Studju dwar l-impatt tas-saħħa ambjentali u l-impatt ekonomiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta għandu l-ħsieb li jikkummissjona studju verament indipendenti dwar l-impatt ta' environmental health u anke l-impatt ekonomiku fuq il-Gvern – u mhux fuq l-operaturi privati prospettivi – dwar l-inċineratur li l-Gvern jidher li ddeċieda dwaru strateġikament fil-prinċipju, għas-snin li ġejjin fin-Nofsinhar ta' Malta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta li tajt għall-mistosija nru 13454.
Jista' l-Ministru jgħid x’reazzjoni kien hemm dwar l-eko-kontribuzzjoni kif mħabbra li tiġi emendata permezz ta' avviżi legali u kif beħsiebu jimxi 'l quddiem il-Gvern f’dan ir-rigward? Jista' jippubblika s-sottomissjonijiet u ilmenti kollha li seta' rċieva l-Gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru rċieva numru ta’ sottomisjonijiet. Dawn qed ikunu evalwati biex jiġu ffinalizzati l-avviżi legali. Peress li l-informazzjoni tista' tkun kummerċjalment sensittiva dawn is-sottomissjonijiet ma jistgħux jiġu ppublikati.
Tenut kont li r-rivolta tas-Sette Giugno 1919 wasslet għat-twaqqif tal-ewwel Parlament fl-1921; tenut kont li dakinhar tar-rivolta mietu tliet maltin (M. Attard, G. Bajada u L. Dyer) u weġgħu ħamsin Malti fejn eventwalment l-ammont ta' mejta telgħu għal 4 (C. Abela); tenut kont li sa minn nhar is-Sette Giugno, 1986 il-poplu Malti u Għawdxi ikkommemora dan l-avveniment b'monument proprju quddiem il-Palazz li fih jiltaqa' l-Parlament; tenut kont li l-monument tneħħa biex saret ir-riġenerazzjoni tal-Pjazza San Gorg, jista' l-Ministru jgħid meta l-monument tas-Sette Giugno se jerga' jitpoġġa fi Pjazza San Ġorġ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 13337.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar u kemm intnefqu flus kull sena mill-1999 sal-2009 għat-titjib tas-sistemi tal-ġbir ta’ l-ilma tax-xita għall-użu fl-agrikoltura f’Malta u f’Għawdex separatament?
Jista’ l-Ministru jgħid matul l-2009 kemm kienet il-produzzjoni tal-kompost mill-impjanti lokali li jirriċiklaw l-iskart? Kemm swiet f'ċifra ta' flus globali l-ispiża għal dan ir-riċiklaġġ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor membru ghar-risposta tal-mistoqsija nru 8923.
Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji — numru ta' pets importati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, skond id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji kemm huwa n-numru ta' annimali, għasafar, ħut u speċi oħra li ġew importati bħala petsf'Malta u Għawdex separatament, matul l-2009?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret mit-tobba veterinarji fuq l-irziezet f'Malta u Għawdex separatament matul l-2009, rispettivament? F’kemm minn dawn l-ispezzjonijiet instab li kien hemm xi negliġenzi ta' moħqrija tal-annimali u/jew tjur? X'passi ttieħdu u kemm tressqu persuni l-Qorti u/jew weħlu multi abbażi tan-nuqqasijiet li kkommettew?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema impjegati bħala plumbers fil-Garage Section tal-Marsa? Jista' jgħid kemm saru inspections b'kollox fuq din il-kategorija ta' ħaddiema? Jista' jgħid kemm-il inspection saret fuq kull ħaddiem?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor Membru jindika għal-liema perjodu qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala skart separat li jinġabar nhar ta' Tlieta irid bilfors ikun fil-boroz il-griżi jew ma jinġabarx minkejja li jista' jkun f'kontenituri degradable bħalma hi kaxxa tal-kartun jew xi basket tal-karti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-borża l-griża għandha l-iskop li tingħaraf mill-kolletur minn reċipjenti/kontenituri oħra li fihom jista' jitpoġġa skart imħallat. Il-borża l-griża hi wkoll semi-trasparenti ħalli skart mhux riċiklabbli jingħaraf u ma jinġabarx.
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jiġri mill-winerytal-Gvern fil-Buskett? Din il-winery ingħatat lill-privat? Jekk fl-affermattiv, b'liema kundizzjonijiet?
Jista' l-Ministru jgħid issa li qed isir ix-xogħol ta' restawr mal-faċċata tal-Palazz tal-President, meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq in-naħa ta' wara jiġifieri quddiem is-suq? Dawk li jarmaw fuq il-monti f'dak il-perjodu ta' restawr se jibdew jarmaw hemm jew jiġu mitluba jarmaw x'imkien ieħor? Jekk iva, fejn ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li huwa maħsub lix-xogħol fuq il-Palazz in-naħa ta’ Triq il-Merkanti jibda fl-2011. Aktar ’il quddiem ikun hemm komunikazzjoni ma’ dawk kollha kkonċernati, nkluż il-bejjiegħa tal-monti, dwar l-impatt temporanju ta’ dawn ix-xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni f'kemm mid-dawl dekorattiv għall-jiem tal-Milied qegħdin jużaw energy saving lamps? Il-Gvern ta xi linji gwida dwar dan qabel ma bdew jersqu t-tħejjijiet għall-jiem tal-Milied?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Ministeru m’għandux informazzjoni dwar kemm dekorazzjonijiet tal-Milied jużaw energy saving lamps. Il-Gvern ma ħassx il-bżonn li joħroġ xi linji gwida dwar l-użu ta' energy saving lamps fil-Milied għax huwa fatt magħruf li l-Gvern jappoġġja u jinkoraġġixxi, fejn hu prattiku u fejn it-teknoloġija tippermetti, l-użu ta’ energy saving lamps fi kwalunkwe żmien tas-sena u kien għalhekk ukoll li ta eżempju meta nvesta €4 miljun f’għoti ta’ bozoz energy saving b’xejn.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jiġi ratifikat it-trattat dwar is-sħubija ta' Malta fi ħdan IRENA – International Renewable Energy Agency?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-abbozz tar-ratifika tat-trattat dwar is-sħubija ta' Malta fi ħdan IRENA – International Renewable Energy Agency – huwa lest u mistenni lir-ratifika ssir f’qasir żmien
restawr ta' faċċata ta' dar qadima — għajnuna mill-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11905, li oriġinarjmanet saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'ġara mill-proposta li kienet tressqet fil-budget tas-sena l-oħra u li l-NGOs kienu laqgħu pożitittivament – dik ta' €2500 għajnuna mill-Gvern lil min jirrestawra l-faċċata ta’ dar qadima?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — materjal stampat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13629, 13135 u 11149 u jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kolla tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li talbu u li ħadu għajnuna għall-bini ta' manure clamps, fl-irziezet f'Malta u f'Għawdex?
X'kienet ir-raġuni, jekk kien il-każ, li xi persuni li talbu għal din l-għajnuna, baqgħu ma ħaduhiex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ħarġu żewġ skemi taħt il-Programmi għall-Iżvilupp Rurali minn Fondi Ewropej għall-għajnuna għall-bini ta’ demmiela fl-irziezet f’Malta u Għawdex.
Fl-ewwel skema taħt il-programm Rurali 2004 – 2006 inħarġu żewġ sejħiet u r-riżultat ta’ dawn is-sejħiet huwa kif indikat hawn taħt:
Miżura Meeting Standards (l-ewwel sejħa) Programm għall-iŻvilupp Rurali għall-
Malta 2004-2006
Applikaw 58
Ħadu l-Fondi 58
Miżura Meeting Standards (it-tieni sejħa) Programm għall-iŻvilupp Rurali għall-Malta 2004-2006
Applikaw 143
Ħadu l-Fondi 102
Ma ħadux il-Fondi għax mhux eliġibbli 41
Il-41 mhux eliġibbli ma kellhomx il-permessi neċessarji mill-MEPA.
Taħt il-Programm tal-Iżvilupp Rurali 2007 – 2013, ir-raħħala setgħu japplikaw taħt sotto miżura 3 tal-Miżura 121 – Modernizzar ta’ Strutturi Agrikoli.
Skont il-fondi allokati għal din il-miżura, l-ewwel 180 applikazzjoni minn 344 fosthom 9 raħħala, ħadu l-għajnuna sabiex jagħmlu investiment fuq demmiela. Hemm 5 raħħala oħra li jistgħu jikkwalifikaw għal din l-istess għajnuna jekk aktar fondi jiġu allokati taħt din il-mizura fix-xhur li ġejjin.
Min ħa l-fondi taħt il-Miżura tal-Meeting Standards ma setgħax jerġa’ japplika għall-istess investiment taħt il-Miżura 121.
Raħħal wieħed ma kienx eliġibbli għal din il-miżura għaliex ma kellux il-permess tal-MEPA.
Line Item — Vot Rikorrenti 18 - European Union Schools Fruit and Vegetables Scheme
Question
Jista' l-Ministru jgħid b'mod dettaljat kif intnefaq il-line item 5501 tal-Vot Rikorrenti 18 tal-Ministeru tiegħu skond l-Estimi Approvati għas-sena 2009 imsejjaħ European Union Schools Fruit and Vegetables Scheme għall-ammont ta' €1,200,000 s'issa? Kif inhu antiċipat li jkompli jsir infiq mill-istess line item tul din is-sena u jekk minn dan l-ammont sarux xi virements għal xi line items oħra partikolari billi jgħid għal-liema line items saru dawn u kemm kien l-ammont ta' kull virement?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li mill-vot imsemmi l-uniku ħlas li sar kien relatat ma’ seminar intitolat Scholl Fruit Scheme bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni fuq l-inizjattiva stess. Dan il-ħlas kien jammonta għal €200. Qabel ma jingħalaq il-proċess pubbliku li jwassal għal għażla tal-kuntrattur li ser jissupplixi l-prodott f’din l-iskema, wieħed ma jistax jikkonferma kemm se tkun in-nefqa antiċipata taħt dan il-vot matul il-kumplament tas-sena. Ta’ min ifakkar li, bħala parti mill-proċess annwali tal-baġit, tittieħed azzjoni ħalli jiġu allokati biżżejjed fondi fl-estimi tal-2010 biex tkun tista’ titkompla n-nefqa fuq dan il-programm.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk instabx kif daħlet fil-gżejjer tagħna t-tuta absoluta u attakkat it-tadam? Jista’ jgħid x’sar biex jgħin lill-bdiewa jiffaċċjaw dan l-insett? Kemm hu maħsub li ddum din il-problema fostna? X’se jsir biex ma terġax tiffaċċa fostna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li dan l-insett ġie rrapurtat għall-ewwel darba f’April 2009. Dan iddaħħal f’pajjiżna minn frott jew xitel tat-tadam mixtri minn pajjizi tal-UE. Matul dawn l-aħħar xhur, saret kampanja ta’ informazzjoni għall-bdiewa. Ġew organizzati u għadhom qed jiġu organizzati diversi laqgħat għall-bdiewa li jkabbru t-tadam. Inħarġu linji gwida għall-kontroll ta’ dan l-insett, fejn fihom il-bdiewa ngħataw pariri dwar metodi kif jikkontrollaw dan l-insett, u ngħatat informazzjoni dwar il-bijoloġija ta’ din il-baħrija u s-sustanzi attivi użati għal kontriha. Twaqqfet ukoll skema ta’ kumpens lill-bdiewa li jkabbru t-tadam tal-ipproċessar, għall-ħsara kkaġunata mit-Tuta Absoluta .
Minn studju li sar mill-Olanda, l-ewwel tax-xorta tiegħu fl-Ewropa, jidher li din il-baħrija tant inferxet fl-Ewropa li l-eradikazzjoni tagħha se tkun diffiċli. Qegħdin isiru studji kif din tista’ tiġi kkontrollata fuq tul ta’ żmien. Il-Ministeru qed iħejji wkoll pjan ta’ azzjoni biex kemm huwa possibbli jikkontrolla din il-marda. Dan il-pjan mistenni li jkun konkluż f’qasir żmien.
Ħaż-Żabbar — Bieb is-Sultan - pjanti tal-Park Nazzjonali
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-Park Nazzjonali ta' ħdejn Bieb is-Sultan, Ħaż-Żabbar u jgħid meta mistenni jibda x-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 12448.
energy assessors for dwellings — Software użat waqt courses
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kumpanija kienet responsabbli għas-software li l-energy assessors ħadmu fuqu waqt il-courses tal-energy assessors for dwellings? Ħarġet xi tender dwar dan u jekk le, liema kienu l-kumpaniji l-oħra short listed? Is-software personalizzat li ser jużaw l-assessuri biex jagħmlu xogħolhom min ser jagħmlu? Liema kumpanija ser tingħata dan l-inkarigu u kemm ser jiġi jiswa? Kif intgħażlet din il-kumpanija? In-nefqa tas-software personalizzat tinsab inkluża fin-nefqa kkwotata tal-programm tas-software? Jikkonferma li għalkemm is-software huwa lest, għadu ma ġiex modifikat f’mod personalizzat biex jibda jitħaddem minnufih mill-assessuri? Meta mistenni jsir dan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li biex ġie żviluppat is-software li l-energy asessors ħadmu fuqu waqt il-courses tal-energy assessors for dwellings kien inħareg tender li kien ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern No. 18331 tat-28 ta’ Ottubru 2008 taħt advert No 73. Għal dan it-tender, saru ħames offerti li minnhom kienet intgħażlet dik tal-Building Services Engineers.
Is-
software
li ser jużaw l-assessuri hu l-istess wieħed li ġie żviluppat għall-kors. L-assessur ser ikollu l-faċilità li meta jiġi biex jirreġistra ċ-ċertifikati jkun jista’ jdaħħal in-numru tar-reġistrazzjoni u dettalji oħra tal-assessur. Is-
software
li ħadmu biħ l-assessuri matul il-kors ma kellux din il-faċiltà. Mhux se jkun hemm l-ebda spiża żejda biex din il-faċilità tiddaħħal. Ir-raġuni li dan is-
software
għadu ma ngħatax lill-assessuri hi minħabba li qed isir xogħol ta’
programming
u testijiet fuq is-sistema tal-
e-Gov
li ser tintuża’ biex iċ-ċertifikati jiġu reġistrati u jinħarġu, kif ukoll biex isir ix-xogħol kollu ta’ awditjar mill-Uffiċju tar-Regolamenti tal-Bini permezz tal-
backend
tas-sistema.