Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed tiġi importata mediċina għall-aċtu tal-istonku biex titqassam lil min jgħix fuq il-PEG feeding flok il-mediċina NEXIUM?
Jista’ l-Ministru jgħid min hu intitolat għal rimbors tas-sessjonijiet u trattamenti relatati mal-IVF għal dawk li jkunu siefru barra minn Malta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-estensjoni tar-rimbors tal-mediċini tal-IVF hija għal dawk il-ġenituri prospettivi li għamlu l-proċedura fil-kliniċi privati liċenzjati f’Malta, kif approvati mill-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun.
Jista’ l-Ministru jgħid x'qed iwassal biex regolarment qed ikun hawn nuqqas ta’ ħrieqi bl-aħħar każijiet ikunu tal-pull-ups size large f'April 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li SVP għandhom provvista biżżejjed ta’ ħrieqi fi kwalunkwe daqs, u ma rċevew l-ebda lment. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tinsab infurmatha li l-kuntrattur qed jiltaqa’ ma’ diffikultajiet biex iġib provvista adekwata ta’ ħrieqi u qed jaħdem biex din is-sitwazzjoni tiġi għan-normal mill-aktar fis.
Faċilità San Vinċenz de Paule — Entitajiet li jipprovdu l-ikel lir-residenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18869 u jgħid min huma l-entitajiet li jipprovdu l-ikel lir-residenti fil-Faċilità San Vinċenz de Paule? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti relattivi u jgħid ukoll kemm hu l-valur ta’ kull kuntratt u t-terminu tiegħu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed tintalab, hija kumerċjalment sensittiva.
Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali — Djar tal-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma d-djar tal-anzjani li fihom se jkunu qed isiru l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali fl-1 ta’ Ġunju 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant biex jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-provvista ta’ korsijiet tal-IT lill-anzjani matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll min hu eliġibbli li jattendi għal dawn il-korsijiet u fejn qed isiru dawn il-korsijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sena kien hemm diversi taħriġ tal-IT għall-anzjani, fosthom taħriġ mill-FITA u taħriġ mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità dwar l-użu tal-IT u s-Saħħa Mentali. Dan tal-aħħar ġie mġedded il-ftehim li kien ġie eżawrit fl-aħħar tas-sena l-oħra u qed titħejja skeda biex jibdew isiru l-programmi fil-ġimgħat li ġejjin.
Matul din is-sena qed isiru wkoll korsijiet mill-FITA f’dawn il-lokalitajiet, uħud minnhom għadhom se jsiru sal-aħħar tas-sena:
· Ċentru għall-Anzjanità Attiva Ħad Dingli
· Ċentru għall-Anzjanità Attiva Birżebbuġa
· Ċentru għall-Anzjanità Attiva Santa Luċija
· Ċentru għall-Anzjanità Attiva San Pawl il-Baħar
· Ċentru għall-Anzjanità Attiva Sta. Venera
· Ċentru għall-Anzjanità Attiva Tas-Sliema
· Ċentru għall-Anzjanità Attiva Birkirkara
· Ċentru għall-Anzjanità Attiva Ħal Qormi
· Ċentru għall-Anzjanità Attiva l-Marsa
· Ċentru għall-Anzjanità Attiva ż-Żurrieq
Dawn il-programmi huma miftuħa għall-anzjani kollha li għandhom ’il fuq minn 60 sena.
Politika Strateġika Nazzjonali għall-Anzjanita’ Attiva 2023 – 2030 — Kenn ta’ bil-lejl
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif se jkun qed iwettaq l-espansjoni tas-servizzi ta’ kenn ta’ bil-lejl imsemmija bħala waħda mill-miri fil-Politika Strateġika Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva 2023 – 2030?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala inizjattiva biex jiżdiedu s-sodod għas-servizz ta’ kenn għal matul il-lejl, ma kull kuntratt ta’ xiri ta’ sodod fid-djar privati, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qed tirriserva sodod biex jintużaw għal dan is-servizz.
Politika Strateġika Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva 2023 – 2030 — Espert dwar l-anzjanità LGBTIQ+
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-inizjattiva mniżżla fil-Politika Strateġika Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva 2023 – 2030 sabiex ikollna espert dwar l-anzjanità LGBTIQ+ fil-Kummissjoni Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva twettqitx? Jekk le, jista’ jgħid meta se tkun imwettqa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Anzjanita’ Attiva wasal biex jerġa' jiġi maħtur fl-aħħar ta dan ix-xahar. F’dan ir-rispett wieħed mil-membri li ħa jkun maħtur ser jkun espert dwar l-anzjanità LGBTIQ+.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2024?
Djar tal-Anzjani f’Għawdex – waiting list għas-servizz ta’ physiotherapy
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list (f'tul ta' żmien) biex jingħata servizz ta' physiotherapy mill-Gvern fid-djar tal-anzjani f'Għawdex fil-preżent?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistqosija parlamentari lill-Ministeru kkonċerant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna għandha l-kundizzjoni tal-Parkinson's ġewwa pajjiżna? Jista' l-Ministru jaqsam din l-informazzjoni skont l-età ta' dawn il-persuni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul l-2023, kien hemm 109 admission fl-isptar Mater Dei b’dijanjożi ta’ Parkinson’s.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18468, li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet referuta lilu u jgħid jekk il-wegħda elettorali tal-Partit Laburista: “Waqt il-pandemija, l-internet kien l-uniku mezz li bih ħafna anzjani setgħu jikkomunikaw mal-maħbubin tagħhom. Bil-ħsieb li niġġieldu s-solitudni u l-firda diġitali, l-anzjani li jirċievu l-għajnuna supplimentari minħabba dħul baxx ser ikunu jistgħu japplikaw għal servizz ta’ internet bażiku b’xejn”, ġietx implimentata u jekk iva jagħti d-dettalji dwarha?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità jipprovdi internet b’xejn fiċ-Ċentri għal-Anzjanità Attiva kollha li jinsabu madwar Malta, kif ukoll fid-djar Residenzjali.
Anzjani li jidħlu fi Djar tal-Anzjani — Servizzi u inċentivi finanzjarji u fiskali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux pjan li jagħti aktar servizzi u inċentivi finanzjarji u fiskali lil dawk l-anzjani li jidħlu fi djar tal-anzjani privati? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhuma dawn is-servizzi u inċentivi u minn meta se jibdew?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm anzjani għamlu użu mis-servizz ‘Respite fid-Dar’ fis-sena 2023 kif ukoll din is-sena sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, 256 klijent għamlu użu mis-Servizz ta’ Respite fid-Dar. Minn Jannar 2024 sal-lum, 358 klijenti qed jagħmlu użu mill-istess servizz.