemm ġew ivvotati flus għal dan il-fond u kif intużaw s’issa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ġew ivvotati 100,000 Ewro fl-Estimi Finanzjarji biex jintużaw għal skema ta’ proġetti fl-iskejjel kollha intiżi biex isaħħu l-kwalitajiet intraprenditorjali fl-istudenti fil-livell primarju u sekondarju. Din l-iskema ġiet miftuħa fi Frar 2011 u wara sejħa għal proġetti ġew aċċettati 20 proġett minn 27 sottomissjoni min-numru ta’ skejjel tal-Gvern u privati. Dawn il-proġetti li jammontaw għal ftit aktar minn 78,000 Ewro, qegħdin jiġu implementatati u ser ikunu finalizzati sal-aħħar ta’ din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mill-Creativity Trust imħabbar mill-Gvern fil-budget li għadda?
Kemm kien hemm kontribuzzjonijiet mis-settur pubbliku u dak privat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ħidma fuq it-tfassil tal-Creativity Trust Fund ġiet finalizzata. It-tħabbir ta’ kif se jaħdem dan il-Fond fil-kuntest iwsa’ tal-inizjattivi l-oħra kollha mħabbra u mmexxija mill-Gvern favur is-settur kulturali u kreattiv se jkun qed jiġi integrat mal-istrateġija għall-ekonomija kreattiva li qed tiġi ffinalizzata bħalissa mill-Grupp ta’ Ħidma għall-Ekonomija Kreattiva.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta' kemm daħħal il-gvern miż-żieda fuq it-taxxa tas-sisa fuq is-sigaretti u t-tabakk, fuq iż-żieda fit-taxxa tal-birra u l-ispirti? Jista' jagħti rendikont ta' kif u fejn intnefqu dawn il-flus?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-dħul minn dawn it-taxxi jmur fil-Fond Konsolidat tal-Gvern, li minnu jittieħdu l-Fondi għan-nefqa tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm intnefqu flus mill-fond ta' €3 miljun allokati biex imorru għall-ħlasijiet tal-esproprju tal-artijiet tal-Home Ownership Scheme? Kemm intnefqu flus mill-fond tas-€6 miljun għal esproprji oħra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-flus fil-fond ta’ €3 miljuni allokati biex isiru ħlasijiet għall-esproprju ta’ artijiet tal-Home Ownership Scheme ġew eżawriti kollha. Mill-fond għall-espropriji oħra għad fadal bilanċ ta’ madwar €1,270,000. Dawn il-fondi se jiġu utilizzati fil-ġimgħat li ġejjin biex jitħallsu s-sidien ta’ artijiet esproprijati fejn hemm ordni mill-Qorti jew mill-Bord tal-Arbitraġġ biex isir il-ħlas tal-kumpens.
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Kontijiet pendenti tad-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-kont pendenti dovut lill-Korporazzjoni Enemalta għas-servizz tad-dawl fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex (inkluż l-isptar mentali)? Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx ordni mill-Korporazzjoni Enemalta biex tigi sospiża din il-provista tad-dawl għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex kemm-il darba dan il-kont ma jitħallasx?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-bilanċ pendenti għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex sal-4 ta’ Lulju 2011, jammonta għal:
€ 57,587.47
għal konsum ta l-ilma u
€ 455,111.10
għal konsum tal-elettriku
Saru żewġ pagamenti din is-sena, wieħed f’Jannar u wieħed f’Mejju 2011 ta’
€15,642.47
u
€103,989.78
rispettivament.
F’rigward ta’ l-Isptar Santa Tereża sar pagament fit-18 ta’ Marzu ta’
€ 248,310.22
li kopra l-kontijiet dovuti.
power station ta’ Delimara — infiq ta' fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista ‘ l-Ministru jagħti rendikont s'issa kemm inagħtaw fondi mill-Unjoni Ewropea sabiex tiġi estiża l-power station ta’ Delimara? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, ir-rapporti, claims u kopji tal-applikazzjoni (inkluż kull cost benefit analyses) li saru mill-awtoritajiet kompetenti Maltin sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiġġudika l-proposti tal-Gvern Malti u tapprova dawn il-fondi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-estensjoni tal-power station ta’ Delimara qed tiġi finanzjata mill-Korporazzjoni Enemelta. Dan il-proġett se jiswa 165 miljun ewro.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Xogħlijiet lill-kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' kull kumpanija li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, kemm ingħatat xogħol mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu mill-2004 sal-lum? F'kull każ, jista' jgħid kemm huwa l-valur involut? Jista' jgħid jekk hux kuntratt jew direct orders? Meta ngħata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex, kemm ilhom fil-karigi rispettivi tagħhom u kemm qed jitħallsu fis-sena referibbilment mis-segwenti entitajiet:
Malta Enterprise Board, Malta Export Credit Insurance, Malta Film Commission, Malta Financial Services Authority, Malta Industrial Parks, Malta International Airport p.l.c, Malta National Library, Malta Statistics Authority, Malta Shipyards, Malta Stock Exchange,Malta Tradefairs Corporation, Malta Venture Capital, Medelec Switchgear Limited, Mimcol, MOBC, Privatisation Unit, Public Contracts Appeals Board, Rent Compensation Board Gozo, Rent Copensation Board Malta, Rent Regulation Board Gozo, Rent Regulation Board Malta, Retail Price Index Advisory Board, Revision of Notarial Acts, Rural Leases Control Board Gozo, Rural Leases Control Board Malta, State Aid Monitoring Board, Third VAT Appeals Board, VAT Appeals Board u Water Services Corporation?
Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm-il seduta attendew il-membri rispettivi tal-bordijiet, awtoritajiet, agenziji u kumpaniji governattivi? Min huma s-segretarji rispettivi ta’ dawn l-entitajiet imsemmija, jekk humiex
full-time
u x’paga għandhom? Dan kollu senjatament għas-snin 2008, 2009 u 2010.
Jista’ l-Ministru jgħid ukoll min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex u x’
retainers
għandhom għall-Ministeru nnifsu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.