Tista' l-Ministru tgħid kif sejrin fil-korsijiet tad-degree fl-MCAST? Wara l-esperjenza tal-ewwel sena, fejn jinħass bżonn ta’ titjib? Sodisfatti bil-livell u l-kwalità tal-ippjanar f’dawn il-korsijiet? Kemm studenti bdew dawn il-korsijiet u kemm minnhom fil-fatt se jiggradwaw, kull istitut? X’inhuma l-pjanijiet f’dan il-qasam għas-snin li ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
S’issa il-korsijiet tad-Degree tal-MCAST kienu ta’ suċċess. Il-materjal tat-tagħlim li kien ippreparat kien ta’ kwalita’ eċċellenti u l-Professuri li ġew minn barra kienu ta’ l-għola kwalifiki u professjonalita’. Dawn kellhom kliem ta’ tifħir għall-livell għoli tal-istudenti tal-MCAST.
Din is-sena t-tagħlim sar minn Professuri Ġermaniżi u għalhekk kien possibbli biss li jiġi offrut ‘
study unit
’ wieħed fuq perjodu ta’ erba’ ġimgħat. Mis-sena d-dieħla erbgħa ‘
study units
’ jiġu mgħotija matul kull
semester
u t-tezi tkun mifruxa fuq zewġ
semesters
. B’hekk l-istudenti jingħataw aktar żmien biex jiġi assorbit it-tagħlim.
L-ippjanar tat-tagħlim kien sodisfaċenti u minkejja x-xogħol konsiderevoli involut, il-korsijiet kollha bdew u ser jispiċċaw fiż-żmien stipulat. Il-kwalita’ tat-tagħlim kien kif meħtieġ u sodisfaċenti ħafna.
In-numru ta’ studenti li bdew korsijiet ta’ degree f’kull Istitut huwa:
Institute of Art & Design 35
Institute of Business and Commerce 5
Institute of Electronics & Electrical Engineering 17
ICT 25
B’kollox kien hemm 82 student li bdew xi waħda minn dawn is-seba’ degrees li bdew f’Settembru 2009.
Għalissa ma’ jistax jingħata n-numru ta’ student li se jiggradwaw għax il-kors għadu ma’ spiċċax.
L-istess seba’ korsijiet li kienu offruti din is-sena ser jerġgħu jkunu offruti s-sena li ġejja flimkien ma’ degree ġdida fil-
Fine Arts
. Is-sena ta’ wara korsijiet ta’ degree oħra ser ikunu offruti fl-Istituti tal-Inġinerija Mekkanika, Servizzi fil-Komunita’, Agrikummerċ, Inġinerija Elettrika u Elettronika, Inġinerija tal-Bini u Kostruzzjoni u Arti u Disin.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Kuntratti ta' Konsulenza
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tagħha u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tagħha, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qegħda npoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni li waslitli mingħand uħud mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Hekk kif tasal l-informazzjoni meħtieġa mill-entitajiet l-oħra li, peress illi kien hemm ammont ta’ xogħol sostanzjali involut fil-ġbir tal-informazzjoni mitluba nagħddi din l-informazzjoni lill-Onorevoli Interpellant.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ħaddiema kienu jaħdmu mal-kumpaniji li llum qed joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija fl-aħħar tal-2007, 2008, 2009 u fl-aħħar ta’ Mejju 2010? Tista’ tgħid kemm minn dawn il-kumpaniji bdew joperaw f’dan il-qasam industrijali u kemm kellhom ħaddiema magħhom meta bdew joperaw u kemm għandhom ħaddiema jaħdmu magħhom illum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tabella t’hawn taħt turi n-numru ta’ kumpaniji u n-numru ta’ ħaddiema li qegħdin jaħdmu mal-kumpaniji li llum qed joperaw fl-qasam industrijali tax-Xewkija fl-aħħar tal-2007, 2008, 2009 u fl-aħħar ta’ Mejju 2010.
Sena
Numru ta' kumpaniji
Numru ta' impjegati
2007
32
509
2008
33
516
2009
36
536
Mejju 2010
37
558
Rigward il-mistoqsija dwar kemm dawn il-kumpaniji kellhom ħaddiema magħhom meta bdew joperaw, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li biex titwieġeb din il-mistoqsija jridu jingħataw l-ismijiet tal-kumpaniji rispettivi. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ ma’ tistax tagħti din l-informazzjoni minħabba li din l-informazzjoni hi kummerċjalment sensittiva.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nisa matul l-2004 li kienu fuq maternity leave imħallsa skond il-leġislazzjoni eżistenti u minn liema setturi ekonomiċi ġejjin?
Tista' l-Ministru tgħid meta se jibda jopera Kulleġġ Maria Reġina tal-Mosta? Minn liema skejjel ġejjin l-għalliema u l-istudenti għal din l-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kulleġġ Maria Reġina, Sekondarja Subien, Mosta se jibda jopera s-sena skolastika li ġejja. Studenti subien mill-Mellieħa, Mosta, Naxxar, Għargħur u San Pawl il-Baħar se jattendu f’din l-iskola. Filwaqt l-għalliema jiġu assenjati fil-proċess ta’ deployment li jsir matul is-sajf.
Tista' l-Ministru tgħid minn liema skejjel ġejjin dawk l-istudenti li se jibdew jattendu fil-Kulleġġ Maria Reġina tal-Mosta u x'se jsir mill-iskejjel eżistenti li ġew minnhom? Se jintużaw għal xi skop ieħor edukattiv jew se jintużaw għal xi ħaġa oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istudenti ġejjin mill-Mellieħa, Mosta, Naxxar, Għargħur u San Pawl il-Baħar se jibdew jattendu fil-Kulleġġ Maria Reġina tal-Mosta. L-iskejjel sekondarji fejn kienu jattendu (Naxxar u Ħandaq) se jibqgħu joperaw bħala skejjel.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Konsulenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex, kemm ilhom fil-karigi rispettivi tagħhom u kemm qed jitħallsu fis-sena referibbilment għal: Aġenzija Programmi tal-Unjoni Ewropea, Advisory Committee for the national Archives, Awtorità tad-Djar, Bord dwar l-Adozzjoni, Bord tal-Appelli (Adoption Act), Bord tal-Appelli, Bord tal-Appelli (Volontary Organisations Act of 2007 Chap 492), Bord dwar l-Assistenza Soċjali, Bord dwar il-Fostering, Bord dwar il-Professjoni tal-Psikologija, Bord dwar il-Professjoni tas-Social Work, Children and Young Persons Advisory Board, Council for the Teaching Profession, English as a Foreign Language Montering Board, Exemptions Board? Tista’ tgħid kemm-il seduta attendew il-membri rispettivi tal-bordijiet, awtoritajiet, aġenziji u kumpaniji governattivi? Min huma s-segretarji rispettivi ta’ dawn l-entitajiet imsemmija, jekk humiex full-time u x’paga għandhom? Dan kollu senjatament għas-snin 2008, 2009 u 2010. Tista’ tgħid ukoll min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawkli m’humiex u x’retainers għandhom għall-Ministeru nnifsu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Konsulenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex, kemm ilhom fil-karigi rispettivi tagħhom u kemm qed jitħallsu fis-sena referibbilment għal: ETC Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, Focal Point on Drugs Alcohol and other Dependencies, Fondazzjoni għas-Servizzi fil-Ħarsien Soċjali (FSWS), Foundation for Educational Services, Foundation for Tomorrow Schools, Institute for Tourism Studies, Junior College, Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika, Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità, Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza, Kummissjoni Nazzjonali Familja, Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Abbuż mid-Droga Alcohol u Dipendenzi Oħra, Kunsill għat-Tfal, Kunsill għas-Settur Volontarju, Kunsill Malti għall-Isports, Kunsill tal-Ilsien Malti? Tista’ tgħid kemm-il seduta attendew il-membri rispettivi tal-bordijiet, awtoritajiet, aġenziji u kumpaniji governattivi? Min huma s-segretarji rispettivi ta’ dawn l-entitajiet imsemmija, jekk humiex full-time u x’paga għandhom? Dan kollu senjatament għas-snin 2008, 2009 u 2010. Tista’ tgħid ukoll min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex u x’retainers għandhom għall-Ministeru nnifsu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Konsulenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex, kemm ilhom fil-karigi rispettivi tagħhom u kemm qed jitħallsu fis-sena referibbilment għal: Local Public Examinations Board, Malta Arts Scholarships Evaluation Board, Malta College of Arts Science and Technology, Malta Government Scholarship Scheme Selection Board, Malta Qualifications Council, Maltese National Commission for Unesco, MCAST Project Management Master Plan, MGSS Appeals Board, National Book Council, National Commission for Higher Education, National Employment Authority, NGO Projects Selection Committee, PBS Editorial Board, Public Braodcasting Services Limited, Scholastic Tribunal, St Patrick’s Admission Board, STEPS Selection Board, STEPS Appeals Board, Student Maintenance Grants Board, The President’s Award Malta, Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, Uffiċċju tal-Kumissarju għal Organizzazzjonijiet Volontarji, Uffiċċju tal-Umpire, University of Malta Council? Tista’ tgħid kemm-il seduta attendew il-membri rispettivi tal-bordijiet, awtoritajiet, aġenziji u kumpaniji governattivi? Min huma s-segretarji rispettivi ta’ dawn l-entitajiet imsemmija, jekk humiex full-time u x’paga għandhom? Dan kollu senjatament għas-snin 2008, 2009 u 2010. Tista’ tgħid ukoll min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex u x’retainers għandhom għall-Ministeru nnifsu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Studenti li għamlu kors tal-MBA mal-European University
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’arranġamenti saru biex il-partial recognition li ngħataw studenti li għamlu kors ta’ MBA mal-EIE provdut mill-European University li mhix akkreditata imkien fid-dinja issa se jingħataw il-full recognition mill-Kunsill Malti għall-Kwalifki? X’verifiki saru biex jiġi żgurat li s-sigħat ġodda magħduda li jingħad li saru waqt il-kors biex itella' l-partial recognition għal full recognition sar bis-serjetá u mhux ġew falsifikati biex jingħata l-għarfien lill-kors tal-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'hemm l-ebda ftehim jew ħsieb bejn il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki u l-EIE biex il-partial recognition li ngħatat l-MBA tal-European University tingħata full recognition.
proċedura biex għalliema barranin jgħallmu f'pajjiżna
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk teżistix xi proċedura partikolari biex persuna li tgħix barra minn Malta f’pajjiż mhux membru ta’ l-Unjoni Ewroepa, iżda li jkollha ċittadinanza doppja u li jkollha degree ta’ għalliema miksuba fil-pajjiż li tkun tgħix fih, tkun tista' tfittex xogħol ta’ għalliema f’pajjiżna jew fi skola statali jew fi skejjel oħra ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kull min japplika biex isir għalliem regolari mal-gvern irid japplika skont it-termini tas-sejħa għall-applikazzjoni għal għalliema regolari li toħrog mill-Public Service Commission.
Persuna b’ċittadinanza doppja li tkun qed tfittex ix-xogħol ta’għalliema f’Malta fi skejjel mhux statali tista tapplika ma l-iskola li tkun ħarġet is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Individwu li jgħix bil-pensjoni tal-invalidità u qed jinqata' mill-pensjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jgħix bil-pensjoni tal-invalidita` qed ikollu jgħaddi mill-inkonvenjent qawwi li ta' kull darba jinqata' mill-pensjoni tal-invalidità u kull darba qed jintbagħat jirreġistra għax-xogħol meta dan huwa marid?
Tista' l-Ministru tinvestiga għaliex għat-tieni darba f'anqas minn sena dan l-individwu kien notifikat li se jintbagħat għar-reġistrar mingħajr l-ebda raguni valida mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali wara li dan kien ikkonfermat mill-ġdid mill-Bord tal-Invalidita li mhux tajjeb għax-xogħol?
Tista' l-Ministru tinvestiga t-tbatija li għaddejja minnu l-familja ta' dan l-individwu, tant li minħabba li qed tinqatagħlu l-għajnuna soċjali spiċċaw biex qatgħulu wkoll id-dawl u l-ilma fid-dar u din il-familja issa qed ikun kostretta tgħix f'sitwazzjoni ta' povertà assoluta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna indikata minnu biex tavviċina l-uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha.
ETC — persuni li jsegwu kors u jirreġistaw għax-xogħol
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’inhi l-policy tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ rigward dawk il-persuni li jirreġistraw għax-xogħol u li jsegwu kors ta’ taħriġ? Dawn jibqgħu fuq ir-reġistru jew jinqatgħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuni li jkunu qed jirreġistraw mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t- Taħriġ u jattendu taħriġ organizzat mill-istess korporazzjoni fil-ħin tar-reġistrar, jiġu eżentati mir-registrazzjoni ta’ kull ġimgħa matul il-perjodu kollu tal-kors. Dan ifisser li l-persuni konċernati ma jinqatgħux iżda jkunu għadhom meqjusa bħala nies li qed ifittxu x-xogħol.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nisa matul l-2009 li kienu fuq maternity leave imħallsa skond il-leġislazzjoni eżistenti u minn liema setturi ekonomiċi ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nisa matul l-2008 li kienu fuq maternity leave imħallsa skond il-leġislazzjoni eżistenti u minn liema setturi ekonomiċi ġejjin?
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nisa matul l-2007 li kienu fuq maternity leave imħallsa skond il-leġislazzjoni eżistenti u minn liema setturi ekonomiċi ġejjin?
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nisa matul l-2006 li kienu fuq maternity leave imħallsa skond il-leġislazzjoni eżistenti u minn liema setturi ekonomiċi ġejjin?
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nisa matul l-2005 li kienu fuq maternity leave imħallsa skond il-leġislazzjoni eżistenti u minn liema setturi ekonomiċi ġejjin?
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħsieb li fil-futur qarib jitneħħa s-sussidju fuq il-postijiet ġodda tal-Awtorità tad-Djar li jkunu se jinbiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kull post ġdid li nbiegħ mill-Awtorità tad-Djar permezz ta’ ‘Ħarġa ta’ Bejgħ’ kellu sussidju fuq il-prezz kummerċjali. Dan se japplika ukoll għal Ħarġa numru 75. M'hemm l-ebda ħsieb li s-sussidju fuq postijiet ġodda jitneħħa.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Taħriġ — kuntratt b'direct order jew tender
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il kuntratt ingħata mis-segwenti entitajiet kemm b’direct order u kemm permezz ta’ tender Governattiv?
Aġenzija Programmi tal-Unjoni Ewropea, Advisory Committee for the National Archives, Awtorità tad-Djar, Bord dwar l-Adozzjoni,
Bord tal-Appelli (Adoption Act), Bord tal-Appelli, Bord tal-Appelli (Volontary Organisations Act of 2007 Chap 492),
Bord dwar l-Assistenza Soċjali, Bord dwar il-Fostering, Bord dwar il-Professjoni tal-Psikologija, Bord dwar il-Professjoni tas-Social Work,
Children and Young Persons Advisory Board, Council for the Teaching Profession, English as a Foreign Language Monitoring Board,
Exemptions Board, ETC Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u Focal Point on Drugs Alcohol and other Dependencies?
Lil min ingħata u kemm kien jiswa kull kuntratt fil-perjodu 2008, 2009 u 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.