Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità tal-Ħażna taż-Żejt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15008 u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14340 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi l-faċilità tal-ħażna taż-żejt issir offshore u ma tibqax fil-Forti Ricasoli fil-Kalkara?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Kalkara — Forti Ricasoli - ħażna taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15009 u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14339 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid x'passi qed tieħu biex il-faċilità tal-ħażna taż-żejt ma tibqax fil-Forti Ricasoli fil-Kalkara?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Direttorat għad-Disinn ta’ Proġetti u l-Inġinerija – Taqsima tad-Disinn Strutturali – Ħaddiema

Question

Fid-dawl li t-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 15758 kienet tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 15757, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu ġewwa t-Taqsima tad-Disinn Strutturali fi ħdan id-Direttorat għad-Disinn ta' Proġetti u l-Inġinerija u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ħames persuni jaħdmu fit-Taqsima tad-Disinn Strutturali fi ħdan id-Direttorat għad-Disinn ta’ Proġetti u l-Inġinerija. Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma: · Chief Architect & Civil Engineer · Architect & Civil Engineer · Graduate Architect & Civil Engineer

Ħal Balzan — Triq San Franġisk - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16642 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid x'xogħol qiegħed isir fi Triq San Franġisk f'Ħal Balzan, kemm se jdum biex ikun komplut u jekk hux se jkun qed jingħata asfalt tul it-triq kollha ladarba jkun komplut? Jista’ wkoll jikkonferma li x-xogħol qed isir taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’xogħlijiet infrastrutturali fi Triq San Franġisk, wara talba mill-Kunsill Lokali tal-lokalita’ biex it-triq tinbena mill-ġdid. Wara proċess ta’ kordinazzjoni mal-entitajiet konċernati qed isiru xogħlijiet fuq servizzi tal-ilma u t-telekomunikazzjoni, filwaqt li sar tisħiħ tal-pedamenti tat-triq eżistenti, ġew mgħoddija servizzi ġodda u xogħlijiet t’asfalt. Ix-xogħlijiet, li qed isiru fuq firxa ta’ 630 metru, saru f’fażijiet differenti. Dan sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent waqt l-implimentazzjoni tax-xogħlijiet u jkun hemm aċċess għall-vetturi fil-qrib u madwar din it-triq. F’każ li ma jiżviluppawx ċirkostanzi li ma jkollniex kontroll fuqhom, ix-xogħlijiet mistennija jitlestew sa tmiem fix-xhur li ġejjin.

Ħal Balzan — Triq Sisner - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16641 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid x'xogħol qiegħed isir fi Triq Sisner f'Ħal Balzan, kemm se jdum biex ikun komplut u jekk hux se jkun qed jingħata asfalt tul it-triq kollha ladarba jkun komplut? Jista' wkoll jikkonferma li x-xogħol qed isir taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’xogħlijiet infrastrutturali fi Triq Sisner, wara talba mill-Kunsill Lokali tal-lokalita’ biex it-triq tinbena mill-ġdid. Wara proċess ta’ kordinazzjoni mal-entitajiet konċernati qed isiru xogħlijiet fuq servizzi tal-ilma u t-telekomunikazzjoni tul it-triq fuq medda ta’ 95 metru, filwaqt li sar tisħiħ tal-pedamenti tat-triq eżistenti, ġew mgħoddija servizzi ġodda u xogħlijiet t’asfalt. It-tibdil fis-sostituzzjoni tas-sistema tad-drenaġġ ġabet magħha numru ta’ sfidi kawża ta’ tibdil tal-pajp tal-asbestos li kellu l-ħsara. Għaddejja wkoll ħidma taħt is-superviżjoni tal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma. fuq l-aħħar fażi tal-installazzjoni tas-sistema l-ġdida tad-drenaġġ. F’każ li ma jiżviluppawx ċirkostanzi li ma jkollniex kontroll fuqhom, ix-xogħlijiet mistennija jitlestew fix-xhur li ġejjin.

Ħal Balzan — Triq Idmejda - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16640 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid x'xogħol qiegħed isir fi Triq Idmejda f'Ħal Balzan, kemm se jdum biex ikun komplut u jekk hux se jkun qed jingħata asfalt tul it-triq kollha ladarba jkun komplut? Jista’ wkoll jikkonferma li x-xogħol qed isir taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’xogħlijiet infrastrutturali fi Triq Idmejda, Ħal Balzan wara talba mill-Kunsill Lokali tal-lokalita’ biex it-triq tinbena mill-ġdid. Wara proċess ta’ kordinazzjoni mal-entitajiet konċernati qed isiru xogħlijiet fuq servizzi tal-ilma u t-telekomunikazzjoni, filwaqt li sar tisħiħ tal-pedamenti tat-triq eżistenti, ġew mgħoddija servizzi ġodda u xogħlijiet t’asfalt. Ix-xogħlijiet, li qed isiru fuq firxa ta’ 320 metru, saru f’fażijiet differenti. Dan sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent waqt l-implimentazzjoni tax-xogħlijiet u jkun hemm aċċess għall-vetturi fil-qrib u madwar din it-triq. F’każ li ma jiżviluppawx ċirkostanzi li ma jkollniex kontroll fuqhom, ix-xogħlijiet mistennija jitlestew fix-xhur illi ġejjin.

Bini ta' Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14561 u jgħid min kienu dawk il-kuntratturi ta’ bini ta’ toroq li ġew mogħtija x-xogħol b’direct order matul fis-sena 2023?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-twegiba tinsab fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bini ta' toroq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14561 u jgħid x’kien il-valur ta’ dawk il-kuntratti tal-bini ta’ toroq li ġew mogħtija x-xogħol b’direct order matul is-sena 2023?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellabt li l-Valur kien jammonta għal Euro13,721,063.46 excluding VAT.

Bini ta' Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14561 u jgħid kif jikkompara n-numru u l-valur ta’ kuntratti ta’ bini ta’ toroq li kienu mogħtija b’direct order matul is-sena 2023 mas-sentejn ta’ qabel jgħid x’kien il-valur ta’ dawk il-kuntratti tal-bini ta’ toroq li kellhom l-offerta milqugħa fis-sena 2023?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghall-Pubblikazzjonijiet regolari fil-Gazzetta tal-Gvern fejn jirrigwardja is-snin ta’ qabel. It-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 16827.

Multi pendenti — Skemi/arranġamenti ta’ ħlas

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16560, jista’ l-Ministru jgħid jekk min ikun akkumula ammont ta' multi li jlaħħaq eluf ta' ewro fuq vettura, huwiex obbligat li jħallas l-ammont globali tal-multi kollha qabel ikun jista' jġedded il-liċenzja, jew jekk jeżistux jew hemmx fis-seħħ arranġamenti fejn ikun jista' jsir ħlas ta' dawk il-multi bin-nifs?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lil Interpellant illi dawk is-sidien ta’ vetturi li għandhom il-liċenzja taċ-ċirkolazzjoni tagħhom skaduta inkluz akkumulazzjoni ta’ Kontravenzjoniet tal-Lesa u li jammontaw f’ammont sostanzjali, dawn iridu jiġu mhallsa globalment sabiex terga tinhareg l-licenzja tal-vettura sabiex tkun tista tinstaq fi triq. Ħlasijiet bin-nifs mhux aċċettati u preżentament m’hemm l-ebda skema fis-seħħ.

Infrastructure Malta – Lista tat-toroq li saru

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16533, jista' l-Ministru jagħti t-tweġiba f'tabella li telenka l-1,200 proġett imsemmi bid-dettalji mitluba?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista mitluba fil-mistoqsija parlamentari 16837 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

L.S. 65.11 – Definizzjoni ta’ "sejħa ta' urġenza"

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16534, jista' l-Ministru jgħid skont ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur, Liġi Sussidjarja 65.11, x'inhi d-definizzjoni ta' "sejħa ta' urġenza" (eż. irid ikun hemm riskju ta' telf ta' ħajja, jew anke imblokk fit-traffiku jista' jkun urġenti)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill- Onor. Interpellant illi fil- L.S 65.11 ma hemmx definizzjoni ta ‘sejħa ta’ urġenza’. Infakkar lill-Onorevoli interpellant li l-istess leġislazzjoni tipprovdi provvedimenti għall – vetturi oħra bil- mutur li għandhom preċedenza minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom.

L.S. 65.11 – Regolamenti tat-Traffiku

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16534 u r-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur, Liġi Sussidjarja 65.11, jista' l-Ministru jgħid jekk l-istess vetturi li jkunu qed jużaw dawn is-sinjali ta' twissija akustiċi u viżwali għandhomx ukoll id-dritt li jiksru regolamenti tat-traffiku (eż. dawl aħmar, one-ways, stop signs)? Jekk iva, jista' jgħid liema parti tal-liġi sussidjarja tkoprihom f'dak il-każ?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-vetturi li jkunu qed juzaw mezzi ta’ twissija akkustiċi u viżwali għandhom jobdu r-regolamenti ta’ traffiku. Izda fl-istess regolamenti hemm provvedimenti fejn il-vetturi msemmija jkunu jistgħu jmorru oltre mir-regolamenti applikabbli, bhal per ezempju regolament 127 tal-L.S 65.11 li jippermetti li tali vetturi jeċċedu l-limitu tal-veloċitá.

Transport Malta — Kuntratti ta' karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16667 u jgħid x'kuntratti ta' karozzi tal-kiri għandha fis-seħħ Transport Malta, u f'kull każ jgħid jekk il-kuntratt ingħatax b'tender, direct order, jew talba għal kwotazzjonijiet? Jista' f'kull każ jgħid ukoll meta beda dan il-kuntratt u meta jiskadi? Jista' f'kull każ jgħid ukoll għal kemm-il karozza hu l-kuntratt u kemm jiswa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li li bhalissa l-Transport Malta għandha 58 vetturi mikrija mingħand kumpaniji differenti. 41 vettura nkrew minn Marzu 2022 u l-kirja se tiskadi fi Frar tat-2025. Karozza oħra għandha l-kirja se tiskadi fil-bidu ta’ Marzu u mhux se tiġi mġedda. Ir–rati li bihom qed jinkrew qegħdin kif hawn fit- tabella hawn taħt. Numru ta Karozzi Rata kuljum € exc vat 30 4.8 8 5.8 3 12 4 6.13 5 9 1 11 1 14 2 6.25 1 9.8 1 6.72 1 8.39 1 45

Ħaż-Żabbar – Triq il-Kaħwiela – Bankina ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser issir mill-ġdid il-bankina fi Triq il-Kaħwiela, f’Ħaż-Żabbar speċifikament bejn numru 39-61, hekk kif l-istat li tinsab fiha huwa perikoluż u ta’ inkonvenjent għar-residenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Nistieden lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kalkara – Ġebel kbir li hemm fix-xatt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jittieħdu passi sabiex jitneħħew il-ġebel kbir li hemm fix-Xatt tal-Kalkara li qed iwassal biex id-dgħajjes ma jistgħux jorbtu max-xatt hekk kif dan il-ġebel qed jikkawżalhom ħsara kbira jekk id-dgħajjes jolqot ma’ dan il-ġebel?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed nieħdu nota tagħha u ser nitkellmu mal-awtoritajiet ikkonċernati.

Ħal Qormi — Triq il-Ħammieri - Miżuri minħabba sewqan perikoluż

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri se jittieħdu minħabba sewqan perikoluż fi Triq il-Ħammieri, f'Ħal Qormi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ħadet nota tal-ilmenti li rċeviet u ikkomunikat mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi fejn irrakkomandat li tiġi nstallata road hump ġewwa Triq il-Ħelsien f’Ħal Qormi sabiex jitrażżan sewqan eċċessiv.

Ħal Qormi — Triq Manwel Dimech - Miżuri minħabba sewqan perikoluż

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri se jittieħdu minħabba sewqan perikoluż fi Triq Manwel Dimech, f'Ħal Qormi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser issir spezzjoni fi Triq Manwel Dimech Hal Qormi sabiex jiġu identifikati xi miżuri addizzjonali ta’ sigurta’ skond il-bżonn.

Karozzi liċenzjati pparkjati fl-istess post għal numru ta' xhur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk karozza liċenzjata tistax iddum ipparkjata fl-istess post għal numru ta' xhur u dan minħabba li tkun qed tieħu post ta' parking? Jista' jgħid ukoll jekk dan hux abbuż tal-liġi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sakemm vettura jkollha liċenzja valida, din tista’ tipparkja b’mod legali mingħajr restrizzjoni ta’ żmien, għaldaqstant ma jkunx hemm każ ta’ ksur ta’ liġi.