Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #4262 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Korsijiet post gradute fil-mediċina

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu d-diskussjonijiet ma' istituzzjonijiet edukattivi barranin fil-qasam tas-saħħa biex dawn jiftħu ċentri għall-post graduate courses fil-mediċina f'pajjiżna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4263 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Polikliniċi miftuħa 24 siegħa kuljum

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma bħalissa l-polikliniċi tal-gvern li jinsabu miftuħa biex jagħtu s-servizz lill-pubbliku, 24 siegħa kuljum? Fejn jinsabu dawn il-polikliniċi? Liema huma dawk il-kliniċi li mhux qed jinfetħu kuljum? Meta hu mistenni li jinfetħu dawk il-kliniċi li mhux miftuħa 24 siegħa kuljum bħalissa?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4264 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

persuni fil-programm tar-riabilitazzjoni mid-droga

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li bħalissa qed jieħdu sehem f'xi programm ta' riabilitazzjoni mid-droga?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-każ għal talba ta' akkomodazzjoni alternattiva, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, minħabba li l-omm bit-tfal spiċċat bla dar u fil-preżent qed tingħata refuġju temporanju ma' familjari tagħha? Jista' jgħid għaliex applikazzjonijiet bħal dawn qed idumu aktar minn għaxar snin?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Awtorità tad-Djar — Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tad-Djar għal akkomodazzjoni alternattiva? Jista' jgħid kemm minnhom imorru lura għal iktar minn ħames snin?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant illi hemm 3,440 applikazzjonijiet pendenti għal akkomodazzjoni alternattiva quddiem l-Awtorita’ tad-Djar. Minn dawn, 2,205 applikazzjoni imorru lura għal aktar minn ħames snin.

Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għal talba ta' akkomodazzjoni alternattiva ta' din il-familja li qed tgħix fi stat orribli u kondizzjonijiet ta' periklu għas-saħħa tagħhom peress li l-applikazzjoni saret 4 snin ilu u s-sitwazzjoni tagħhom kompliet tiggrava?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Akkomodazzjoni alternattiva — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternattiva ġew aċċettati u riżolti f'din l-aħħar sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Dipartiment tas-Saħħa — promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema mad-Dipartiment tas-Saħħa fl-aħħar 6 xhur ta' qabel l-Elezzjoni Ġenerali ta' Marzu 2008? F'liema dipartiment/sezzjoni qed jaħdmu dawn u f'liem skala jinsabu? Kemm ingħataw promozzjonijiet fl-istess dipartiment fl-istess żmien? Minn liema skala għal liema skala ġew issa dawn il-ħaddiema?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4093 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bdiewa u raħħala full-time

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3731 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa u raħħala full time li għandna f'Malta u f'Għawdex? Minn liema lokalitajiet, lokalità, lokalità ġejjin dawn il-bdiewa u raħħala rispettivament?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4097 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

San Pawl il-Baħar — Triq Jean De La Cassiere Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-Awtorità tad-Djar, li kienet responsabbli biex tibni numru ta' appartamenti fi Triq Jean De La Cassiere f'San Pawl il-Baħar, li iżda ma ħaditx passi biex jiġu stallati bozoz fit-triq msemmija, tara kif flimkien ma' l-Enemalta jiġu stallati l-bozoz neċessarji, għaliex ir-residenti qed jilmentaw sew b'dan in-nuqqas?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddejt it-talba biex tinvestiga l-ilment u tieħu l-azzjoni meħtieġa.
Leg 11 PQ #4098 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Trasferiment ta' art

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sar jew mistenni jsir it-trasferiment tal-art fejn hemm id-dar tal-gvern li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, billi dawn ilhom bil-konvenju snin sħaħ biex jixtru d-dar tagħhom kif għamlu kważi r- residenti kollha ta’ ħdejhom fid-djar tal-Housing Estate? Jista' jikkonferma jekk il-konvenju f’każi bħal dawn jibqax perpetwu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ma jkolliex informazzjoni dwar meta t-titlu ta' l-art ser jgħaddi għal għand il-Gvern u wara għand l-Awtorita tad-Djar biex imbagħad ikun jista' jiġi ffirmat il-kuntratt tal-bejgħ tar-residenza msemmija. Dan il-konveju jibqa' validu sakemm jiġi ffirmat il-kuntratt tal-bejgħ.
Leg 11 PQ #4134 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata — Master Plan Propost

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3954 u jgħid: a) X'kien qed jagħmel sa ftit żmien ilu l-makkinarju tal-iskavazzjoni fuq il-post fejn kellha ssir l-estensjoni taċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata? b) Jekk instabx xi materjal tossiku fuq il-post fejn kellu jibda t-tħammil? ċ) Jekk il-master plan propost u li jsemmi l-Ministru jirrigwardjax ir-re-engineering tal-landfill jew taċ-ċimiterju li jinkludi wkoll r-restawrar taċ-ċimiterju? d)X'jinkludi l-master plan propost? e) Jekk hux il-fatt li l-master plan propost ser jintbagħat għand id-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali minħabba li nstab xi materjal tossiku? f) Meta ġie propost dan il-master plan? g) Minn min ġie propost? ġ) Jekk teżistix target date li fiha l-pjanti riveduti skond il-master plan propost għandhom jaslu fid-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4173 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Trelleborg — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tat-Trelleborg li għadhom fl-impjieġ mas-soċjetà de quo humiex se jingħataw xi forma ta' għajnuna minn xi fond ta' l-Unjoni Ewropea? X'inhi l-pożizzjoni dwar dawk li ġew redundant?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4178 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — flats

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' flats li kienu amministrati mill-Awtorità tad-Djar u li fil-fatt inbiegħu mill-istess awtorità matul is-snin? Kemm hu bħalissa n-numru ta' flats li għadhom mikrija u għaliex għadhom ma nxtrawx minkejja li setgħu nxtraw mill-inkwilini tagħhom? Fejn jinsabu dawn il-flats?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill Onor. Interpellant illi sa’ l-20 ta’ Novembru 2008, l-Awtorita’ tad-Djar biegħet 4,373 post residenzjali. Nitolbu lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-kumplament tal-mistoqsija parlamentari lid-Dipartiment ta’ l-Artijiet peress li r-residenzi mikrija tal-Gvern huma amministrati minn dan id-Dipartiment.
Leg 11 PQ #4180 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kategoriji ta' xogħol u kemm persuni għal kull kategorija ta' xogħol qed jirreġistraw u ilhom jirreġistraw għal dak ix-xogħol għal aktar minn ħames snin? Minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-persuni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4183 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

perinatal mortality u still birth rate

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-perinatal mortality u still birth rate f'Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4184 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Informazzjoni dwar ċesarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata ta' ċesarji f'Malta u f'Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena? Kemm kienet l-ispiża totali taċ-ċesarji fl-isptarijiet tal-gvern f'dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena? Kemm tqum kull ċesarja f'isptar tal-gvern?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Każ ta' bord mediku

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li sa ftit ġranet ilu kien jieħu l-pensjoni kontributorja u mingħajr ma ġie eżaminat minn bord mediku, dan qal li eżaminah u sab li mhux qed ibati minn marda serja, meta huwa skond ċertifikati mediċi jbati minn dipressjoni akuta u minn dahru, kif indikat fiċ-ċertifikati ta' konsulenti li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Fiċ-ċirkostanzi li m'hemmx appell mill-bord mediku lill-arbitru, għandu jigi rikonsidrat il-każ tal-persuna msemmija?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.